GAUDETE ET EXSULTATE

WERREJ TEMATIKU

 

In-numri murija f’dan il-Werrej jirreferu

għall-paragrafi tal-Eżortazzjoni u mhux għall-paġni.

 

 

BEATITUDNIJIET

§  Bihom Ġesù fissrilna kif inkunu qaddisin: 63.

§  Fl-Evanġelju ta’ Luqa ma nsibux “kunu perfetti”, imma “ħennu”: 81.

§  Karatteristiċi jew espressjonijiet spiritwali: 110-157.

§  Kontra kurrent: 63.

§  Mhumiex xi ħaġa ħafifa: 65, 91.

§  Minbarra f’Mattew Kap 5, il-beatitudni tal-ħniena nsibuha wkoll f’Mattew 25:95.

§  Il-qawwa tax-xhieda tal-qaddisin fil-Beatitudnijiet li għexu: 109.

§  Trattati mill-Papa waħda, waħda: 65-94.

 

BIBBJA jew EVANĠELJU

§  Fiha l-qalb hi l-veri intenzjonijiet tagħna: 83.

§  Fiha tintuża ta’ spiss il-kelma anawim b’riferenza għall-foqra u għall-umli: 74.

§  L-Evanġelju jisfa mfaqqar u mxekkel, misruq mis-sempliċità tiegħu: 58.

§  L-Evanġelju jistedinna nagħrfu l-verità tal-qalb tagħna: 67.

§  L-Evanġelju mlaħħam fil-ħajja tal-qaddisin: 19.

§  Ħajja li tixrob mill-istess qalba tal-Evanġelju: 55.

§  Il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù fl-Iskrittura Mqaddsa twassalna għall-Ewkaristija: 157.

§  Mhux dak kollu li jgħid xi qaddis hu f’kollox fidil lejn l-Evanġelju: 22.

§  Is-sejħa għall-qdusija sa mill-ewwel paġni tal-Bibbja: 1.

 

BIKI

§  Li nagħrfu nibku mal-oħrajn, din hi l-qdusija: 76.

 

DEMONJU

§  Ara XITAN.

 

DIXXERNIMENT

§  Grazzja: 170.

  • Għodda biex nimxu aħjar wara l-Mulej: 169.
  • Ħtieġa urġenti. Mingħajru nistgħu ninbidlu f’pupazzi: 167.
  • Iwassalna biex nagħrfu l-mezzi konkreti li l-Mulej jislifna: 169.
  • Iwassalna għall-għarfien ta’ Alla: 170.
  • Jitlob minna li nkunu lesti li nisimgħu: 172.
  • Ma jeskludix l-għajnuniet tax-xjenzi umani, imma jgħaddihom: 170.
  • Ma jsirx biex naraw x’nistgħu niksbu iżjed, imma biex naraw kif inwettqu aħjar il-missjoni: 174.
  • Meħtieġ għal kull min jemmen: 11.
  • Meħtieġ li nedukaw ruħna fis-sabar ta’ Alla u ż-żminijiet tiegħu: 174.
  • Meħtieġ partikolarment illum minħabba d-distrazzjonijiet: 167.
  • Mhux analiżi prużuntuża tagħna nfusna: 175.
  • Quddiem Alla: 62.
  • Tal-ispirti jeħlisna mir-riġidità: 173.

 

DIXXIPLI

  • Ġesù għex flimkien mad-dixxipli tiegħu u man-nies sempliċi tal-poplu: 143.
  • Ġesù kien jistieden lid-dixxipli tiegħu joqogħdu attenti għad-dettalji: 144.
  • Ġesù nnifsu jiffesteġġja r-rebħiet tad-dixxipli tiegħu: 159.
  • Indispensabbli għad-dixxiplu li joqgħod mal-Imgħallem, jisimgħu, jitgħallem minnu: 150.
  • Meta d-dixxipli telqu lejn kull naħa, il-Mulej kien jaħdem magħhom: 136.
  • Wara l-qawmien, kull fejn kienu jirfsu d-dixxipli kien ikun hemm ferħ kbir: 124.

 

EWKARISTIJA

  • Il-Kelma u l-Ewkaristija jagħmluna iktar aħwa u jibdluna f’komunità: 142.
  • Il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù fl-Iskrittura Mqaddsa twassalna għall-Ewkaristija: 157.

 

EŻAMI TAL-KUXJENZA

  • Sejħa lill-Insara li jagħmlu kuljum l-eżami tal-kuxjenza: 169.

 

EŻORTAZZJONI GAUDETE ET EXSULTATE

  • L-għan tal-Eżortazzjoni hu li tidwi għal darb’oħra s-sejħa għall-qdusija: 2, 10.
  • Mhix trattat dwar il-qdusija: 2.

 

FAMILJA

  • L-Amoris lætitia tagħlaq bl-ispiritwalità tal-ħajja tal-familja: 28.
  • Dawk li jistabru biex jistgħu jsalvaw lill-familja tagħhom: 119.
  • Il-ħajja komunitarja fil-familja hi magħmula minn tant dettalji ċkejkna: 143.

 

FERĦ

  • Aspetti tal-ħajja fejn ma hemmx ferħ: 29.
  • Esperjenzi ta’ ferħ li ma jiġux mil-loġika tad-dinja: 174.
  • Ferħ bil-ġid tal-oħrajn daqslikieku kien tiegħek: 117.
  • Ferħ konsumista u individwalista preżenti f’xi esperjenzi kulturali tal-lum: 128.
  • Ferħ li għalih ġejna maħluqin: 1.
  • Ferħ li ngħixuh f’komunjoni: 128.
  • Ferħ meta jaqilgħu ħażen u gideb kontra tagħna minħabba Ġesù: 94, 118.
  • Ferħ u sens ta’ umoriżmu: 122-128.
  • Fl-għotja tagħha nfisha l-persuna tilħaq il-veru ferħ: 64.
  • Ġmiel u l-ferħ fl-Evanġelju: 57, 108.
  • Kristu li jrid jgħix magħna bil-ferħ: 25.
  • Il-mixja tal-qdusija hi għajn ta’ paċi u ta’ ferħ: 164.
  • Normalment il-ferħ Nisrani hu msieħeb mis-sens tal-umoriżmu: 126.
  • Qdusija li ma tiħux saħħa, ħajja u ferħ: 32.
  • Tqaddes billi tgħix l-għotja tiegħek bil-ferħ: 15.
  • Wara l-imħabba tal-karità bilfors jiġi l-ferħ: 122.
  • Xejn ma jista’ jeqred il-ferħ sopranaturali: 125.

 

FIDI

  • Dak li jgħodd tassew hu l-fidi li taħdem permezz tal-imħabba: 60.
  • Fidi li tesprimi ruħha fit-talb fost l-armi fit-taqbid: 162.
  • Fidi u l-karità li bihom nagħraf fil-persuna l-oħra essri uman bl-istess dinjità tiegħi: 98.
  • Ġustifikazzjoni bil-fidi fi Kristu: 52.
  • Għajxien tassew tal-fidi u l-karità: 8.
  • Injostiċi li jemmnu li bl-ispjegi tagħhom jistgħu jagħmlu li tinftiehem il-fidi: 36.
  • Injostiċiżmu li jissupponi fidi magħluqa fis-suġġettiviżmu: 36.
  • Niddefendu l-fidi tagħna bil-ħlewwa: 73.
  • Persuna li titlob ir-rużarju bil-fidi: 16.
  • Talb mimli fidi ħelwa u fiduċja qawwija: 154.
  • Żebliħ li jipprova jisfigura l-fidi tagħna u jgħaddina ta’ nies boloh: 94.

