Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

It-tama, din il-mhix magħrufa

It-Tlieta, 29 ta’ Ottubru 2013

It-tama hija l-iktar umli mit-tliet virtujiet tejologali, għaliex fil-ħajja din tistaħba. Madankollu hija tinbidel fi ptofondità, bħal ma «mara tqila hija mara» imma hi bħal ma se tinbidel għaliex se ssir omm. Dwar it-tama il-Papa Franġisku tkellem dalgħodu, it-Tlieta 29 ta’ Ottubru, waqt il-quddiesa ċcelebrata f’Santa Marta waqt li rrifletta fuq l-atteġjament tal-insara fl-istennija tar-rivelazzjoni tal-Iben ta’ Alla.

Ma’ dan l-atteġġjament hija marbuta t-tama, virtù, qal fil-bidu tal-omelija, li rrivelat ruħha iktar qawwija mit-tbatijiet, hekk bħal ma jikteb San Pawl fl-ittra lir-Rumani (8, 18-25). «Pawlu — innota l-Papa — jirreferixxi gjiet taż-żmien preżenti, u jgħid li mhumiex paragonabbli mal-glorja futura li tkun irrivelata lilna». L-Appostlu jitkellem «aspettattiva ardenti», tensjoni lejn ir-rivelazzjoni li tirrigwarda l-ħolqien kollu. «Din it-tensjoni hija t-tama — reġà tenna — u li tgħix fit-tama huwa li tgħix fit-tensjoni», fl-istennija tar-rivelazzjoni tal-Iben ta’ Alla, meta jiġifieri l-ħolqien kollu, «kif ukoll kull wieħed u waħda minnha», ikunu meħlusa mill-iskjavitù» biex nidħlu fil-glorja ta’ ulied Alla ».

«Pawlu — imbagħad kompla — ikellimna dwar it-tama. Ukoll fil-kapitolu preċedenti tal-ittra lir-Rumani kien tkellem dwar it-tama. Kien qalilna li t-tama ma tiddiżappuntax, hija sikura». Madankollu mhijiex faċli biex tifhimha; u li tittama ma jfissirx li tkun ottimista. Mela «it-tama mhix ottimiżmu, mhix dik il-ħila li tħares lejn l-affarijiet b’qalb tajba u tibqà għaddej», u lanqas mhi sempliċement atteġġjamente pożittiv, bħal dak ta’ ċerti «persuni luminużi, pożittivi». Din, qal il-Qdusija Tiegħu «hija tajba, imma mhix it-tama».

Jingħad, spjega l-Qdusija Tiegħu, li hija «l-iktar umli mit-tliet virtujiet, għaliex tinħeba fil-ħajja. Il-fidi tidher, tinħass, nafu xinhi; u l-karità tagħmilha, taf xinhi. Imma xinhi t-tama?». It-tweġiba tal-Papa kienet ċara: «Biex noqorbu xi ftit nistgħu ngħidu bħala l-ewwel ħaġa li hija sogru. It-tama hija virtù riskjuża, virtù bħal ma jgħid San Pawl, ta’ aspettattiva ardenti lejn ir-rivelazzjoni tal-Iben ta’ Alla. Mhix illużjoni. Hija dik li kellhom l-Iżraeliti» li meta sfaw meħlusa mill-iskjavitù, qalu: «kien qisna qegħdin noħolmu. Allura fommna mtela bi tbissima u ilsienna bil-ferħ».

