Omelija tal-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Sid iż-żmien

It-Tlieta, 26  ta’ Novembru 2013

Gwaj li nippretendu li aħna sidien taż-żmien tagħna. Nistgħu nkunu sidien tal-waqt li qegħdin ngfħixu, imma ż-żmien huwa ta’ Alla u hu jirregalalna t-tama biex ngħixuh. Hemm tant konfużjoni illum fid-determinazzjoni ta’ min hu effettivament iż-żmien,  imma — wissa l-Papa Franġisku waqt l-omelija tal-quddiesa ċcelebrata t-Tlieta filgħodu, 26 ta’ Novembru, fil-kappella ta’ Santa Marte — ma għandniex inħallu lilna nfusna niġu ngannati. U spjega l-għaliex u l-kif għandna nieqfu biex nirriflettu fuq dak li jipproponu l-qari ta’ dan l-aħħar  perijodu tas-sena liturġika, li matulu «il-Knisja ġgegħlna nirriflettu fuq it-tmiem».

San Pawla, innota l-Papa, «bosta drabi jdur fuq dan u jgfħidu bl-iktar mod ċar; “Il-faċċata ta’ din id-dinja tgħib.” Imma din hija ħaġa oħra. Il-qari spiss jitkellem minn qerda, minn tmiem, minn diżastru». Dik lejn it-tmiem hija triq li jrid jgħaddi minnha kull wieħed u waħda minna, kull bniedem, l-umanità kollha. Imma waqt li nimxuha «il-Mulej iwissina dqar żewġ ħwejjeġ — speċifika l-Papa —. Żewġ ħwejjeġ li huma differenti skont kif ngħixu. Għaliex huwa differenti li tgħix fil-mument u differenti li tgħix fiż-żmien». U enfasizza li «in-nisrani huwa, mara jew raġel, dak li jafi jgħix fil-waqt u jafd jgħix fiż-żmien».

Il-waqt, żied l-Isqof ta’ Ruma, huwa dak f’idejna fil-punt li aħna ngħixu. Imma m’għandux jitħallat maż-żmien għaliex il-waqt jgħaddi. «Forsi aħna — huwa ppreċiża — nistgħu nħossuna sidien tal-waqt». Imma, żied, «l-ingann ikun li nemmnu li aħna sidien taż-żmien. Iż-żmien mhux tagħna. Iż-żmien huwa ta’ Alla». Bla bda dubju il-waqt huwa f’udejna u għandna wkoll il-libertà li neħduh kif l-aħjar jaqblilna, reġà spjega l-Papa. Anzi «aħna nistgħu insiru sovrani tal-waqt. Imma taż-żmien hemm biss sovran wieħed: Ġesù Kristu. Minħabba f’hekk il-Mulej iwissina: “La titqarrqux. Hafna infatti għad jiġu f’ismi jgħidulkom: Huwa jien, u ż-żmien huwa fil-qrib? La tmorrux warajhom (Danjel, 2, 31-45). La tingannawx ruħkom fil-konfużjoni».

Imma kif inhu possibbli li nissuperaw dawn l-inganni? In-nisrani, spjega l-Qdusija Tiegħu, biex jgħix il-waqt mingħajr ma jħalli min jingannah hemm bżonn li jiddirieġi ruħu bit-talb u bid-dixxerniment. «Ġesù jċanfar lil dawk li ma kinux jafu jiddixxernaw il-waqt», żied il-Papa li mbagħad għamel riferiment għall-parabbola tat-tina  (Mark, 13, 28-29), li fiha Kristo jerġà jaqbad dawk li huma kapaċi jifhmu l-wasla tas-Sajf mill-ġelbin tat-tina u mill-banda l-oħra mhumiex kapaċi jagħrfu is-sinjali ta’ dan «il-waqt, parti miż-żmien ta’ Alla».

Hekk hu għalxiex iservi d-dixxerniment, huwa spjega: «biex nagħrfu il-veri sinjali, biex nagħrfu t-triq li hemm bżonn li naqbdu f’dan il-waqt». It-talb,  kompla l-Papa, huwa meħtieġ biex ngħixu tajjeb dan il-waqt.

Mill-banda l-oħra fejn jirrigwarda ż-żmien, «li tiegħu huwa biss Sid il-Mulej», aħna — reġà tenna l-Papa — ma nistgħu nagħmlu xejn. Infatti mhemmx virtù umana li tistà taqdina biex neżerċitaw xi tip ta’ poter fuq iż-żmien. L-unika virtù possibbli biex inħarsu lejn iż-żmien «trid tkun irregalata mill-Mulej: din hija t-tama».

Talb u dixxerniment għall-waqt; tama għaż-żmien: «hekk in-nisrani jimxi fuq din it-triq tal-waqt, bit-talb u d-dixxerniment. Imma jħalli ż-żmien fgħat-tams. In-nisrani jaf jistenna lill-Mulej f’kull waqt; imma jittama fil-Mulej sat-tmiem taż-żmenijiet. Raġel u mara ta’ waqtiet u ta’ żmien, ta’ talb u dixxerniment u ta’ tama».

U l-invokazzjoni finali tal-Papa kienet: «Jalla l-Mulej itina l-grazzja li nimxu bil-għaqal. Dan ukoll huwa don: l-għaqal li fil-waqt iwassalna biex nitolbu u niddixxernaw u fiż-żmien, li huwa messaġġier ta’ Alla, jgħinna ngħixu bit-tama».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.