 

FOQRA

  • Alla jinqeda bina minkejja dnubietna, minkejja l-faqar u d-difetti tagħna: 107.
  • Anawim użata fil-Bibbja b’riferenza għall-foqra u għall-umli: 74.
  • Faqar fl-ispirtu li hu marbut mal-indifferenza qaddisa: 69.
  • Ġesù jsejjaħ hienja lill-foqra fl-ispirtu, li għandhom qalb fqajra: 68.
  • Ġustizzja li tesprimi ruħha fit-tfittxija tal-ġustizzja għall-foqra u d-dgħajfa: 79.
  • Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet: 67-70.
  • Ħlewwa li hi espressjoni oħra tal-faqar ġewwieni: 74.
  • Ħniena li biha naqbżu għall-oħrajn fil-faqar tagħhom: 106.
  • Li l-pellegrini foqra jiġu ttrattati bl-ikbar għożża u żelu: 102.
  • Li nkunu foqra fil-qalb tagħna, din hi l-qdusija: 70.
  • Luqa fl-evanġelju, ma jitkellimx fuq faqar fl-ispirtu, imma li nkunu foqra u daqshekk: 70.
  • Sejħa ta’ Kristu biex nagħrfuh fil-foqra u f’dawk li qed ibatu: 96.

 

ĠESÙ KRISTU

  • Aħna ħielsa bil-ħelsien ta’ Ġesù, imma hu jsejħilna ngħarblu x’hemm fina: 168.
  • Dwar il-maħfra: 82.
  • Dwar il-mixja kontra l-kurrent: 90.
  • Dwar l-għatx għall-ġustizzja: 77-79.
  • Dwar meta jaqilgħu l-gideb kontra tagħna: 94.
  • Faraġ minn Ġesù u mhux mid-dinja: 76.
  • Fissrilna b’sempliċità kbira xi jfisser inkunu qaddisin: 63.
  • Għex flimkien mad-dixxipli tiegħu u man-nies sempliċi tal-poplu: 143.
  • Il-ħajja kollha ta’ Ġesù hi misteru tal-Fidwa: 20.
  • Il-ħajja kollha ta’ Ġesù hi r-Rivelazzjoni tal-Missier: 20.
  • Inħallu lil Ġesù jeħodha f’idejh u jibgħatna f’missjoni: 131.
  • Jagħtina ċertezza: 124.
  • Jeħtieġ naraw lil Kristu fl-uċuħ ta’ dawk li fihom ried jara lilu nnifsu: 96.
  • Jgħid lill-ippersegwitati: “Ifirħu u thennew”: 1.
  • Jgħidilna li qed nilqgħu lilu stess f’kull barrani: 102.
  • Jħabbat il-bieb tagħna kultant biex jidħol u ġieli biex inħalluh joħroġ: 136.
  • Jiftħilna triq fejn nistgħu nagħrfu wiċċ il-Missier u dak ta’ ħuna: 61.
  • Jiġi jiltaqa’ magħna u jtennilna: “Tibżgħu xejn”: 129.
  • Jimxi qabilna f’ħuna: 135.
  • Jipproponi l-qalb ħelwa minkejja li dan jidher impossibbli: 71.
  • Jwiegħed lil dawk li huma safja f’qalbhom li jaraw ’l Alla: 86.
  • Kien għani, ftaqar: 70.
  • Kien jistieden lid-dixxipli tiegħu joqogħdu attenti għad-dettalji: 144.
  • Kliem Ġesù jmur ħafna kontra l-kurrent: 65.
  • Kontemplazzjoni tal-wiċċ ta’ Ġesù li tibni mill-ġdid l-umanità tagħna: 151.
  • Kristu fl-Ewkaristija huwa l-ikbar qima li tista’ tingħata lil Alla f’din id-dinja: 157.
  • Kristu hu s-sliem tagħna: 121.
  • Kristu jaqsam magħna l-istess ħajja tiegħu ta’ Rxoxt: 18.
  • Laqgħa ma’ Ġesù fl-Iskrittura Mqaddsa li twassalna għall-Ewkaristija: 157.
  • Fil-Missierna, riedna nitolbu lill-Missier jeħlisna mill-Ħażin: 160.
  • Ma kkonċentrax fuqu nnifsu: 131.
  • Ma nistgħux nifhmu lil Kristu mingħajr is-Saltna li hu ġabilna: 25.
  • Ma rridux nimmansaw il-qawwa tal-wiċċ ta’ Kristu: 151.
  • Missjoni fi Kristu: 19-24.
  • Nikkontemplaw lil Ġesù Kristu: 22.
  • Nikkontemplaw l-istorja mil-lenti ta’ Ġesù Rxoxt: 139.
  • Nnifsu jiffesteġġja r-rebħiet tagħna: 159.
  • Nwettqu fil-ħajja tagħna diversi aspetti tal-ħajja ta’ Ġesù: 20.
  • Persekuzzjoni minħabba l-isem ta’ Ġesù: 118.
  • Il-profeti ħabbru ż-żmien ta’ Ġesù, li aħna qegħdin ngħixu: 123.
  • Ir-rabta ta’ Kristu mal-Knisja mudell għall-koppja miżżewġa: 14.
  • Sehem ukoll mill-uffiċċju profetiku ta’ Kristu: 8.
  • Sfida tagħna li ngħixu l-għotja billi nitwaħħdu dejjem iżjed ma’ Ġesù: 28.
  • L-Ispirtu s-Santu jislet mill-għana ta’ Ġesù Kristu u jagħti lill-poplu tiegħu: 21.
  • L-Ispirtu s-Santu juri x’qed jistenna minna Ġesù f’kull waqt tal-eżistenza: 23.
  • Umiljazzjoni li twasslek biex issir tixbah lil Ġesù: 118, 120.
  • Wegħda tal-għaġeb ta’ Ġesù lil dawk li jħabirku għall-paċi: 88.
  • Wera x-xewqa li nkunu ħaġa waħda fih u fil-Missier: 146.
  • Wissa dwar it-tentazzjoni li biha niżolqu lejn il-korruzzjoni: 165.

 

ĠUSTIZZJA jew INĠUSTIZZJA

  • Dawk li jfittxu s-sliem jiżirgħu fis-sliem u jkollhom il-frott tal-ġustizzja: 88.
  • Fittxu d-dritt, sewwu l-inġustizzji, iddefendu l-iltim, aqbżu għall-armla: 79.
  • Fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja ta’ Alla: 25.
  • Ġustizzja li jipproponi Ġesù mhijiex bħal dik li tfittex id-dinja: 78.
  • Għatx għall-ġustizzja: 77-79.
  • Ħniena li ma teskludix il-ġustizzja u l-verità, anzi hi l-milja tal-ġustizzja: 105.
  • Li nfittxu l-ġustizzja b’ġuħ u għatx kbir, din hi l-qdusija: 79.
  • Ma nistgħux infittxu ideal ta’ qdusija li jinjora l-inġustizzja: 101.
  • Min hu hu nieqes mill-egoċentriżmu jfittex il-ġustizzja: 119.
  • Nies li ġew ippersegwitati għax issieltu għall-ġustizzja: 90.
  • Sajmin mill-vera ġustizzja u ġġustifikati biss bil-fidi fi Kristu: 52.
  • Salib, taħbit u tiġrib minħabba l-mixja tal-ġustizzja: 92.
  • Tista’ tkun sinonima mal-fedeltà li b’ħajjitna kollha nuru lejn ir-rieda ta’ Alla: 79.
  • Uħud ma jridux jitqabdu għall-vera ġustizzja u jagħżlu li jirkbu l-karru tar-rebbieħa: 78.

