Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Il-biżà tas-Salib

Is-Sibt, 28 ta’ Settembru 2013

Is-salib ibeżżà. Imma li ssegwi lil Ġesù ifisser b’mod inevitabbli li taċċetta s-salib li jitpoġġa quddiem kull nisrani. U lill-Madonna — li taf, minħabba li ppruvatu, kif tinsab maġemb is-salib — irridu nitolbuha l-grazzja li ma naħarbux quddiemu, alavolja ninħakmu mill-biżà. Dun hija r-riflessjoni tal-Papa Franġisku dalgħodu, is-Sibt 28 ta’ Settembru, waqt il-quddiesa ċcelebrata fil-kappella ta’ Santa Marta.

Waqt li kkummenta s-silta liturġika ta’ Luqa (9, 43-45), il-Qdusija Tiegħu fakkar li fi żmien ir-rakkont tal-Evanġelista «Ġesù kien impenjat f’ħafna attivitajiet u lkoll kienu mgħaġġba bil-ħwejjeġ kollha li kien jagħmel. Kien il-mexxej ta’ dak il-waqt. Il-Ġudea, il-Galilea u s-Samaria kollha kienu jitkellmu dwaru. U Ġesù, jistà jkun li filwaqt li fih id-dixxipli kienu mimlija ferħ b’dan, qalilhom: Żommu sewwa f’moħħkom dan il-kliem: Bin il-bniedem ser ikun mogħti f’idejn il-bnedmin ».

Filwaqt tat-trijonf, ġegħlhom jinnutaw il-Papa, Ġesù jħabbar b’xi mod il-Passjoni tiegħu. Id-dixxipli, iżda, tant kienu nfatwati bil-waqt ta’ rebħa «li dan il-kliem ma fehmuhx: baqà għalihom hekk misterjuż li inqas biss irnexxielhom jifhmu s-sens». U, kompla, «ma talbu ebda spjega. Il-Vanġelu jgħid: beżgħu jistaqsuh dwar dan». Aħjar mela ma nitkellmux/ Aħjar «ma nifhmux il-verità». Beżgħu mis-salib.

Fis-sewwa, Ġesù wkoll kien qed jibżà; imma «hu — spjega l-Papa — ma setax iqarraq bih innifsu. Huwa kien jaf. U tant kien il-biżà tiegħu li f’dik il-għaxija tal-Ħamis għereq l-għaraq tad-demm». Huwa saħansitra talab lil Alla: «Missier biegħed minni dan il-kalċi»; Imma, żied, «tkun magħmula r-rieda tiegħek. U din hija d-differenza. Is-salib ibeżżagħna».

Dan huwa wkoll dak li jiġri meta ninpennjaw ruħna fix-xhieda tal-Vanġelu, fis-segwaċità ta’ Ġesù.. «Ilkoll inkunu kuntenti» innota l-Papa, imma ma nistaqsux ħaġ’oħra, ma nitkellmux dwar is-salib. Madankolli, huwa kompla, bħal ma  teżisti r-«regola li d-dixxiplu mhux ikbar minn sidu» — regola, ippreċiża, li tkun irrispettata — hekk ukoll teżisti r-regola li minħabba fiha «mhemmx fidwa mingħajr it-tixrid tad-demm». U «mhemmx xogħol Apostoliku li jsir mingħajr is-salib». Kull wieħed minna, huwa spjega, «jistà forsi jaħseb: u lili x’se jiġrili? Kif se jkun is-salib? Ma nafux, imma se jkun u hemm bżonn li nitolbu l-grazzja li ma naħarbux mis-salib meta dan jasal. Veru li jbeżżagħna imma s-segwaċità ta’ Ġesù tispiċċa propju hemm. Jiġuni f’moħħi l-kliem ta’ Ġesù lil Pietru f’dik l-inkorunazzjoni pontifiċja: «Tħobbni? Irgħa.... Tħobbni? Irgħa... Tħobbni? Irgħa.» (cfr. Ġwanni 21, 15-19). U «l-aħħar kliem kienu l-istess: jeħduk hemm fejn inti ma tridtx tmur. Kienet it-tħabbira tas-salib».

Huwa propju għal dan — qal il-Qdusija Tiegħu fl-għeluq waqt li reġà lura lejn is-silta evanġelika tal-liturġija — li «id-dixxipli beżgħu jistaqsuh. Viċinissima ta’ Ġesù msallab kienet ommu. Forsi llum, il-jum li fih nitolbuha, ikun aħjar li nitolbuha l-grazzja mhux li tneħħielna l-biżà, għaliex dik trid taqbadna. Nitolbuha l-grazzja li ma naħarbux mis-salib. Hi kienet hemm u taf kif għandha toqgħod viċin is-salib.

 

Miġjub għall-Malti Minn Emanuel Zarb.