Omelija tal-Papa Franġisku F’Dar Santa Marta

It-talba għall-paċi fil-Lvant Nofsani

L-Erbgħa, 25 ta' Settembru 2013

 

Il-mistħija quddiem Alla, it-talb biex nitolbu l-ħniena divina u l-fiduċja sħiħa fil-Mulej. Huma dawn il-punti ewlenin tar-riflessjoni proposta mill-Papa Franġisku dalgħodu, l-Erbgħa 25 ta’ Settembru, waqt il-quddiesa fil-kappella ta’ Santa Marta ikkonċelebrata flimkien mal-Kardinali Leandro Sandri, prefett tal-Kongregazzjoni għall-Knejjes Orjentali, u Bčcdhara Boutros Rai, Patrijaeka ta’ Antijokja tal-Maroniti, flimkien ma’ grupp ta’ Isqfijiet Maroniti li ġew mil-Libanu, mis-Sirja, mill-Art Imqaddsa u minn diversi pajjiżi ta’ kull kontinent.

Fl-ikkummentar tal-qari tal-liturġija (Esdra 9, 5-9; Luqa 9, 1-6), il-Qdusija Tiegħu qal li, b’mod partikulari, is-silta mill-ktieb ta’ Esdra ġegħlitu jaħseb fl-isqfijiet Maroniti u, bħas-soltu, ġabar fil-qosor il-ħsieb tiegħu madwar  tliet kunċetti. Qabel kollox l-atteġġjament ta’ mistħija u konfużjoni ta’ Esdra quddiem Alla, sal-punt li ma felaħx jgħolli għajnejh lejh. Mistħija u konfużjoni tagħna lkoll għad-denubiet li għamilna, li wassluna gl-iskjavitů minħabba li servejna idoli li ma kinux Alla.

It-talb huwa t-tieni kunċett. Waqt li segwa l-eżempju ta’ Esdra, li għarkupptejh jgħolli jdejh lejn Alla waqt li jitolbu ħniena, hekk imissna nagħmlu aħna għad-dnubiet bla numru tagħna. Talb, li qal il-Papa, hemm bżonn li jitgħolla għall-paċi fil-Libanu, fis-Sirja u fil-Lvant Nofsani kollu. Huwa t-talb dejjem u bdanakollu, huwa ppreċiża, it-triq li hemm bżonn nimxu biex niffaċċjaw il-waqtiet diffiċli, bħal ma huma l-provi l-iktar drammatiċi u d-dlam li bħalissa qiegħed idawwarna f’sitwazzjonijiet imprevedibbli. Biex insibu t-triq tas-soluzzjoni għal dan kollu, emfasizza l-Papa, hemm bżonn li nitolbu bla waqfien.

Fl-aħharnett, fiduċja assoluta f’Alla li qatt ma jabbandunana. Dan huwa t-tielet kunċett propost mill-Qdusija Tiegħu. Aħna ċerti, huwa qal, li l-Mulej huwa magħna u għalhekk, il-mixi tagħna għandu jkun perseveranti grazzi għat-tama li tispira qawwa. Il-kelma tar-rgħajja ssir rassikuranti għall-fidili: il-Mulej ma jabbandunana qatt.

Wara t-tqarbinj, il-Kardinal Bčchara Rai iżża ħajr lill-Qdusija Tiegħu u tislima tassew kordjali f’isem l-isqfijiet li ħadu sehem, tal-Maroniti kollha u tal-Libanu kollu, waqt li kkonferma l-fedeltŕ tagħhom lejn Pietru u s-suċċessur tiegħu «li jsostnina fit-triq tagħna dejjem imxewka». B’mod partikulari rringrazzja lill-Papa gl-impuls qawwi li ta’ lit-tfittxija għall-paċi: «It-talb u l-eżortazzjoni tiegħu għall-paċi fis-Sirja u fil-Lvant Nofsani żergħu tama u konfort».

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.