 

ĦAJJA UMANA

  • Alla, u mhux il-bniedem, hu s-sid ta’ kull ħajja umana: 32.
  • Għandna nfittxu lill-Mulej f’kull ħajja umana: 42.
  • Il-ħarsien tal-innoċenti li għadu ma twelidx: 101.

 

ĦIDMA

  • Tqaddes bil-ħidma tiegħek f’servizz għal ħutek: 14.
  • Ħidma li tqaddes: 25 – 31.
  • Ma titqaddes qatt jekk ma tintefax biex toħroġ l-aħjar li hemm fik għall-ħidma ma’ Kristu: 25.
  • Żelu spiritwali ma jmurx mat-telqa fil-ħidma: 30.
  • Ħajja u ħidma mal-oħrajn hi triq biex wieħed jikber spiritwalment: 141.
  • Ħidma sopranaturali ta Alla li ssaffi u ddawwal: 14, 53.

 

ĦNIENA

  • Beatitudni li ssejjaħ hienja lil dawk li juru ħniena: 95.
  • Għerf Nisrani veru li qatt jinfired mill-ħniena mal-proxxmu: 46.
  • Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena: 79.
  • Hi kriterju ta’ min huma l-ulied veri tal-Missier: 105.
  • Hi l-qalb tħabbat tal-Evanġelju: 97.
  • Ħniena ta’ Alla li ħarset lejna lkoll: 82.
  • Li nħarsu u nġibu ruħna bi ħniena, din hi l-qdusija: 82.
  • Mixja awtentika ta’ talb u l-ħniena: 105.
  • Opri tal-ħniena u ta’ tjieba: 46.
  • Żewġ aspetti tal-ħniena: 80.

IDEOLOĠIJA/I

  • L-ideoloġiji jwasslu għal żewġ żbalji li jagħmlu ħsara kbira: 100.
  • L-ideoloġiji li jnaqqru mill-qalb tal-Evanġelju: 100-103.
  • L-Injostiċiżmu hu waħda mill-agħar ideoloġiji: 40.

 

INJOSTIĊIŻMU U PELAĠJANIŻMU

  • Injostiċiżmu u Pelaġjaniżmu: 35-62.
  • Huma żewġ falsifikazzjonijiet li jistgħu jiżgwidawna: 35.
  • Il-Pelaġjaniżmu u l-insistenza dwar rieda umana u sforz tal-persuna: 47-48.
  • Injostiċi dwar l-Ispirtu u r-raġuni: 42.
  • Injostiċi li stkerrhu s-sempliċità tal-Evanġelju ta’ Alla Trinitarju: 43.
  • Injostiċiżmu li hu waħda mill-agħar ideoloġiji: 40.
  • Injostiċiżmu li jissupponi fidi magħluqa fis-suġġettiviżmu: 36.
  • Injostiċiżmu li joħloq konfużjoni għax jibni fuq hemm wieħed kapaċi jifhem: 37.
  • Injostiċiżmu li min-natura tiegħu stess jipprova jimmanipula l-misteru: 40.
  • San Franġisk ta’ Assisi dwar it-tentazzjoni tal-Injostiċiżmu: 46.
  • Xejriet ġodda ta’ Injostiċiżmu u Pelaġjaniżmu jxekklu l-mixja lejn il-qdusija: 62.

 

INTERNET

  • Nsara f’nofs xbieki ta’ vjolenza verbali permezz tal-internet: 115.

 

KARATTERISTIĊI TAL-QDUSIJA

  • Ferħ u s-sens ta’ umoriżmu: 122-128.
  • Kuraġġ u ħeġġa: 129-139.
  • Mixja komunitarja: 140-146.
  • Sabar u ħlewwa: 112-121.
  • Talb: 147-157.

 

KARITÀ (fis-sens ta’ għajnuna lil min hu fil-bżonn)

  • Fost l-oħrajn il-fidi tesprimi ruħha fl-opri ta’ karità: 162.
  • Kieku kelli nqassam ġidi kollu fil-karità: 85.

 

KARITÀ (fis-sens ta’ mħabba)

  • Il-fidi u l-karità: 8, 98.
  • Wara l-imħabba tal-karità bilfors jiġi l-ferħ: 122.

 

KATEKIŻMU TAL-KNISJA KATTOLIKA

  • Dwar ir-regola tad-deheb: 80.
  • Ifakkarna li d-don tal-grazzja jisboq l-intelliġenza u r-rieda tal-bniedem: 54.

 

KNISJA

  • Anki barra mill-Knisja Kattolika: 9.
  • Fiha rridu nimxu bil-ħlewwa u żbaljajna meta ma sarx hekk: 73.
  • Fiha ssib dak kollu li teħtieġ biex tikber fil-qdusija: 15.
  • Flok tegħja, tibqa’ miexja ’l quddiem billi tilqa’ s-sorpriżi tal-Mulej: 139.
  • Ħajja tal-Knisja li tista’ tinbidel f’oġġett għal ġol-mużew jew fi proprjetà tal-ftit: 58.
  • Ħniena li hi l-fus li jwieżen il-ħajja tal-Knisja: 105.
  • Infittxu fit-teżor tal-Knisja: 175.
  • Injostiċi b’kunċett ta’ Alla mingħajr Kristu, Kristu mingħajr Knisja, Knisja mingħajr poplu: 37.
  • Kkanonizzat f’diversi okkażjonijiet, komunitajiet sħaħ: 141.
  • M’għandhiex bżonn ta’ tant burokrati u funzjonarji, imma ta’ missjunarji mqanqla: 138.
  • Matul l-istorja tal-Knisja: 37.
  • Preċetti tal-Knisja li għandhom jiġu imposti b’moderazzjoni: 59.
  • Qdusija li hi l-isbaħ wiċċ tal-Knisja: 7, 9.
  • Qdusija tal-Knisja li tiġi permezz tal-umiljazzjonijiet ta’ Kristu: 118.
  • Tagħlim tal-Knisja li hu spiss minsi: 52-56.
  • Xejriet ġodda ta’ Injostiċiżmu fil-Knisja: 62.

 

KOMUNITÀ

  • Diversi okkażjonijiet li fihom il-Knisja kkanonizzat komunitajiet sħaħ: 141.
  • Fiha għandna nfittxu dak li jġib is-sliem: 88.
  • Fil-komunità: 140-146.
  • Ħadd ma jsalva waħdu, imma f’relazzjonijiet interpersonali fil-komunità: 6.
  • Ħajja komunitarja li f’kull komunità hi magħmula minn dettalji ċkejkna tal-ħajja ta’ kuljum: 143
  • Komunità li tħares id-dettalji ċkejkna tal-imħabba: 145.
  • Msejħa toħloq spazju fejn induqu l-preżenza mistika tal-Mulej: 142.
  • Qdusija li hi mixja komunitarja: 141.

