Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

L-arja tal-Knisja

It-Tnejn, 30 ta’ Settembru 2013

Paċ u ferħ: «din hija l-arja tal-Knisja». Waqt li kkummenta l-qari tal-quddiesa ċċelebrata fil-għodwa tat-Tnejn 30 ta’ Settembru, fil-kappella ta’ Santa Marta, il-Papa Franġisku waqaf fuq l-atmosfera li wieħed jieħu meta l-Knisja tkun taf tilqà il-preżenza kostanti tal-Mulej. Atmosfera ta’ paċi, appuntu, fejn jirrenja l-ferħ tal-Mulej.

L-episodji li rrifera għalihom huma dawk meħuda mill-ktieb ta’ Żakkarija (8, 1-8) — bil-profezija tal-pjazez ta’ Ġerusalem li jimtlew bix-xjuħ mistrieħa fuq il-bsaten, biex jimmanifesta l-valur tal-ħajja twila tagħhom, maġemb iż-żgħażagħ li jilagħbu kuntenti, biex juri l-ferħ tal-poplu ta’ Alla— u mis-silta tal-Vanġelu ta’ Luqa (9, 46-50) li jirrakkonta dwar id-disputa fost l-Appostli fuq min kien l-ikbar fosthom.

Fiż-żewġ siltiet il-Papa jara speċi ta’ diskussjoni, jew aħjar, bdil ta’ opinjoni dwar l-organizzazzjoni tal-Knisja. Imma fakkar, «il-Mulej jieħu gost jissorprendi» u hekk «jisposta ċ-ċentru tad-diskussjoni: jiġbed ħdejh it-tifel u jgħid: «Min jilqà lil dan it-tifel f’ismi, jilqà lili. Infatti min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dan huwa l-ikbar.»  U d-dixxipli ma fehmux.

«Fl-ewwel qari — sostna l-Papa — smajna l-wegħda ta’ Alla lill-poplu tiegħu: nerġà lura f’Sion, ngħammar f’Ġerusalem u Ġerusalem tissejjah il-belt fidila. Il-Mulej jergà lura.» Imma «liema huma s-sinjali li l-Mulej reġà lura? Organizzazzjoni sabiħa? Gvern li jimxi ‘l quddiem kollu nadif, kollu perfett?» u staqsa. Biex iwieġeb il-Qdusija Tiegħu reġà ppropona l-immaġni tal-pjazza ta’ Ġerusalem mimlija xjuħ u tfal.

Mela «dawk li nħallu fil-ġemb meta naħsbu g programm ta’ organizzazzjoni — enfasizza — ikunu s-sinjal tal-preżenza ta’ Alla: ix-xjuħ u t-tfal. Ix-xjuħ għaliex iġorru magħhom l-esperjenza, l-esperjenza ta’ ħajjithom, l-esperjenza tat-tradizzjoni, l-esperjenza tal-istorja, l-esperjenza tal-liġi ta’ Alla; u t-tfal għaliex huma wkoll il-qawwa, il-futur, dawk li jkomplu mexjin ‘il quddiem bil-qawwa tagħhom u b’ħajjithom il-futur ».

Il-futur ta’ poplu — reġà tenna l-Papa Franġisku — «jinsab propju hawn u hawn, fix-xjuħ u fit-tfal. U poplu li ma jiħux ħsieb ix-xjuħ u t-tfal tiegħu m’għandux futur, għaliex ma jkollux memorja u ma jkollux wegħda. Ix-xjuħ u t-tfal huma l-futur ta’ poplu.»

Sfortunatament, huwa żied, hija konswetudni ta’ niket li twarrab fil-ġemb lit-tfal «b’xi karamella jew b’xi logħba». L-istess bħal ma hu li ma tħallix lix-xjuħ jitkellmu u «tgħaddi mingħajr il-pariri tagħhom». Madankollu Ġesù irrakkomanda li tingħata l-ikbar attenzjoni lit-tfal, li ma tiskandalizzahomx; hekk kif ifakkar li  «l-uniku kmandament li jġorr miegħu barka huwa propju r-rabà, dak dwar il-ġenituri, dwar ix-xjuħ: onorahom».

Id-dixxipli naturalment riedu «li l-Knisja tkompli miexja ‘l quddiem mingħajr problemi. Imma dan — wissa l-Papa — jist jsir tentazzjoni għall-Knisja: il-Knisja tal-funzjonaliżmu, il-Knisja organizzata sewwa. Kollox f’postu». Imma mhuwiex hekk, għaliex tkun Knisja «mingħajr memorja u mingħajr wegħda»; u dan bla ebda dubju «ma jistax ikun».

«Il-profeta — kompla l-Qdusija Tiegħu — jgħidilna dwar il-vitalità tal-Knisja. Ma jgħidilniex iżda: imma jien se nkun magħkom u kull ġimgħa jkollkom dokument biex taħsbu; kull xahar nagħmlu laqgħa biex nippjanifikaw ». Dan kollu, huwa żied, huwa meħtieġ imma mhuwiex is-sunjal tal-preżenza ta’ Alla. Xi jkun dan is-sinjal jgħidilna l-Mulej:: «Xjuħ irġiel u nisa ikunu gm bilqiegħda fil-pjazez ta’ Ġerusalem, kull wieħed u waħda minnhom bil-bastun f’idejhom minħabba l-ħajja twila tagħhom. U l-pjazez tal-ibliet jintlew bħan-nemel bi tfal bniet u subien li jilagħbu fil-pjazez».

«Il-logħob — temm jgħidl-Isqof ta’ Ruma — iġegħelna naħsbu dwar il-ferħ. Dan huwa l-ferħ tal-Mulej. U dawn ix-xjuħ bilqiegħda bil-bastun f’idejhom, iġegħluna naħsbu fil-paċi. Paċi u ferħ, din hija l-arja tal-Knisja».

 

 

Miġjub għall-Malti Minn Emanuel Zarb.