Talba lill-Familja Mqaddsa mill-Papa Franġisku

Ġesù, Marija u Ġużeppi, fikom nikkontemplaw id-dija tal-imħabba vera, lejkom bit-tama nduru.  Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, ibdel il-familji tagħna wkoll f’inħawi ta’ għaqda u ċenakli ta’ talb, skejjel tassew tal-Evanġelju u knejjes domestiċi ċkejknin. Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, jalla qatt aktar fil-familji ma jkun hemm esperjenzi ta’ vjolenza, ta’ għeluq u ta’ firda:  jalla kull min qatt kien imweġġa’ jew skandalizzat jagħraf fis il-faraġ u l-fejqan.  Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, jalla s-Sinodu tal-Isqfijiet i jmiss jagħraf irawwem mill-ġdid f’kulħadd l-għarfien tal-karattru qaddis u invjolabbli tal-famija, u l-ġmiel taħgha fil-pjan ta’ Alla.  Ġesù, Marija u Ġużeppi, isimgħu it-talb tagħna u aqalgħuh.  Ammen.

[Angelus, Il-Ħadd, 29 ta' Diċembru 2013]