 

KONSUMIŻMU

  • Fost il-fatturi fil-kultura tal-lum: 111.
  • Il-konsum tal-informazzjoni superfiċjali jista’ jkunu fattur ta’ sturdament: 108.
  • Individwaliżmu konsumista jaqtagħna waħidna niġru wara l-ġid li ħadilna ħaddieħor: 146.
  • Konsumiżmu edonista jista’ jonsobna: 108.
  • Ma jagħmilx għajr itaqqal il-qalb: 128.
  • Offerti bla tarf ta’ konsum xi drabi ma jħallux spazji vojta għal-leħen ta’ Alla: 29.
  • Soċjetà tal-konsumi tista’ tibdilna f’persuni msejkna li qatt m’aħna sodisfatti: 108.
  • Uħud f’ħajja ta’ konsum, waqt li oħrajn iħarsu biss minn barra: 101.

 

KONTEMPLAZZJONI

  • Aħna msejħin ngħixu l-kontemplazzjoni anki qalb l-azzjoni: 26.
  • Hi l-kontemplazzjoni tal-wiċċ ta’ Ġesù li terġa’ tibni mill-ġdid l-umanità tagħna: 151.
  • Ħidmiet li mal-kontemplazzjoni ma jżommuhiex lura: 47.
  • Inħallu lill-Ispirtu s-Santu jgħinna nikkontemplaw l-istorja mil-lenti ta’ Ġesù Rxoxt: 139.
  • It-talb mhux kontemplazzjoni pura ta’ Alla li jeskludi ’l ħutna: 154.
  • Kontemplazzjoni ta’ Kristu  li fiha jeħtieġ narawh l-aktar fl-uċuħ ta’ dawk li fihom hu ried jara lilu nnifsu: 96.
  • Kontemplazzjoni tal-ħajja ta’ Ġesù li torjentana biex inlaħħmuhom f’ħajjitna: 20, 22.
  • Mħabba li tikkontempla l-misteru, tiggustah fis-silenzju: 155.
  • Qaddis li jwessa’ l-konfini tiegħu fil-kontemplazzjoni tal-Mulej: 147.

 

KONVERŻJONI

  • Inħallu lil Ġesù jsejħilna mill-ġdid għal bidla vera f’ħajjitna: 66.
  • Stedina mill-Mulej għal konverżjonijiet ġodda: 17.
  • Twettiq ta’ bidla soċjali: 99.

 

KORRUZZJONI

  • Faċli li nsibu ruħna fix-xbieki tal-korruzzjoni: 78.
  • Korruuzjoni spiritwali: 164-165.
  • Korruzzjoni spiritwali li hi agħar mill-waqgħa ta’ midneb: 165.
  • Twissija ta’ Ġesù kontra l-korruzzjoni spiritwali: 165.

 

KURAĠĠ

  • Biex taqsam fit-tbatija tal-oħrajn: 76.
  • F’min hu nieqes mill-egoċentriżmu: 119.
  • Għandna bżonn tal-Ispirtu biex ma neħlux: 133.
  • Huma l-kuraġġ u l-ħeġġa appostolika li jagħmlu l-missjoni: 131.
  • Kuraġġ u ħeġġa: 129-139.
  • Nitolbu l-kuraġġ appostoliku li nwasslu l-Evanġelju: 139, 158.
  • Qdusija li hi parresia: hi kuraġġ: 129.

 

MAĦFRA

  • Aħfru, u ssibu l-maħfra: 81.
  • Hienja dawk li jaħfru u jagħmlu dan sa sebgħa u sebgħin darba: 82.

 

MARIJA

  • L-imħabba tal-Verġni Marija: 16.
  • Komunità qaddisa li sawru Ġesù, Marija u Ġużeppi: 143.
  • Marija li tinkuruna dawn ir-riflessjonijiet: 176.
  • Marija, li għarfet tiskopri l-ġdid li ġab Ġesù: 124.
  • Omm li m’għandhiex bżonn ta’ ħafna diskors: 176.

 

MEZZI TA’ KOMUNIKAZZJONI

  • Jistgħu jisirqulna l-ħin u jbegħduna minn ħutna fit-tbatija: 108.

 

MĦABBA

  • Aħna maħbuba bi mħabba bla qies: 125.
  • Bi spirtu ta’ qdusija kull mument isir espressjoni ta’ mħabba: 31.
  • Biha biss tagħmilha possibbli għall-bniedem li jikber fil-ħajja tal-grazzja: 56.
  • Bżonn li f’ħajjitna nagħrfu l-imħabba kontinwa tiegħu: 51.
  • Espressjoni tal-imħabba. Fil-komunità: 140-146.
  • Espressjoni tal-imħabba. Il-ferħ u s-sens ta’ umoriżmu: 122-128.
  • Espressjoni tal-imħabba. Kuraġġ u ħeġġa: 129-139.
  • Espressjoni tal-imħabba. Nissaportu, nistabru u nuru ħlewwa: 112-121.
  • Espressjoni tal-imħabba. Nitolbu l-ħin kollu. 147-157.
  • Ġenituri li jrabbu lil uliedhom b’tant imħabba: 7, 16.
  • Għażilna l-Mulej biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba: 2, 14.
  • Hi fiċ-ċentru. Il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba: 60.
  • Hi l-milja tal-Liġi: 60.
  • Hu minnu li m’hemmx imħabba mingħajr għemejjel ta’ mħabba: 85.
  • Ħames wirjiet kbar tal-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu: 111-157.
  • Ħarsien tal-innoċenti li għadu ma twelidx tesiġih l-imħabba: 101.
  • Il-ħbiberija ma’ Alla hi biss don tal-inizjattiva ta’ mħabbtu: 54.
  • Inkunu l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla fid-dinja: 107.
  • L-imħabba tal-aħwa tkattrilna l-ħila li nifirħu: 128.
  • L-imħabba tal-Mulej hi bla limiti, u meta tana lilu nnifsu, ma reġa’ qatt lura: 18.
  • L-imħabba tal-Verġni Marija: 16.
  • L-imħabba tiegħu ta’ Missier tistedinna: “Ibni, ġib ruħek tajjeb”: 127.
  • L-imħabba tieqaf, tikkontempla l-misteru, tiggustah fis-silenzju: 155.
  • L-imħabba u l-għotja lill-proxxmu: 100.
  • L-innu tal-imħabba ta’ San Pawl: 86.
  • Komunità li tħares id-dettalji ċkejkna tal-imħabba hi mkien tal-preżenza tal-Irxoxt: 145.
  • Kull don fil-Knisja ħiereġ mill-imħabba ta’ Alla: 15.
  • Li jkejjel il-perfezzjoni tal-persuni hu l-grad ta’ mħabbithom: 37.
  • Li nafu għandu jsir motivazzjoni biex inwieġbu għall-imħabba ta’ Alla: 45.
  • Li nżommu ’l qalbna safja minn dak kollu li jtappan l-imħabba, din hi l-qdusija: 86.
  • Mhux li kien inħossuna misjuqa mill-imħabba ta’ Alla: 130.
  • Mħabba perfetta li tinsab filli nistabru bin-nuqqasijiet tal-oħrajn: 72.
  • Ngħix il-mument ta’ issa, u nimlieh bl-imħabba: 17.
  • Orbot ma’ Alla l-imħabba ta’ qalbek: 148.
  • Parresia li hi siġill tal-Ispirtu u tagħtina ċ-ċertezza li xejn ma jista’ qatt jifridna mill-imħabba ta’ Alla: 132.
  • Qaddisin li diġà waslu fil-preżenza ta’ Alla jżommu magħna rabtiet ta’ mħabba: 4.
  • Qalb li taf tħobb ma tħallix tidħol fil-ħajja tagħha xi ħaġa li thedded dik l-imħabba: 83.
  • Qalb li titkebbes bin-nar tal-imħabba ta’ Alla biex tqabbad qalb l-oħrajn: 151.
  • Qalb mimlija biha nfisha ma tħallix wisa’ għall-imħabba: 68.
  • Qdusija li mhix għajr l-imħabba li tingħax b’mod sħiħ: 21.
  • Salib, taħbit u tiġrib biex nistgħu ngħixu l-kmandament tal-imħabba: 92.
  • Talb li hu prezzjuż jekk iwassal għall-għotja ta’ mħabba: 104.
  • Talba tal-petizzjoni u l-imħabba tal-proxxmu: 154.
  • Tħabrik biex nibnu ma’ Kristu s-Saltna ta’ mħabba: 25.
  • Wara l-imħabba tal-karità bilfors jiġi l-ferħ: 122.

