Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Kapaċi nistħu

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Ottubru 2013

Il-grazzja tal-mistħija hija dik li nisperimentaw meta nqerru lil Alla id-dnub tagħna u dan nagħmluh billi nitkellmu «wiċc ‘imb wiċc» mas-saċerdot, «ħuna». U waqt li ma naħsbux li nduru b’mod dirett lejn Alla, bħallikieku qegħdin «inqerru bl-email». Kien b’din l-espressjoni effikaċi li l-Papa Franġisku reġà ġibed l-attenzjoni fuq wieħed mis-sagramenti fundamentali tal-fidwa umana, il-Qrar. Tkellem dwaru dalgħodu, il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru, waqt il-quddiesa ċcelebrata fil-kappella ta’ Santa Marta.

San Pawl, wara li kien ipprova is-sensazzjoni li jħossu liberat mid-demm ta’ Kristu, mela «mwieled mill-ġdid», jinduna li ġewwa fih għad hemm xi ħaġa li tagħmlu skjsv. U fis-silta tal-ittra lir-Rumani (7, 18-25) proposta mil-Liturġija l-Appostlu— fakkar il-Papa— jiddefenixxi lilu nnifsu bħala «infeliċi». Iktar u iktar, «Pawlu ilbieraħ kien tkellem, kien ħabbar il-fidwa f’ Ġesù Kristu minħabba l-fidi», waqt li llum «bħal ħuna jirrakkonta lil ħutu ta’ Ruma il-ġlieda li huwa għandu ġo fih: “Jien naf li ġo ġismi ma jgħixx it-tajjeb. Hemm ix-xewqa tat-tajjeb, imma mhux il-ħila li nattwah. Jien ma nwettaqx it-tajjeb li rrid, imma l-ħażin li ma rridx. U dan il-ħażin jagħmel id-dnub li jgħix ġo fija”. Jistqarr lilu nnifsu midneb. Jgħidilna: “Kristu fdiena, aħna liberi. Imma jien imsejken, jien midneb, jien skjav”».

Din hi dik li l-Papa sejjaħ «it-taqbida tal-insara», it-taqbida tagħna ta’ kuljum. «Meta rrid nagħmel it-tajjeb — spjega l-Papa — il-ħażin jinsab maġembi! Infatti, fl-intimu tiegħi jien naċċetta l-liġi ta’ Alla; imma fil-membri tiegħi jiena nara liġi oħra, li tissielet mal-liġi tar-raġuni u tirrendini skjav». U aħna «mhux dejjem għandna l-kuraġġ li nitkellmu bħal ma tkellem San Pawl dwar din it-taqbida. Infittxu dejjem ġustifikazzjoni: “Imma iva, aħna lkoll midimbin”».

Huwa kontra dan l-atteġġjament li rridu nitqabdu. Anzi, «kemm-il darba ma nagħrfux dan — wissa l-Qdusija Tiegħu — ma jistax ikollna l-maħfra ta’ Alla, għaliex jekk li aħna midimbin hija kelma, għax hekk ngħidu, m’għandniex bżonn il-maħfra ta’ Alla. Imma jekk hija realtà li tirrendina skjavi, ninħtieġu dan il-ħelsien intern tal-Mulej, ta’ dik il-qawwa». U Pawlu jindika minn fejn għandna ngħaddu: «Stqarr lill-komunità dnubek, it-tendenza għad-dnub, la taħbihiex. Dan huwa l-atteġġjament li l-Knisja titlob mingħandna lkoll, li Ġesù jitlob mingħandna lkoll: srqarru b’mod umli dnubietkom».

Il-Knisja fil-għerf tagħha tindika lil dawk li jemmnu is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. U aħna ħeġġeġ il-Papa, aħna msejħin biex nagħmlu dan: «Inmorr għand ħuna, ħuna s-saċerdot, u nagħmlu din l-istqarrija interna: l-istess waħda li jagħmel Pawlu: “Jien irrid nagħmel it-tajjeb, irrid inkun tajjeb, imma int taf, kultant għandi din it-taqbida, spiss ikolli dan, dan u dan...”». U hekk bħal ma  «hija hekk konkreta l-fidwa li jġibilna Ġesù, hekk konkret huwa dnubna».

Il-Papa mbagħad irrefera għal kemm jirrifjutaw id-djalogu mas-saċerdot u jsostnu li jqerru b’mod dirett ma’ Alla. Da żgur  — ikkummenta — «huwa faċli, huwa bħal donnu tqerr bl-email... Alla jinsab hemm, ‘il bogħod; jien ngħid l-affarijiet u mhemmx wiċċ ‘imb wiċċ, mhemmx laqgħa ta’ erbà għajnejn». Pawlu mill-banda l-oħra «jistqarr id-dgħufija tiegħu ma’ ħutu wiċċ ‘imb wiċċ ».

Mill-Papa wkoll sejħa lil dawk li quddiem is-saċerdot «iqerru ħwejjeg tant trasparenti, li m’għandhom ebda konkretezza»: li tqerr hekk «huwa l-istess daqs li kieku ma tqerrx»  huwa ppreċiża. Imbagħad żied: «Li nqerru dnubietna, mhuwiex li nmorru għal xi seduta psikjatrika, lanqas li nmorru f’xi sala tat-tortura. Huwa li ngħidu lill-Mulej: “Mulej, jiena midneb.” Imma ngħiduh  permezz tal-intermedjarju, sabiex dan l-għidut ikun konkret; “U jien midneb minħabba f’hekk, minħabba f’hekk u minħabba f’hekk...”».

Il-Papa mbagħad fada li hu jammira l-mod li bih iqerru t-tfal.  «Illum — huwa spjega — qrajna fl-alleluia: “Nagħtik glorja Missier, Mulej tas-sema u tal-art, għaliex liż-żgħar irrivelajtilhom il-misteri tas-saltna” (Mattew 11, 25). Iż-żghar gm ċertu għerf. Meta tifel jiġi jqerr, qatt ma jgħid xi ħaġa ġenerali: “Father, għamilt dan, għamilt dan liz-zija, għamilt dan lil dik, lil dak għidtlu din il-kelma” ujgħidlek il-kelma. Huma konkreti, għandhom is-sempliċità tal-verità. U aħna għandna dejjem it-tendenza li naħbu r-realtà tal-miżerji tagħna». Għall-kintrarju, jekk hemm xi ħaġa sabiħa huwa «li nmorru nqerru dnubietna bħallikieku ninsabu fil-preżenza ta’ Alla. Dejjem inħossu dik il-grazzja tal-mistħija. Li tistħi quddiem il-Mulej hija grazzja. Hija grazzja: “Jien nistħi.” Naħsbu dwar dak li qal Pietru wara l-miraklu ta’ Ġesù fuq il-lag: “Mulej tbiegħed minni, jiena midneb.” Jistħi minħabba dnubu quddiem il-qdusija ta’ Ġesù Kristu ».

Li tmur tqerr «huwa li tmur għal laqgħa mal-Mulej li jaħfrilna, li jħobbna. U l-mistħija tagħna hija dik li noffrulu: “Mulej, jiena midneb, imma ara miniex daqstant kattiv, jien kapaċi nistħi”». Għalhekk «nitolbu — temm jgħid il-Papa— din il-grazzja li ngħixu fil-verità mingħajr ma naħbu xejn lil Alla u mingħajr ma naħbu xejn lilna nfusna».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.