Omelija tal-Papa Frangisku minn Dar Santa Marta

Bħal fl-istennija tal-ħlas

It-Tnejn, 23 Ta’ Diċembru 2013

Fil-Milied jgħixu l- «intuwiti interjuri femminili» propji tal-«istennija ta’ ħlas». Atteġġjament spiritwali li jipprevedi stil ta’  «ftuħ»: minħabba f’hekk m’għandna qatt inpoġġu fil-bieb ta’ qalbna «tikketta edukata» bil-kitba: «Jekk jogħġbok la tiddisturbanix».

Hija sejħa qawwija għas-sinifikat tassew veru tal-Milied dik li l-Papa Franġisku ppropona waqt il-quddiesa ċcelebrata it-Tnejn 23 ta’ Diċembru fil-kappella ta’ Santa Marta. «F’din l-aħhar ġimgħa» li tiġi qabel il-Milied — fakkar il-Papa — «il-Knisja tirrepeti t-talba: Ejja, Mulej!». U waqt li tagħmel hekk, «issejjaħ lill-Mulej b’tant ismijiet differenti, mimlijin messaġġ dwar il-Mulej» innifsu: «O għerf, o għaqal, o għerq ta’ Ġesse, o xemx, o re tal-popli, o Emmanuel illum».

Il-Knisja tagħmel dan, spjega il-Qdusija Tiegħu, għaliex «yinsab fi stennija ta’ ħlas». Infatti «il-Knisja wkoll, f’din il-ġimgħa, hija bħal Marija: fl-istennija tal-ħlas». F’qalba l-Verġni «kienet tħoss dak li jħossu n-nisa kollha f’dak iż-żmien» hekk partikulari: dawk «l-intuwiti interni f’ġisimha u f’ruħha» li minnhom tifhem li l-wild issa wasal biex jitwieled. U «f’qalbha bla ebda dubju ta’ xejn kienet tgħid» lit-tarbija li kienet qiegħda ġġorr f’ġufha: «Ejja, irrid inħares lejk f’wiċcek giex qaluli li int għad tkun kbir!».

Din hija esperjenza spiritwali li ngħixuha wkoll aħna «aħna, l-istess bħall-Knisja», għaliex «nakkumpanjaw lill-Madonna f’din il-mixja ta’ stennija». U «irridu nħeffu dan it-twelid tal-Mulej». Dan huwa l-mottiv tat-talba: «Ejja, o muftieħ ta’ David, o xemx, o għaqal, o Emmanuel. Ejja!». Invokazzjoni midwija mill-ġdid ukoll mill-aħhar vrus tal-Bibbja meta, fi tmiem il-ktieb tal-Apokalissi, il-Knisja ttenni: «Ejja, Mulej Ġesù». U dan tagħmlu b’«dik il-kelma aramajka — maranathà — li tistà tfisser xewqa jew ukoll sikurezza: il-Mulej ġej».

Fir-realtà, «il-Mulej jiġi darbtejn». L-ewwel darba, spjega l-Isqof ta’ Ruma, hija «dik li qegħdin infakkru issa, it-twelid fiżiku». Imbagħad «se jiġi fl-aħħar, biex jagħlaq l-istorja». Imma, huwa żied, «San Bernard jgħidilna li hemm tielet miġja tal-Mulej: dik ta’ kuljum». Infatti «il-Mulej kuljum iżur il-Knisja tiegħu. Iżur lil kull wieħed u waħda minna. U wkoll ruħna tidħol f’dan ix-xebħ: ruħna tixbaħ lill-Knisja; ruħna tixbaħ lil Marija». F’din il-prospettiva l-Papa Franġisku fakkar li «il-missirijiet tad-deżert jgħidu li Marija, il-Knisja u ruħna huma femminili». Hekk «dak li jingħad dwar waħda, b’mod simili nistgħu ngħiduh dwar l-oħra».

Mela «ruħna tinsab fl-istennija, f’din l-istennija għall-miġja tal-Mulej. Ruħ miftuħa li ssejjaħ: ejja, Mulej!». Propju f’dawn il-jiem, qal il-Papa mill-ġdid, l-Ispirtu Santu iqanqal il-qalb ta’ kull wieħed u waħda biex «nagħmlu din it-talba: ejja, ejja!». Mill-bqija «il-jiem kollha tal-Avvent — huwa fakkar — għidna fil-prefazju li aħna, il-Knisja, bħal Marija, ninsabu “għassa fl-istennija”». U «l-għassa hija l-virtù, hija l-atteġġjament tal-pellegrini. Aħna lkoll pellegrini». Kondizzjoni li qanqlet mistoqsija fil-Papa: «Qegħdin nistennew jew aħna magħluqin? Aħna għassa jew aħna sikuri f’lukanda fil-mixja u ma rridux navanzaw? Aħna pellegrini jew aħna ġerrejja?».

Hekk hu għaliex il-Knisja tistedinna biex nitolbu b’din l- «Ejja!». Fl-aħħar minn l-Aħħar din hija biex «niftħu qlubna» għaliex f’dawn il-jiem irridu nkunu «għassa fl-istennija». Hija stedina biex nifhmu «x’inhu jseħħ» madwarna: «jekk hux ġej jew mhux ġej il-Mulej; jekk hemmx post għall-Mulej jew jekk hemmx post għall-festi, biex nagħmlu l-ispejjes, bioex nagħmlu l-istorbju». Riflessjoni li, skont il-Papa, twassal għal domanda oħra li rridu nagħmlu lilna nfusna: «Ruħna hija miftuħa, bħal ma hi miftuħa l-qaddisa ommna l-Knisja u bħal ma hi miftuħa l-Madonna? Jew ruħna hija magħluqa u waħhalna malbieb tikketta, tassew edukata, li tgħid: jwkk jogħġbok li tiddisturbanix?».

«Id-dinja ma tintemmx magħna» enfasizza l-Papa, u «aħna m’aħniex importanti iktar mid-dinja». Hekk, huwa kompla, «mal-Madonna u ma’ ommna l-Knisja nagħmlu sew li ntennu llum bħala talba din l-invokazzjoni: o għaqal, o muftieħ ta’ David, o sultan tal-Gnus, ejja, ejja!». U, insista, ikun tajjeb li, «ntennu tant drabi: ejja!». Talba li ssir eżami tal-kuxhenza, biex nivverifikaw «kif inhi ruħna» u nagħmlu mod «li tkun ruħ li tgħid» lill-oħrajn biex ma tkunx iddisturbata, imma pjuttost «ruħ miftuħa, ruħ kbira biex tirċievi l-Mulej f’dawn il-jiem». Ruħ, ikkonkluda l-Qdusija Tiegħu, «li tibda tħoss dak li għada fl-antifona li tgħidilna l-Knisja: kunu afu li llum jiġi l-Mulej u għada taraw il-glorja tiegħu».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.