 

MISSJONI

  • Biex il-missjoni tiegħek ma tisfax mitlufa, ħalli lill-Ispirtu jibdlek, ħallih iġeddek: 24.
  • Dixxerniment biex nagħrfu kif nistgħu nwettqu aħjar il-missjoni li ġiet fdata f’idejna: 174
  • Evangelii gaudium tagħlaq bi spiritwalità tal-missjoni: 28
  • Ġesù fil-ħniena tiegħu jibgħatna f’missjoni: 131.
  • Huma l-kuraġġ u l-ħeġġa appostolika li jagħmlu l-missjoni: 131.
  • Ħajja li rridu nifhmuha bħala missjoni: 23.
  • Kull qaddis jew qaddisa hu missjoni: 19.
  • Li ma tistax tinfired mill-bini tas-Saltna: 25.
  • Li ssib il-milja tat-tifsira tagħha fi Kristu u nifhmuha biss jekk nibdew minnu: 20.
  • Li tbati minħabba distrazzjoni li tinvadi ħajjitna: 30.
  • L-Ispirtu s-Santu mhux se jibgħatna nwettqu missjoni u fl-istess waqt jitlobna naħarbu minnha: 27.
  • Mhijiex il-ħajja li għandha missjoni, imma l-ħajja nfisha hi missjoni: 27.
  • Il-missjoni tiegħek fi Kristu: 19 – 24.
  • Nisrani li ma jistax jaħseb fil-missjoni tiegħu mingħajr ma jara fiha mixja ta’ qdusija: 19.
  • Nitqaddsu fit-tħaddim responsabbli u ġeneruż tal-missjoni tagħna: 26.

 

MORALI

  • Qagħdiet fejn il-ġudizzju morali ma jkunx għalkollox żgur: 80.
  • Użu san u umli tar-raġuni biex nirriflettu fuq it-tagħlim teoloġiku u morali tal-Evanġelju: 39.

 

NISRANI

  • Beatitudnijiet li huma bħall-karta tal-identità tan-Nisrani: 63.
  • Fi xbieki ta’ vjolenza verbali permezz tal-internet: 115.
  • Ħajja tan-Nisrani li hi taqbida kontinwa: 158, 163.
  • Insara msejħa biex ma jroddu lil ħadd deni b’deni: 113.
  • Jidħol fiż-żarbun ta’ dak ħuh: 102.
  • Li nkunu Nsara hi grazzja fl-Ispirtu s-Santu: 122.
  • Ma jistax jaħseb fil-missjoni tiegħu bla ma jara fiha mixja ta’ qdusija: 19.
  • Nsara b’ideoloġiji li jnaqqru mill-qalb tal-Evanġelju: 100-103.
  • Nsara li llum ukoll miġbuda mill-Injostiċiżmu u l-Pelaġjaniżmu: 35, 57, 58,
  • Qari tal-Kelma fi spirtu ta’ talb fil-ħajja tan-Nisrani: 156.
  • Sejħa lill-Insara li jagħmlu kuljum l-eżami tal-kuxjenza: 169.
  • Sens tal-umoriżmu u n-nisrani: 126.
  • Skont kemm jitqaddes, jagħmel iżjed frott fid-dinja: 33.
  • Xi jfisser tkun Nisrani: 98.

 

PAĊI

  • Beatitudni dwar il-paċi: 87-89.
  • Dawk li jfittxu s-sliem jiżirgħu fis-sliem u jkollhom il-frott tal-ġustizzja: 88.
  • Għajn ta’ sliem li jesprimi ruħu fl-imġiba ta’ qaddis: 112.
  • Mixja tal-qdusija li hi għajn ta’ paċi: 164.
  • Sliem li hu xogħol il-grazzja u jagħtina ċertezza fina: 121.
  • Talb li bih nintreħew f’Alla li hu l-għajn tas-sliem: 114.
  • Tħabrik biex tibni ma’ Kristu saltna ta’ mħabba, ġustizzja u paċi għal kulħadd: 25.

PARRESIA

  • Ara KURAĠĠ.

 

PERSEKUZZJONI

  • Ara TBATIJA U TAĦBIT.

 

PERSEVERANZA

  • Li naċċettaw l-umiljazzjonijiet jgħinna nirreżistu, nipperseveraw fit-tajjeb: 121.
  • Qdusija tal-Knisja militanti fil-perseveranza: 7.
  • Xhieda tal-qdusija hi magħmula mis-sabar u l-perseveranza f’dak li hu tajjeb: 112.

 

POPLU TA’ ALLA

  • Alla għoġbu jqaddes u jsalva l-bnedmin mhux individwalment: 6.
  • Alla hu Missier, li jiċċekken biex jimxi mal-poplu tiegħu: 118.
  • Esperjenza tal-patt bejn Alla u l-poplu tiegħu: 153.
  • Farraġ il-Mulej lill-poplu tiegħu: 123.
  • Ħafna ġesti sempliċi ta’ adorazzjoni pura fil-ħajja tal-poplu pellegrin: 155.
  • Ħafna talb mimli fidi u fiduċja qawwija fil-ħajja tal-poplu ta’ Alla: 154.
  • Qdusija fil-poplu ta’ Alla mimli sabar: 7.
  • Spirtu s-Santu li jxerred il-qdusija ma’ kullimkien fil-poplu qaddis u fidil ta’ Alla: 6.

