Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Fit-triq ta’ Ġesù

Il-Ġimgħa,  27 ta’ Settembru 2013

L-għażla hi jekk «inkunux nsara tal-ġid» jew «insara li jsegwu lil Ġesù.». L-insara tal-Gid huma dawk li jaħsbu li għandhom kollox jekk għandhom il-Knisja, is-Sagramenti, il-qaddisin... L-oħrajn huma l-insara li jsegwu lil Ġesù sal-aħħar, sal-umiljazzjoni tas-salib, u jissaportu bil-kwiet din l-umiljazzjoni. Din hija fil-qosor is-sintesi tar-riflessjoni proposta mill-Papa Franġisku dalgħodu, il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru, fl-omelija tal-quddiesa fil-kappella ta’ Santa Marta.

Il-Qdusija Tiegħu kompla ma’ dak li kien qal il-bieraħ rigward id-diversi modi biex nagħrfu lil Ġesù: «Bl-intelliġenza — fakkar illum — bil-katekiżmu, bit-talb u fil-bqija ». u fakkar id-domanda tal-bidu ta’ din ir-riċerka tal-għarfien ta’ Ġesù: «Imma min hu dan?». Illum però «huwa Ġesli jagħmel id-domanda», hekk kif inhu rrakkuntat minn Luqa fis-silta tal-Vanġelu tallum (9, 18-22). Dik ta’ Ġesù, innota l-Papa, hija domanda li minn ġenerali — «il-folol mion jgħidu li jien?» — tinbidel f’waħda li ssir b’mod partikulari lil persuni speċifiċi, f’dan il-każ lill-Appostli: «Imma intom min tgħidu li jien?». Din id-domanda, huwa kompla, «isser ukoll lilna f’dan il-waqt, li fih, il-Mulej jinsab f’nofsna, f’din iċ-ċelebrazzjoni, f’Kelmtu, fl-Ewkaristija fuq l-altar, fis-sagrifiċċju tiegħu. U llum lil kull wieħed u waħda minna jistaqsina: imma għalik min jien jien? Is-sid ta’ din id-ditta? Profeta tajjeb? Mgħallem tajjeb? Wieħed li jagħmel tajjeb lill-qalb? Wieħed li jimxi flimkien miegħek fil-ħajja, li jgħinek timxi ‘l quddiem, biex tkun xi ftit tajjeb? Iva, dan kollu minnu imma ma jiqafx hawn», għaliex «kien l-Ispirtu Santu li mess qalb Pietru u ġiegħlu jgħid min kien Ġesù: Int il-Kristu, Bin Alla l-ħaj ». Min minna, kompla fl-ispjega tiegħu l-Papa, «fit-talb tiegħu waqt li jħares lejn it-tabernaklu jgħid lill-Mulej: Int il-Kristu, Bin Alla l-ħaj nella» għandu jkun jaf żewġ ħwejjeġ. L-ewwel hija li «dan ma jistax jgħidu waħdu; ikun l-Ispirtu Santu li jgħidu fih». It-tieni ħaġa hija li għandu jkun ippreparat «għaliex huwa żgur li jwieġbek».

Il-Qdusija Tiegħu imbagħad waqaf biex jiddeskrivi l-atteġġjamenti diversi li nisrani jistà jieħu: min isegwih sa ċertu punt, min mill-banda l-oħra iservih sal-aħħar. Il-perikolu li jgħaddi minnu, wissa l-Papa, huwa dak li jċedi «għat-tentazzjoni tal-ġid spiritwali», jiġifieri li jaħseb li għandna kollox: il-Knisja, Ġesù Kristu, is-Sagramenti, il-Madonna u allura m’għandna għalfejn infittxu xejn iktar. Jekk naħsbuha hekk «aħna tajbin, ilkoll, għaliex almenu irridu naħsbu dan; jekk naħsbu l-kuntrarju huwa dnub». Imma dan «mhux biżżejjed. Il-konfort spiritwali — spjega l-Papa — huwa sa ċertu punt». Dak li jonqos biex tkun nisrani tassew huwa «d-dlik tas-salib, id-dlik tal-umiljazzjoni. Hu umilja lilu nnifsu sal-mewt  u għall-mewt tas-salib. Din hija l-ġebla tal-paragun, il-verifika tar-realtà tagħna nisrtanija. Jien nisrani tal-kultura tal-konfort jew jien nisrani li nsegwi lill-Mulej sal-sas-salib? Biex nifhmu jekk aħniex dawk li jakkumpanjaw lil Ġessas-salib is-sinjal ġust  «huwa l-ħila li nissaportu l-umiljazzjonijiet. In-nisrani li ma jaqbilx ma’ dan il-programm tal-Mulej huwa nisrani ta’ nofs mixja: biered. Huwa tajjeb, jagħmel ħwejjeġ tajbin» imma jkompli ma jaċċettax l-umiljazzjonijiet u jkompli jistaqsi «għaliex lil dan iva u lili le? L-umiljazzjoni jien le. U għaliex iseħħ dan u lili le? U għaliex lil dan jaħtruh Monsinjur u lili le?».

«Naħsbu dwar Ġakbu u Ġwanni — huwa kompla — meta talbu lill-Mulej il-favur tal-onorifiċenza. Ma tafux, ma tifhmu xejn, jgħidilhom il-Mulej. Il-għażla hija ċara: Bin il-Bniedem jeħtieġ li jbati Hafna, ikun rifjutat mix-xjuħ, mil-kapijiet tal-qassissin u tal-iskribi, ikun maqtul u jergà jqum fit-tielet jum ».

«Imma aħna lkoll? Irridu li nwettqu it-tmiem ta’ dan il-paragrafu. Ilkoll irridu nqumu mat-tielet jum. Huwa tajjeb, huwa tajjeb, hemm bżonn li nkunu rridu dan». Imma mhux ilkoll, qal il-Papa, biex nilħqu dan l-oġġettiv, aħna disposti li nsegwu din it-triq, it-triq ta’ Ġesù: iħossu li jkun skandlu jekk issirilhom xi ħaġa li huma jħossu li jkun tort, u allura jgergru. Mela s-sinjal biex nifhmu «jekk nisrani huwiex tassew nisrani» huwa «il-ħila tiegħu li jġorr bil-ferħ u bis-sabar l-umiljazzjonijiet». Din hija «ħaġa li xejn ma togħġob», fl-aħħar enfasizza l-Papa Franġisku; bdanakollu «hemm bosta nsara li waqt li jħarsu lejn il-Mulej jitolbuh l-umiljazzjonijiet biex ikunu iktar jixbħu lilu».

 

Miġjub għall-Malti Minn Emanuel Zarb.