Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Ħsieb ħieles

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru 2013

Stedina biex «naħsbu ta’ nsara», għaliex «nisrani ma jaħsibx biss b’rasu, jaħseb ukoll b’qalbu u bl-ispirtu li għandu ġo fih», saret mill-Papa Franġisku dalgħodu, il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru, waqt il-quddiesa ċċelebrata ġewwa Santa Marta. Stedina b’mod partikulari attwali f’kuntest soċjali fejn — ġiegħel li jkun innutat il-Papa — kull ma jmur qiegħed ikun dejjem iktar insinwat «ħsieb dgħajjef, ħsieb uniformi, ħsieb pret-à-porter».

L-Isqof ta’ Ruma iċċentra r-riflessjoni tiegħu fuq is-silta evanġelika ta’ Luqa (21, 29-33) proposta waqt il-liturġija, li fiha l-Mulej «b’eżempji sempliċi jgħallem lid-dixxipli tiegħu biex jifhmu dak li kien qed iseħħ». F’dan il-każ Ġesù jistieden biex tkun osservata «is-siġra tat-tin u s-siġar kollha», għaliex meta jibdew jarmu wieħed jifhem li jkun qorob is-Sajf. F’kuntesti oħra l-Mulej juża eżempji simili biex iċanfar lill-Fariżej li ma jridux jifhmu «is-sinjali taż-żmenijiet»; dawk li ma jarawx «il-pass ta’ Alla fl-istorja», fl-istorja tal-poplu ta’ Iżrael, fl-istorja ta’ qalb il-bniedem,  «fl-istorja tal-umanità».

It-tagħlim skont il-Qdusija Tiegħu, huwa li «Ġesù bi kliem sempliċi jinkuraġġina bviex naħsbu ħalli nifhmu». U dan huwa nkuraġġiment biex naħsbu «mhux biss b’rasna», imma wkoll «bil-qalb, bl-ispirtu», b’kull ma aħna. Dan huwa appuntu il- “ħsieb ta’ nisrani,” biex inkunu nistgħu «nifhmu s-sunjali taż-żmenijiet». U dawk li ma jifhmux, bħal ma jiġri fil-każ tad-dixxipli ta’ Għemmaws, huma definiti minn Kristu «stupidi u qalbhom tardiva». Għaliex — spjega l-Papa — dak li «ma jifhimx l-affarijiet ta’ Alla huwa persuna hekk», stupida u iebsa biex tifhem, waqt li «l-Mulej irid li aħna nifhmu dak li jkun qed iseħħ f’qalbna, f’ħajjitna, fid-dinja, fl-istorja»; u nifhmu «xi jfisser dak li qed iseħħ issa». Infatti dan jinsab fit-tweġibiet għal dawn id-domandi li nistgħu nagħrfu  è «is-sinjali taż-żmenijiet».

Bdanakollu l-affarijiet mhux dejjem imorru hekk. Hemm għadu li qed jonsobna. Dan huwa «-ispirtu tad-dinja», li — fakkar il-Qdusija Tiegħu — «jagħmlilna proposti oħra». Għaliex «ma jridniex poplu, iridna massa. Mingħajr ħsieb u mingħajr libertà». L-ispirtu tad-dinja, fis-sustanza, jimbuttana għal għonq  «triq ta’ uniformità, imma mingħajr dak l-ispirtu li jagħmel korp ta’ poplu», billi jittrattana «bħallikieku ma għandniex il-ħila li naħsbu, bħal persuni li mhumiex ħielsa». U minħabba f’dan il-Papa Franġisku iċcara espressament il-mekkaniżmi tal-persważjoni okkulta: hemm mod determinat ta’ ħsieb li hemm bżonn li jkun impost, «hemm bżonn li jsir reklam ta’ dan il-ħsieb» u «hemm bżonn li naħsbu» b’dan il-mod. Dan hu «il-ħsieb uniformi, il-ħsieb ugwali, il-ħsieb dgħajjef»; ħsieb sfortunatament «hekk mifrux», ikkummenta l-Isqof ta’ Ruma.

Fil-prattika «l-ispirtu tad-dinja ma jridx li aħna nitolbu quddiem Alla: imma għaliex iseħħ dan? »  U biex jaljenana mid-domandi essenzjali, «jipproponilna ħsieb pret-à-porter, skont il-gosti tagħna: jien naħseb kif jogħġobni». Dan il-mod ta’ ħsieb «kollox sew» mal-ispirtu tad-dinja; waqt li dak li huwa «ma jridx huwa dak li jitlobna Ġesù: il-ħsieb ħieles, il-ħsieb ta’ raġel u ta’ mara li huma parti mill-poplu ta’ Alla». Mill-bqija, «is-salvazzjoni kienet propju din: li tagħmilna poplu, poplu ta’ Alla. Li jkollna l-libertà». Għaliex «Ġesù jitlobna li naħsbu b’mod liberu, li naħsbu biex nifhmu x’qed jiġri ci».

Bla dubju, wissa l-Papa Franġisku, «weħedna dan ma nistgħux nagħmlu» nagħmlu kollox: «nonħtieġu l-għajnuna tal-Mulej, ninħtieġu l-Ispirtu Santu biex nifhmu s-sonjali taż-żminijiet». Infatti huwa propju l-Ispirtu li jirregalalna «l-intelliġenza biex nifhmu». Dan huwa rigal personali mogħti lil kull bniedem, grazzi għal liema «jien hemm bżonn li nifhem għaliex jiġri dan lili» u «liema hija t-triq li l-Mulej irid» għal ħajti. Minn hawn l-eżortazzjoni konklussiva biex «nitolbu lill-Mulej Ġesù il-grazzja li jibgħatilna l-ispirtu tal-intelliġenza tiegħu», sabiex «ma jkollniex ħsieb dgħajjef, ħsieb uniformi, ħsieb skont il-gosti tagħna», biex minflok ikollna «biss ħsieb skont Alla». U «b’dan il-ħsieb — ta’ moħh, ta’ qalb u ta’ ruħ — li huwa don tal-Ispirtu», infittxu li nkunu nistgħu nifhmu «xi jkunu jfissru l-affarijiet, nifhmu tajjeb is-sinjali taż-żmenijiet».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.