 

QADDISIN

  • Beatitudnijiet: 63, 109.
  • Għandkom tkunu qaddisin għax jien qaddis: 10.
  • Għotja tagħhom għall-proxxmu: 100.
  • Hemm bosta koppji miżżewġa li huma qaddisin: 141.
  • Ħajjithom issejħilna biex noħorġu mill-medjokrità: 138.
  • Insiru qaddisin billi ngħixu bi mħabba u noffru x-xhieda: 14.
  • Jagħmlulna l-qalb u jimxu magħna: 3.
  • Jevitaw li jafdaw iżżejjed fl-azzjonijiet tagħhom: 54.
  • Kull qaddis jew qaddisa hu missjoni; hu pjan tal-Missier: 19.
  • Li diġà waslu fil-preżenza ta’ Alla: 4.
  • M’hemmx bżonn inkunu isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi: 14.
  • Mhux dak kollu li jgħid xi qaddis hu f’kollox fidil lejn l-Evanġelju: 22.
  • Mhux l-għerf li jagħmilna qaddisin, imma l-ħajja li ngħixu: 47.
  • Mhux li nillustraw għajnejna f’taparsi estasi: 96.
  • Mulej li jridna qaddisin: 1.
  • Niket li ma nkunux qaddisin: 34.
  • Nisa li dejjem qajmu dinamiżmi spiritwali: 12.
  • Profeti u qaddisin kbar li jqumu fl-iktar lejn mudlam: 8.
  • Qegħdin hemm iħarsuni, jgħinuni u jerfgħuni: 4.
  • Spirtu s-Santu li jagħtina l-ħerqa li nkunu qaddisin: 177.
  • Taħwid perikuluż meta naħsbu li diġà aħna qaddisin: 45.
  • Tal-bieb ta’ maġenbna: 6.
  • Xhieda tagħhom li toħroġ mill-imħabba: 16.
  • Ara wkoll REFERENZI GĦAL BEATI U QADDISIN.

 

QDUSIJA

  • Bosta teoriji fuq x’inhi l-qdusija: 63.
  • Burdata ħażina mhijiex sinjal ta’ qdusija: 126.
  • Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom: 19.
  • Dedikazzjoni pastorali u impenn fid-dinja mhumiex distrazzjoni fil-qdusija: 27.
  • Frott tal-Magħmudija fil-mixja tal-qdusija: 15.
  • Ġenju femminili li jidher fi stili femminili ta’ qdusija: 12.
  • Hi l-frott tal-Ispirtu: 15.
  • Hi l-isbaħ wiċċ tal-Knisja: 9.
  • Hi l-laqgħa tad-dgħufija tagħna: 34.
  • Hi magħmula minn qalb li tidra tinfetaħ għat-traxxendenza: 147.
  • Hi mixja komunitarja, li nagħmlu tnejn tnejn: 141.
  • Hi taqbida kontinwa: 162.
  • Hi parresia (kuraġġ): 129.
  • Ħidma li tqaddes: 25-31.
  • Knisja qaddisa u magħmula minn midinbin jeħtieġ tikber fil-qdusija: 15.
  • Koppji miżżewġa fejn kull parti kienet għodda għat-tqaddis tal-oħra: 141.
  • Kull Nisrani, skont kemm jitqaddes, jagħmel iżjed frott fid-dinja: 33.
  • Li nagħrfu nibku mal-oħrajn, din hi l-qdusija: 76.
  • Li nfittxu l-ġustizzja b’ġuħ u għatx kbir, din hi l-qdusija: 79.
  • Li nħarsu u nġibu ruħna bi ħniena, din hi l-qdusija: 82.
  • Li nilqgħu ta’ kuljum it-triq tal-Evanġelju, din hi l-qdusija: 94.
  • Li niżirgħu l-paċi madwarna, din hi l-qdusija: 89.
  • Li nkunu foqra fil-qalb tagħna, din hi l-qdusija: 70.
  • Li nwieġbu bi ħlewwa umli, din hi l-qdusija: 74.
  • Li nżommu ’l qalbna safja minn dak kollu li jtappan l-imħabba, din hi l-qdusija: 86.
  • Ma nemminx fi qdusija mingħajr talb: 147.
  • Ma nistgħux infittxu ideal ta’ qdusija li jinjora l-inġustizzja: 101.
  • Ma tagħmlekx inqas bniedem milli int: 34.
  • Mhix għajr l-imħabba li tingħax b’mod sħiħ: 21.
  • Min irid jitqaddes hu msejjaħ ibati u jiddedika ħajtu sal-punt tal-għeja: 107.
  • Mingħajr il-Kelma ta’ Ġesù, il-qdusija tibqa’ biss kelma: 66.
  • Mingħajr umiljazzjonijiet la hemm umiltà u lanqas qdusija: 118.
  • Missjoni u mixja tal-qdusija: 18.
  • Mixja ta’ qdusija li hi għajn ta’ paċi u ta’ ferħ li l-Ispirtu jagħtina: 164.
  • Mixja tal-qdusija li titlob li nżommu l-imsiebaħ mixgħula: 164.
  • Mudelli tal-qdusija m’għandhomx jaqtgħulna qalbna: 11.
  • Mumenti kollha tal-ħajja jkunu tarġiet fit-triq għall-qdusija: 31.
  • Nitqaddsu fit-tħaddim responsabbli u ġeneruż tal-missjoni tagħna: 26.
  • Qdusija b’ġesti żgħar: 16.
  • Qdusija u taħbit ta’ kuljum: 14.
  • Salib li hu għajn ta’ maturazzjoni u ta’ tqaddis: 92.
  • Skiet li fih ngħarblu, fid-dawl tal-Ispirtu, it-toroq ta’ qdusija: 150.
  • Spirtu ta’ qdusija jimla s-solitudni, is-servizz, l-intimità u l-impenn fl-evanġelizzazzjoni: 31.
  • Teoloġija u qdusija huma koppja inseparabbli: 45.
  • Tfisser li ngħixu f’għaqda ma’ Kristu l-misteri ta’ ħajtu: 20, 21.
  • Tibżax mill-qdusija. Mhix ħa teħodlok saħħa, ħajja u ferħ: 32.
  • Tqaddis bl-identifikazzjoni ma’ Kristu fit-tħabrik biex tibni miegħu s-Saltna: 25.
  • Ara wkoll SEJĦA GĦALL-QDUSIJA.

 

REFERENZA GĦALL-BEATI U QADDISIN

  • Beata Maria Gabriella Sagheddu: 5.
  • Beati Reliġjużi tal-ewwel Monasteru tal-Viżitazzjoni f’Madrid: 141.
  • Beatu Charles de Foucauld: 155.
  • Beatu Pawlu VI: 130.
  • San Bażilju l-Kbir: 52.
  • San Benedittu: 102, 142.
  • San Bonaventura: 46, 174.
  • San Filippu Neri: 126.
  • San Franġisk ta’ Assisi: 46, 100, 127.
  • San Ġwann Kriżostmu: 52
  • San Ġwann tas-Salib: 11, 117, 141, 148.
  • San Ġwanni Pawlu II: 9, 45, 91, 96,
  • San Pawl Miki u sħabu martri: 141.
  • San Pawl: 60, 73, 77, 86, 113, 122, 127, 130,
  • San Tumas More: 126.
  • San Tumas ta’ Aquino: 59, 106.
  • San Vinċenz de Paul: 100, 126.
  • Sant’Andrija Taegon u sħabu martri fil-Korea: 141.
  • Sant’Injazju ta’ Loyola: 69, 153.
  • Santa Fawstina Kowalska: 121.
  • Santa Ġużeppina Bakhita: 32.
  • Santa Monika: 142.
  • Santa Skolastika: 142.
  • Santa Tereża ta’ Avila: 149.
  • Santa Tereża ta’ Calcutta: 100, 107.
  • Santa Tereża ta’ Lisieux: 72.
  • Santu Rokku Gonzáles u San Alfons Rodríguez u sħabhom martri fl-Amerika ta’ Isfel: 141.
  • Santu Wistin: 49.

