Marzu 2015

02. In-Nisrani juri għerfu meta jakkuża lilu nnifsu minflok ma joqgħod jiġġudika lil ħaddieħor.

03. Ejjew nagħmlu l-ġid minflok noqogħdu nilagħbuha tal-qaddisin.

05. Il-mondanità ma tħalliniex naraw il-ħtiġijiet tal-foqra.

09. L-istil ta’ Alla hu l-umiltà u s-silenzju, mhux l-ispettaklu.

10. Alla jaħfirli imma jitlob minni li naħfer lill-oħrajn.

12. Fl-imħabba tagħna lejn Alla m’hemmx triq tan-nofs.

16. L-imħabba ta’ Alla lejna hi bħal dik tan-namrati: Alla joħlom bl-imħabba li Hu jħoss għalina.

17. Il-Knisja mhix post fejn l-Insara għandhom jagħlqu l-bibien għal min ikun irid jidħol.

23. Fejn m’hemmx ħniena, m’hemmx ġustizzja.

24. Jalla l-Ġimgħa Mqaddsa tgħinna naċċettaw it-toroq t’Alla.

26. Il-ferħ jiġi mill-fidi f’Ġesù mhux mir-regoli dottrinali.