Omelija tal-Papa Franisku

F’nofs storja ta’ mħabba

Għaliex il-Knisja mhix organizzazzjoni

L-Erbgħa, 24 ta’ April 2013

Il-Knisja hija storja ta’ mħabgba u aħna nagħmlu parti minnha.Imma propju minħabba dan, meta tagħti wisq importanza lill-organizzazzjoni, meta uffiċċji u burokraziji jassumu dimensjoni preponderanti, il-Knisja titlef il-vera sustanza tagħha u tissogra li tinbidel f’organizzazzjoni sempliċi non-governattiva. L-istorja ta’ mħabba li għaliha l-Papa Franġisku rrifera waqt il-quddiesa ċċelebrata l-Erbgħa filgħodu, 24 ta’ April, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, hija propju dik tal-maternità tal-Knisja. Maternità, qal. Li tikber u tinfirex fiż-żmien “u li għadha ma spiċċatc”, imbuttatha kif inhi mhux minn qawwiet umani imma “mill-qawwa tal-Ispirtu Santu.”

Bħas-soltu l-Papa kkummenta l-qari tal-jum, meħudin mill-Atti tal-Appostli (12, 24-13, 5) u mill-vanġelu ta’ Ġwanni (12, 44-50). “L-ewwel qari - innota - jibda b’dawn il-kliem: ‘F’dawk il-jiem, il-Kelma ta’ Alla kienet tikber u tinfirex.’ Huwa propju l-bidu tal-Knisja, meta tikber u tinfirex ma’ kullimkien, fis-dinja kollha.” Fatt li, spjega, xi ħadd jistà jasal jivvaluta f’termini kwantitattivi, waqt li jieħu gost għaliex b’dan il-mod isiru iktar ‘proseliti’ u jingħaqdu iktar ‘soċi’ għall-impriża. Anzi, naslu saħansitra biex nagħmlu “pattijiet biex nikbru.”

Għall-kuntrarju “it-triq li Ġesù ried għall-nisja tiegħu - qal il-Papa - hija oħra: hija t-triq tad-diffikultà, it-triq tas-salib, it-triq tal-persekuzzjonijiet.  U wkoll dan iġegħlna naħsbu: “Imma xinhi din il-Knisja? Din il-Knisja tagħna, għaliex tidher li donnha mhix impriża umana, imma xi ħaġa oħra.” It-tweġiba hija għal darb’oħra fil-Vanġelu, li fih Ġesù “jgħidilna ha li forsi tistà tilluminana din il-mistoqsija: ‘Min jemmen fija, ma jemminx fija imma jemmen f’Dak li bagħatni’.” Ukoll Kristu, spjega, kien mibgħut, huwa l-mibgħut ta’ xiħadd ieħor!” Mela meta jindika l-programm ta’ ħajja, il-mod kif ngħixu lit-tnax-il appostlu, dan jagħmlu “mhux minnu nfih” imma “minn Dak li bagħtu.”

Huwa l-bidu tal-Knisja, li - kompla l-Papa - “jibda hemm, fil-qalb tal-Missier, li kellu din l-idea. Ma nafx jekk kellux idea: il-Missier kellu mħabba. U beda din l-istorja ta’ mħabba, din l-istorja ta’ mħabba hekk twila fiż-żminijiet u li għadha ma ntemmitx. Aħna, nisa u rġiel ta’ Knisja, ninsabu f’nofs storja ta’ mħabba. Kull wieħed minna huwa ħolqa f’din il-katina ta’ mħabba. U jekk dan ma nifhmuhx, ma nifhmu xejn dwar xinhi l-Knisja. Hija storja ta’ mħabba.”

Mill-bqija, fakkar il-Papa, dan jgħidu Ġesù stess: “L-ikbar kmandament huwa dan: l-imħabba.” Fih jinsabu il-Knisja, il-Liġi, il-profeti. “Imma - żied - il-Knisja ma tikbirx bil-qawwa umana.” Anzi “uħud mill-insara żbaljaw, għal-raġunijiet storiċi, żbaljaw it-triq; bnew eżerċti; għamlu gwerer ta’ reliġjon. Imma dik hija storja oħra, li mhix din l-istorja ta’ mħabba. Ukoll aħna nitgħallmu bl-iżbalji tagħna kif tmur l-istorja ta’ mħabba.” Imma allura, nistaqsu, kif tikber il-Knisja? “Ġesù qal dan bl-iktar mod sempliċi: bħaż-żerriegħa tas-senapa, bħall-ħmira fid-dqiq, bla ħoss. Il-Knisja tikber - biex ngħiduha - tikber minn taħt, bil-mod.” U meta tiftaħar “bil-kwantità tagħha,” tal-organizzazzjoni u tal-uffiċċji u “ssir ftit jew wisq burokratika, il-Knisja titlef is-sustanza ewlwnija tagħha u tkun fil-perikolu li tinbidel f’ong. U l-Knisja mhix ong. Hija storja ta’ mħabba.”

Imbagħad, waqt li dar fuq dawk peżenti, spjega: “Kollox huwa meħtieġ, l-uffiċċji huma meħtieġa,” imma “huma meħtieġa sa ċertu punt.” Jiġifieri “ba għajnuna għal din l-istorja ta’ mħabba.” Meta minflok “l-organizzazzjoni tieħu l-ewwel post, l-imħabba taqà u l-Knisja, imsejkna, issir ong. U din mhix it-triq.”

“Imma kif isir dan il-kobor tal-Knisja?” reġà wasal biex jistaqsi. “Mhux permezz tal-militari, bħal dak il-kap ta’ Stat li staqsa kemm eżeċti għandu l-Papa” wieġeb. Il-Knisja, irripeta, ma tikbirx bl-eżerċtu tagħha: il-qawwa tagħha “huwa l-Ispirtu, l-Ispirtu Santu, l-imħabba. Propju l-Missier jibgħat lill-Iben u l-Iben jagħtina l-qawwa tal-Ispirtu Santu biex nikbru, biex inkompli mexjin ‘il quddiem.”

Mela l-Knisja mhix organizzazzjoni, imma “hija omm.” U waqt li nnota l-preżenza gl-quddiesa ta’ tant ommijiet, il-Papa Franġisku dar fuqhom b’mod dirett u staqsihom: “Xi tħossu intom, jekk xiħadd jgħidilkom: ‘Imma int hija organizzatriċi tad-dar tiegħek?’” u hu stess antiċipa t-tweġiba tagħhom: “ ‘Le: jiena l-omm!’ U l-Knisja hija omm.” U aħna, bil-qawwa tal-Ispirtu, “ilkoll flimkien, aħna familja fil-Knisja li hija ommna. Hekk wieħed jistà jasal li jispjega dan l-ewwel qari: ‘Il-Kelma ta’ Alla kienet tikber u tinfirex.’ Tikber hekk. Hemm tispjega dak li jgħid Ġesù: ‘Min jemmen fija, ma jemminx fija imma jemmen f’Dak li bagħatni.’ Il-Missier li beda din l-istorja ta’ mħabba.”

“Nitolbu lill-Madonna, li hija Omm - temm jgħid il-Papa - li tagħtina l-grazzja tal-ferħ, tal-ferħ spiritwali li nimxu f’din l-istorja ta’ mħabba.

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.