 

SABAR

SAGRAMENTI

  • Armi b’saħħithom li jxiddilna l-Mulej: 162.
  • Fit-tqarbin inġeddu l-patt tagħna miegħu: 157.
  • Ħalli l-grazzja tal-Magħmudija tħalli l-frott tagħha f’mixja ta’ qdusija: 15.
  • L-Iskrittura Mqaddsa twassalna ghall-Ewkaristija: 157.
  • Il-Kelma u l-Ewkaristija jagħmluna komunità qaddisa u missjunarja: 142.
  • Missjoni li ġiet fdata f’idejna fil-Magħmudija: 174.
  • Uħud mill-mezzi tat-tqaddis: 110.
  • Wieħed mid-doni tal-Mulej lill-Knisja: 15.

 

SALIB

  • Ara TBATIJA U TAĦBIT.

 

SEJĦA GĦALL-QDUSIJA

  • Aspetti tas-sejħa għall-qdusija: 112-121.
  • Insibuha b’ħafna modi fil-Bibbja: 1.
  • Inwieġbu għaliha bil-ħlewwa: 73.
  • Fil-kuntest attwali: 2.
  • Sejħa għall-qdusija: 1-34.
  • Sejħa li l-Mulej jagħmel lil kulħadd: 10, 23.
  • Ara wkoll QDUSIJA.

 

SEMPLIĊITÀ

  • Evanġelju misruq mis-sempliċità jisfa mfaqqar u mxekkel: 58.
  • Ġesù fissrilna b’sempliċità kbira xi jfisser inkunu qaddisin: 63.
  • Kurrenti Injostiċi li stkerrhu s-sempliċità hekk konkreta tal-Evanġelju: 43.

 

SKIET jew SILENZJU

  • Biex naduraw lil Alla: 155.
  • Fih insikktu l-ilħna l-oħra biex nisimgħu leħen il-Mulej: 149.
  • Fih u bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu ngħarblu t-toroq tal-qdusija: 150.
  • Ilkoll neħtieġu s-skiet mimli bi preżenza meqjuma: 149, 151.
  • Mhux ħarba mid-dinja: 152.
  • Mhux ta’ ġid jekk wieħed jevita l-laqgħa mal-oħrajn: 26.
  • Mħabba li tikkontempla l-misteru, tiggustah fis-silenzju: 155.
  • Minkejja li Alla jkellimna kull ħin, ma nistgħux ma nfittux is-skiet tat-talb: 171.
  • Spiritwalità fil-komunità mhix kontra mumenti ta’ skiet: 29

 

SLIEM

  • Ara PAĊI.

 

SPIRITWALITÀ

  • Mingħajr relazzjoni mal-Mulej, il-Kristjaneżmu jiċċaħħad mill-ispiritwalità: 100.
  • Spiritwalità falza nieqsa mil-laqgħa ma’ Alla: 111.
  • Spiritwalità maqtugħa mir-realtà: 40.
  • Spiritwalità skont is-sejħa: 28.

 

SPIRTU S-SANTU

  • Beatitudnijiet li nistgħu ngħixuhom biss jekk l-Ispirtu s-Santu jaħkimna: 65.
  • Ġesù nnifsu tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu: 124.
  • Għandna bżonn tal-ispinta tal-Ispirtu biex ma neħlux: 133.
  • Ħalli lill-Ispirtu jibdlek, ħallih iġeddek: 24.
  • Inħallu aktar l-Ispirtu s-Santu jmexxina milli r-raġunamenti tagħna: 42.
  • Inħallu l-Ispirtu li jmexxina fit-triq tal-imħabba: 57.
  • Insawru ħajjitna kollha fuq ta’ Kristu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu: 21.
  • Iqanqal sinjali tal-preżenza tiegħu li jgħinu lil dawk li jimxu wara Kristu: 9.
  • L-Ispirtu s-Santu u d-dixxerniment: 166
  • L-Ispirtu waħdu jaf jinfed fix-xquq l-iżjed mudlama tar-realtà: 173.
  • Ixerred il-qdusija ma’ kullimkien fil-poplu qaddis u fidil ta’ Alla: 6.
  • Jgħinna nikkontemplaw l-istorja mil-lenti ta’ Ġesù Rxoxt: 139.
  • Kelma li nilqgħuha fost ħafna taħbit bil-ferħ tal-Ispirtu s-Santu: 122.
  • Kull qaddis huwa messaġġ li l-Ispirtu s-Santu jislet mill-għana ta’ Ġesù Kristu: 21.
  • Li nkunu Nsara hi grazzja fl-Ispirtu s-Santu: 122.
  • Ma noqogħdux nitlajjaw meta l-Ispirtu jitlob minna li mmiddu pass: 139.
  • Mingħajr l-Ispirtu, il-ħajja tal-Knisja tinbidel f’oġġett għal ġol-mużew: 58.
  • Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jsawwab fina ħerqa qawwija li nkunu qaddisin: 177.
  • Parresia (kuraġġ) li hi siġill tal-Ispirtu: 132, 175.
  • Pawlu jsemmi l-ħlewwa bħala frott tal-Ispirtu s-Santu: 73.
  • Qajjem qaddisin nisa: 12.
  • Qanqal fl-Appostli l-kuraġġ biex ixandru lil Kristu: 129, 133.
  • Qdusija li hi l-frott tal-Ispirtu s-Santu: 15.
  • Talb lill-Ispirtu s-Santu bex jurina x’qed jistenna minna Ġesù: 23.
  • Taqtax qalbek, għax int għandek il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu: 15.
  • Tibżgħux tħallu lill-Ispirtu s-Santu jmexxikom: 34.
  • Xewqa li nkunu safjin titwettaq fina bl-Ispirtu s-Santu: 53.

 

TALB

  • Dixxerniment u t-talb: 166.
  • Espressjoni ta’ qalb li tafda lil Alla: 149, 154.
  • Fidi li tesprimi ruħha fit-talb: 162.
  • Flimkien mal-imħabba ta’ Alla, il-qari tal-Evanġelju, u l-għotja għall-proxxmu: 100.
  • Għandu jkun dejjem għani fil-memorja: 153.
  • Hu ankra f’ċirkustanzi diffiċli: 114.
  • Hu prezzjuż jekk iwassal għall-għotja: 104.
  • Ħin tat-talb li mhux ħin ta’ ħarba mid-dinja: 152.
  • Ma jagħmilx ġid li tfittex it-talb imma bla ma tagħti valur lill-qadi: 26.
  • Ma nistgħux ma nfittxux is-skiet tat-talb fit-tul: 171
  • Mhux bilfors kontemplazzjoni pura ta’ Alla bla distrazzjoni: 154.
  • Qaddis li hu persuna bi spirtu ta’ talb: 147
  • Qari tal-Kelma ta’ Alla fi spirtu ta’ talb: 156.
  • Qdusija li mhix biss għal dawk li jistgħu jagħmlu ħin twil ta’ talb: 14.
  • Relazzjoni intima ta’ ħbiberija: 149.
  • Tajjeb it-tagħlim tat-teoloġija, basta ma jintefiex l-isprtu ta’ talb u ġabra: 46.
  • Talb li fih tista’ tagħraf is-sinjali li joffrilek Alla: 23.
  • Tkellem, Mulej: 172.
  • Valur tat-talb ta’ petizzjoni u interċessjoni: 154.
  • Waħda mill-karatteristiċi tal-qdusija: 147-157.

 

TAMA

  • Qaddis li kapaċi jgħix bil-ferħ u jdawwal lill-oħrajn bi spirtu pożittiv u mimli tama: 122.
  • Serenità mimlija bit-tama: 125.
  • Talba ta’ petizzjoni li tgħinna nibqgħu mexjin ’il quddiem nitqabdu bit-tama: 154.

 

TBATIJA U TAĦBIT

§  Biex ngħixu l-Evanġelju, ma nistgħux noqogħdu nistennew li kollox ikun favurina: 91.

§  Għajnuna lil min qed ibati: 108.

§  Hemm mumenti ibsin, imma xejn ma jista’ jeqred il-ferħ sopranaturali: 125.

§  Interċessjoni li tesprimi impenn fratern fit-tbatija tal-oħrajn: 155.

§  Li ssofri t-tbatija bis-sabar, mhux li taħrab mis-soċjetà: 119.

§  Loġika tad-don tas-salib: 174-175.

§  Ma nistgħux nistennew li kollox madwarna jkun favurina: 91.

§  Min hu mxennaq biex jitqaddes hu msejjaħ ibati: 107.

§  Persekuzzjonijiet mhumiex realtà biss tal-imgħoddi: 94.

§  Qatt mhu ħa jonqos is-salib: 75.

§  Qdusija li mhix riservata għal dawk li jżommu ’l bogħod mit-taħbit: 14.

§  Salib, taħbit tiġrib li huma hu għajn ta’ maturazzjoni u ta’ tqaddis: 92.

§  Taħbit tal-ħajja u l-kontemplazzjoni tal-wiċċ ta’ Ġesù li miet u rxoxta: 151.

§  Taħbit u l-ferħ tal-Ispirtu s-Santu: 122.

§  Tbatijiet li jeħtieġ inġarrbu minħabba l-Evanġelju huma l-persekuzzjonijiet: 92, 93.

§  Trijonf Nisrani li hu s-salib, li hu stendard ta’ rebħa, li nġorruh bi ħlewwa: 163.

 

TEOLOĠIJA

§  Li l-istudju tat-teoloġija ma jitfix l-ispirtu ta’ talb u ġabra: 46.

§  Teoloġija u qdusija huma koppja inseparabbli: 45.

§  Użu san u umli tar-raġuni biex nirriflettu fuq it-tagħlim teoloġiku u morali tal-Evanġelju: 39.

 

UMANITÀ

§  Alla jeħodna hemm fejn tinsab l-umanità l-iżjed miġruħa: 135.

§  Bl-iskart tal-umanità vulnerabbli l-Mulej għad isawwar l-aħħar opra tal-arti tiegħu: 61.

§  Kontemplazzjoni tal-wiċċ ta’ Ġesù li miet u rxoxta terġa’ tibni mill-ġdid l-umanità tagħna: 151.

§  Umanità li ma ssibx mistrieħ jekk ma tersaqx bil-fiduċja lejn il-Ħniena ta’ Alla: 121.

 

UMILJAZZJONI

§  Appostli li wara l-umiljazzjoni, kienu ferħana: 118.

§  Jekk m’intix kapaċi ġġarrab u toffri xi umiljazzjonijiet, m’intix umli: 118.

§  Qdusija li Alla jagħti lill-Knisja tiegħu tiġi permezz tal-umiljazzjonijiet ta’ Ibnu: 118.

§  Twasslek biex issir tixbah lil Ġesù: 118.

§  Umiljazzjoni li mhix xi ħaġa li għandna nieħdu pjaċir biha, għax dan ikun masokiżmu: 120.

§  Umiljazzjonijiet ta’ kuljum ta’ dawk li jistabru biex jistgħu jsalvaw lill-familja: 119.

§  Umiltà li tista’ tniżżel għeruqha fil-qalb biss permezz tal-umiljazzjonijiet: 118.

UMILTÀ

§  Nirċievu d-doni ta’ Alla b’umiltà: 56.

§  Rieda mingħajr umiltà: 49-51.

§  Tista’ tniżżel għeruqha fil-qalb biss permezz tal-umiljazzjonijiet: 118.

§  Tistqarr b’umiltà lill-Mulej: 49.

§  L-umiltà tal-Missier, li jiċċekken biex jimxi mal-poplu tiegħu: 118.

 

VERITÀ

§  Evanġelju li jistedinna nagħrfu l-verità tal-qalb tagħna: 67.

§  Ħniena li hi l-milja tal-ġustizzja u l-wirja l-iżjed imdawla tal-verità ta’ Alla: 105.

§  Inħarsu f’wiċċ il-verità tagħna nfusna, biex inħallu lill-Mulej jidħol fiha: 29.

§  Nistgħu nifhmu b’mod fqir il-verità li nirċievu mingħand il-Mulej: 43.

§  Poplu li jagħraf lil Alla fil-verità u jservih fil-qdusija: 6.

§  Verità fil-kliem ta’ Ġesù dwar il-qdusija: 63.

 

XHIEDA

§  Aħna lkoll imsejħin inkunu xhieda: 11.

§  Bla nar fik, kif tista’ tqabbad il-qalb tal-oħrajn bix-xhieda tiegħek?: 151.

§  Dawk li kienu qatluhom minħabba x-xhieda li kienu taw: 4.

§  Għandna madwarna sħaba hekk kbira ta’ xhieda: 3.

§  Il-parresia hi siġill tal-Ispirtu, xhieda tal-awtentiċità tat-tħabbira: 132.

§  Ix-xhieda qarrieqa ttebba’ l-bniedem: 85.

§  Jeżistu bosta xejriet eżistenzjali ta’ xhieda: 11.

§  Ngħixu bi mħabba u noffru x-xhieda tagħna fil-ħidmiet ta’ kuljum: 14.

§  Qawwet ix-xhieda tal-qaddisin qiegħda f’li għexu l-Beatitudnijiet u r-regola ta’ mġiba tal-Ġudizzju finali: 109.

§  Sehem mill-uffiċċju profetiku ta’ Kristu meta nxandru x-xhieda ħajja tiegħu: 8.

§  Xhieda biex jistimulawna u jimmotivawna, imma mhux biex nikkuppjawhom: 11.

§  Xhieda għal Kristu saċ-ċarċir tad-demm saret wirt komuni ta’ Kattoliċi, Ortodossi, Anglikani u Protestanti: 9.

§  Xhieda li jagħmlulna l-qalb biex nibqgħu niġru t-triq tal-prova: 3.

§  Xhieda li tfakkarna li l-Knisja m’għandhiex bżonn tant burokrati u funzjonarji: 138.

§  Xhieda ta’ nisa mhux magħrufa jew minsija: 12.

§  Xhieda tal-qaddisin: 15, 141.

§  Xhieda tal-qdusija hi magħmula mis-sabar u l-perseveranza f’dak li hu tajjeb: 112.

 

XITAN

§  Hu l-prinċep tal-ħażen: 159.

§  Irbaħ il-ħażin bit-tajjeb, u keċċi ’l barra ’l bogħod minnek lid-demonju: 117.

§  Jekk inwebbsu rasna, nibqgħu ma nammettux l-eżistenza tax-xitan: 160.

§  Kif inkunu nafu jekk ħaġa hix ġejja mill-ispirtu tax-xitan: 166, 168.

§  Nissimplifikaw iżżejjed jekk ngħidu li x-xitan ma jeżistix u ma jaġixxix: 160.

§  Trid il-qawwa u l-kuraġġ biex tista’ tieqaf lit-tentazzjonijiet tax-xitan: 158.