Hekk hu, spjega, dan huwa li se jseħħ meta jkun hemm ir-rivelazzjoni tal-Iben ta’ Alla. «Ikollok tama jfisser propju dan: tkun f’tensjoni lejn din ir-rivelazzjoni, lejn dan il-ferħ li jimlielna fommna bit-tbissim». U stqarr: «Sabiħa din l-immaġni!». Imbagħad irrakkonta li «li l-ewwel insara kienu jpinġuha bħala ankra. It-tama hija ankra i»; ankra mwaħħla max-xatt tad-dinja l-oħra. Ħajjitna hija bħal mixi fuq il-ħabel lejn l-ankra.. «Imma aħna fejn aħna ankrati?» staqsa l-Isqof ta’ Ruma. «Aħna ankrati propju hemm, fuq ix-xatt ta’ dak l-oċean hekk ;il bogħod jew aħna ankrati f’daqsxejn ta’ lag artifiċjali li bnejnieh aħna, bir-regoli tagħna, bl-imġiebiet tagħna, bl-orarji tagħna, bil-klerikaliżmi tagħna, bl-atteġgjamenti ekkleżjastiċi tagħna - mhux ekkleżjali, eh? —. Aħna ankrati hemm fejn kollox huwa komdu u sikur? Din mhix it-tama».

Pawlu, żied il-Papa Franġisku,  «imbagħad ifittex ikona oħra tat-tama, dik tal-ħlas. Infatti nafu li l-ħolqien kollu, u wkoll aħna flimkien mal-ħolqien, “nokorbu u nsofru l-uġigħ tal-ħlas sallum.”  Mhux biss, imma wkoll aħna  li nippossiedu l-ewwel frott tal-ispirtu, nokorbu— aħsbu fil-mara li twelled — nokorbu internament waqt li nistennew. Ninsabu fl-istennija. Dan huwa twelid». It-tama, żied, titqiegħed f’din id-dinamika tal-għoti tal-ħajja. Mhix ħaġa li tidher ukoll għal min jgħix «fl-ewwel frott tal-Ispirtu». Imma nafu li «l-Ispirtu jaħdem. Il-Vanġelu — ippreċiża l-Papa waqt li rrifera għas-silta ta’ Luqa (13, 18-21) — jgħid xi ħaġa dwar dan. L-Ispirtu jaħdem fina. Jaħdem bħallikieku kien żerriegħa tas-senapa, żgħira imma minn ġewwa mimlija bil-ħajja u l-qawwa u tibqà tikber sa ma ssir siġra. L-Ispirtu jaħdem bħall-ħmira li għandha l-ħila tkabbar id-dqiq kollu. Hekk jaħdem l-Ispirtu».

It-tama hija grazzja li rridu nitolbu infatti «hija ħaġa li tgħix fit-tama, giex fit-tama aħna mifdija, u ħaġa oħra hija li tgħix ta’ nisrani tajjeb u xejn iktar: tgħix fl-istennija tar-rivelazzjoni, jew tgħix tajjeb bil-kmandamenti»; li nkunu ankrati max-xatt tad-dinja futura «jew ipparkjati fil-lag artifiċjali».

Biex ifiehem aħjar il-kunċett il-Papa indika kif imbidel l-atteġġjament ta’ Marija, «tfajla żagħżugħa», meta saret taf li kienet omm: «Mur u għin u kanta dak il-kantiku ta’ tifħir». Għaliex, spjega l-Papa Franġisku,  «meta mara tkun tqila, hija mara » imma bħalli kieku tinbidel fil-profond għalissa issa «hija omm». U t-tama hija xi ħaġa simili: «tibdel l-atteġġjament tagħna». Għal dan, huwa żied, «nitolbu li nkunu rġiel u nisa ta’ tama».

Fl-għeluq, waqt li dar fuq grupp ta’ saċerdoti Messikani li kienu qegħdin jiċċelebraw il-ħamsa u għoxrin anniversarju tas-saċerdozju tagħhom, il-Papa waqt li indika l-immaġni Marjana li huma kienu ġabulu bħala rigal, qal: «Ħarsu lejn Ommkom, figura tat-tama tal-Amerika. Ħarsu, hija mpittra bħala tqila. Hija l-Madonna tal-Amerika, hija l-Madonna tat-tama. Itolbuha lilha l-grazzja sabiex is-snin li ġejjin ikunu għalikom snin ta’ tama», il-grazzja «li tgħixu bħala saċerdoti tat-tama» li jirregalaw it-tama.

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.