Omelija tal-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Il-misteru ma jfittixx pubbliċità

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru 2013

 

Il-misteru tar-rapport bejn Alla u l-bniedem ma jfittixx pubbliċità, għaliex dan ma jirrendihx veritier. Aktarx jitlob l-istil tas-skiet. Imbagħad jgħodd għalina li niskopru, propju fis-skiet, il-karatteristiċi tal-misteru ta’ Alla fil-ħajja personali. Meta jonqod ftit jiem għall-Milied, il-Papa Franġisku ppropona riflessjoni qawwija dwar il-valur tas-skiet. U stieden biex inħobbuh u nfittxuh hekk kif għamlet Marija, li x-xhieda tagħha rrevokat fil-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru, fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Riflessjoni msejsa fuq is-silta tal-Vanġelu ta’ Luqa proposta mil-liturġija tal-jum (1, 26-38), bi tluq minn «dik is-sentenza» li «tgħidilna tant» indirizzata mill-Anġlu lill-Madonna: «Il-qawwa tal-Iktar Għoli tgħattik b’dellha. L-Ispirtu Santu jinżel fuqek  u li terġà wkoll tiġbed is-silta mill-Ktieb ta’ Iżaija (7, 10-14), imxandra bħala l-ewwel qari fiċ-ċelebrazzjoni.

«Huwa d-dell ta’ Alla — spjega l-Papa — li fl-istorja tas-salvazzjoni dejjem jindokra il-misteru». Huwa «d-dell ta’ Alla li jakkumpanja l-poplu fid-deżert». L-istorja kollha tas-salvazzjoni tagħna li «l-Mulej dejjem indokra fil-misteru. U kopra l-misteru. M’għamilx riklamar tal-misteru». Infatti «l-misteru li jirreklama lilu nnifsu mhuwiex nisrani, mhuwiex misteru ta’ Alla. Huwa taparsi misteru». Propju s-silta evanġelika tallum tikkonferma dan, kompla l-Papa; infatti meta l-Madonna tirċievi mingħand l-anġlu l-aħbar tal-Iben «il-misteru tal-maternità tagħha personali» tibqà moħbija.

U din hija verità li tirrigwarda wkoll lilna lkoll. «Dan id-dell ta’ Alla fina, f’ħajjitna» enfasizza l-Papa. Jgħinna biex «niskopru l-misteru tagħna: il-misteru tagħna tal-laqgħa mal-Mulej, il-misteru tagħna tal-mixja tal-ħajja mal-Mulej ». Infatti «kull wieħed u waħda minna — spjega il-Papa — jaf kif il-Mulej jaħdem b’mod misterjuż f’qalbna, f’ruħna. U dik hija s-sħaba, il-qawwa, kif inhu l-istil tal-Ispirtu Santu biex jgħatti l-misteru tagħna. Din is-sħaba fina, f’ħajjitna, tissejjaħ skiet. Is-skiet huwa propju s-sħaba li tkopri l-misteru tar-rapport tagħna mal-Mulej, tal-qdusija tagħna u ta dnubietna».

Dan huwa  «misteru» li, kompla, «ma nistgħux nispjegawh. Imma meta ma jkunx hemm skiet f’ħajjitna il-misteru jintilef, jitlaq». Hekk hi, allura, l-importanza li «nindukraw il-misteru bis-skiet: dik hija s-sħaba, dik hija l-qawwa ta’ Alla għalina, dik hija l-qawwa tal-Ispirtu Santu».

Il-Papa Franġisku imbagħad reġà ppropona mill-ġdid, ix-xhieda tal-Madonna li għexet sal-aħħar «dan is-skiet» tul ħajjitha kollha. «Naħseb — qwal il-Papa — dwar kemm-il darba żammet siekta,  kemm-il darba ma qalitx dak li kienet tkun qiegħda tħoss biex tindokra l-misteru tar-rapport ma’ Binha».  U fakkar li «Pawlu VI fl-1964 ġewwa Nażżaret qalilna lkoll li hemm bżonn li nġeddu u nsaħħu, li nqawwu s-skiet», propju għaliex «is-skiet jindokra l-misteru». Il-Papa mbagħad ta leħen «lis-skiet tal-Madonna f’riġlejn is-salib», lil dak li kien għaddej minn moħħha bħal ma — fakkar — kien għamel Ġwanni Pawlu II.

Fil-fatt, huwa ppreċiża, il-Vanġelu ma jlissen ebda kelma tal-Madonna: Marija «kienet siekta, imma ġewwa qalbha kemm ħwejjeġ kienet qiegħda tgħid lill-Mulej» f’dak il-waqt kruċjali tal-istorja. Probabilment Marija reġghet ħasbet dwar kliem l-Anġlu li «għadna kemm qrajna» fil-Vanġelu rigward Binha: «Dakinhar għidtli li se jkun kbir! Int għidtli li se ttih it-Tronn ta’ David missieru u li se jsaltan għal dejjem! U issa qed narah hemm», fuq is-salib. Marija «bis-skiet kopriet il-misteru li ma kinetx qiegħda tifhem. U bis-skiet ħalliet li l-misteru jkun jistà jikber u jiffjorixxi» sabiex iwassal lil kulħadd  «tama» kbira.

«L-Ispirtu Santu jinżel fuqek, il-qawwa tal-Iktar Għoli tgħattik bid-dell tagħha»: il-kliem tal-anġlu lil Marija, reġ1 tenna l-Papa, jassikurana li «l-Mulej jindokra l-misteru tiegħu». Għaliex «il-misteru tar-rapport tagħna ma’ Alla, tal-mixja tagħna, tas-salvazzjoni tagħna ma jistax jiqiegħed fil-beraħ, ikun irreklamat. Is-skiet jindukrah». Il-Papa Franġisku ikkonkluda l-omelija tiegħu bit-talba li «l-Mulej jagħti lilna lkoll il-grazzja li nħobbu s-skiet, li nfittxuh, li jkollna qalb indukrata mis-sħaba tas-skiet. U hekk il-misteru li jikber fina jagħti bosta u bosta frott».

  

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb