Omelija tal-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Jekk il-bniedem jipprova jsalva waħdu

Il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru 2013

Il-bniedem ma jsalvax waħdu u min kellu l-kburija li jipprova, ukoll fost l-insara, falla. Għaliex Alla biss jistà jagħti l-ħajja u s-salvazzjoni. Din kienet il-meditazzjoni, fil-prospettiva tal-Avvent, li l-Papa Franġisku ppropona waqt il-quddiesa celebrata dalgħodu, il-Ħamis 19 ta’ Diembru, fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Waqt li ħa spunt, bħas-soltu, mil-liturġija tal-jum il-Papa ried ifakkar li «il-ħajja, il-ħila li tagħti l-ħajja u s-salvazzjoni jiġu biss mill-Mulej» u mhux mill-bniedem li m’għandux «l-umiltà» li dan jagħrfu u li jitlob għajnuna. «Tant drabi» fl-Iskrittura nsibu dwar «in-nisa sterili, dwar l-isterilità, l-inkapaità li jikkonepixxu u jagħtu l-ħajja». Imma huma wkoll ħafna d-drabi li fihom iseħħ «il-miraklu tal-Mulej, li jagħmel li dawn in-nisa sterili jkunu jistgħu ikollhom wild».

Il-Papa Franġisku għamel riferiment qabel kollox għal omm Sansun, li l-istorja tagħha kienet riproposta llum bis-silta mill-ktieb tal-Imħallfin (13, 2-7.24-25a). U mbagħad fakkar ukoll dak li «jseħħ lil mart missierna Abraham: hija ma setgħetx temmen» li se jkollha tifel minħabba l-età avanzata tagħha «u daħket mionn wara t-tieqa minn fejn kienet qiegħda tispija dwar xiex kien qed jitkellem żewġha. U dahket għaliex ma setgħetx temmen. Imma kellha iben». Il-Vanġelu tal-lum (Luqa, 5-25), kompla l-Papa, ifakkar ukoll dwar dak «li seħħ lil Eliżabbetta». L-istejjer kollha bibliċi ta’ nisa li, spjega l-Papa, juru kif «mill-impossibiltà li jagħtu l-ħajja, tiġi l-ħajja». U dan seħħ ukoll lil nisa li ma kinux sterili imma li kienu tilfu kull tama għal ħajjithom. «Naħsbu f’Noemi — speċifika l-Isqof ta’ Ruma — li, fl-aħħar, kellha nepputi». F’kelma waħda «il-Mulej jintervieni f’ħajjet dawn in-nisa biex jgħidilna: jien kapaċi nagħti l-ħajja!».

Il-Papa Franġisku ġibed l-attenzjoni li fi kliem il-«profeti hemm ix-xbiha tad-deżert: l-art deżerta, li mhix kapaċi tkabbar siġra, frotta, li ġgiegħel xi ħaġa tnibbet». Madankollu propju «id-deżert isir bħal foresta. Jgħidu l-profeti: Ikun kbir, joffjorixxi!». Mela «id-deżert jistà jiffjorixxi» u  «l-mara sterili tistà tagl-ħajja» biss fil-prospettiva tal-«wegħda tal-Mulej: Jien nistà! Jien nistà mix-xott tagħkom inkabbar il-frott!». Is-salvazzjoni «hija l-intervent ta’ Alla li jagħmilna fdertili, li jagħtina l-ħila li nagħtu l-ħajja», li «tgħinna fil-mixja tal-qdusija».

Ħaġa hija ċerta: «Aħna ma nistgħux insalvaw weħedna». Bosta kienu dawk li ppruvaw «ukoll diversi nsara», fakkar il-Papa waqt li kkwota lill-Peleġġjani. Imma huwa biss l-intervent ta’ Alla li jwassalna għas-salvazzjoni.

Minn hawn id-domanda tal-Papa: «Imma minn naħa tagħna xi rridu nagħmlu?». Qabel xejn, wieġeb il-Papa Franġisku, «nagħrfu n-nixfa tagħna, in-nuqqas ta’ ħila tagħna li nagħtu l-ħajja». Imbagħad «nistaqsu». U hekk ifformula il-mistoqsija li rridu nitolbu: «Mulej, jien irrid insir fertili; jien irrid li ħajti tagħti l-ħajja, il-fidi tiegħi tkun fertili u tavanza u tkun tidtà tagħti lill-oħrajn. Mulej, jiena sterili; jiena ma nistax, inti tistà. Jiena deżert, jiena ma nistax, inti tistà». U «din, tkun — kien l-awgurju tiegħu — it-talba ta’ dawn il-jiem ta’ qabel il-Milied».

Iġegħlna naħsbu, imbagħad kompla l-Papa, «kif il-kburin, dawk li jemmnu li jistgħu jagħmlu kollox weħedhom, jiġu milquta». U irrifera b’mod partikulari «għal dik il-mara li ma kinitx sterili, imma kienet kburija u ma kinitx tifhem x’kien ifisser li tfaħħar lill-Mulej: Mikol, bint Sawl. Bdiet tidħak bit-tifħir. Din ġiet ikkastigata bl-isterilità». L-umiltà hija don meħtieġ biex inkunu fertili. «Kemm nies — huwa rrimarka — jemmnu li huma ġusti, bħalha, u finalment mhumiex għajr imsieken!».

Mill-banda l-oħra hija mportanti «l-umiltà, li ngħidu “Mulej jiena sterili, jiena deżert”». Kemm hu mportanti li nirrepetu f’dawn il-jiem «dawk l-antifoni sbieħ li l-Knisja tridna nitolbu: “O bin David, o Adonai, o Għerf — illum — o ġherq ta Jesse, o Emmanuel, ejja tina l-ħajja, ejja salvana għaliex Int biss tistà, jien waħdi ma nistax”».

Hekk, ikkonkluda l-Papa, «b’din l-umiltà, umiltà tad-deżert, umiltà ta’ ruħ sterili» hemm bżonn «nirċievu l-grazzja: il-grazzja li niffjorixxu, li nagħtu l-frott u li nagħtu l-ħajja».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.