Omelija tal-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Il-mejda tan-nannu

It-Tlieta, 19 ta’ Novembru 2013

Il-Papa Franġisku reġà dar biex jeżalta r-rwol prezzjuż tal-anzjani fil-Knisja u fis-soċjetà. Huwa tkellem waqt il-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, it-Tlieta 19 ta’ Novembru, fil-kappella ta’ Santa Marta.

L-omelija tiegħu bdiet b’mistoqsija: «X’se nħallu bħala wirt liż-żgħażagħ tagħna?». Biex iwieġeb il-Papa reġà fakkar ir-rakkont kontenut fil-ktieb tal-Makkabej (6, 18-31) li fih hemm ir-rakkontat lo-episodju tal-anzjan Eleazaro, wieħed mill-iskribi l-iktar rasu iebsa, li, pjuttost milli jiekol laħam ipprojbit biex jogħġob lis-sultan, mar minn jeddu għall-martirju. Għal xejn ma servew il-pariri ta’ sħabu, li ħeġġewh biex jagħmilha għat-taparsi jiekol dak l-ikel biex isalva lilu nnifsu. Hu pprefera jmut fost it-tbatijiet milli jagħti eżempju ħażin lill-oħrajn b’mod speċjali liż-żgħażagħ. «Anzjan koerenti sal-aħħar» — iddefenih il-Qdusija Tiegħu — li fl-imġieba tiegħu eżemplari wieħed jistà jagħraf «ir-rwol tal-anzjani fil-Knisja u fid-dinja». «Dan ir-raġel — huwa spjega — quddiem l-għażla bejn l-apostasija u l-fedeltà, ma jiddubitax. Kellu tant ħbieb. Riedu jwassluh għal kompromess: “Ippretendi, hekk tkun tistà tkompli tgħix...”. Huwa dak l-atteġġjament tal-għat-taparsi, tal-għat-taparsi tħenn, tal-għat-taparsi reliġjożità, li Ġesù jikkundanna b’kelma waħda tassew qawwija fil-kapitolu 23 ta San Mattew: l-ipokresija. Minflok «dan il-bniedem tajjeb, ta’ disgħin sena,, bravu u tant smat mill-poplu tiegħu, ma jaħsibx fih innifsu. Jaħseb biss f’Alla, biex ma joffendihx bid-dnub tal-ipokresija u tal-apostasija. Jaħseb iżda wkoll dwar il-wirt» li jrid iħalli. Mela jaħseb dwar iż-żgħażagħ. U fit-test tal-Iskrittura, għalkemm dan jitkellem dwar anzjan, il-kelma żgħażagħ— innota l-Papa Franġisku — tfiġġ sikwit. Eleazaro mela kien qed jaħseb x’kien se jħalli bħala wirt liż-żgħażagħ bl-għazla tiegħu. U kien qed jistaqsi: «Kompromess, jiġifieri nofs u nofs, ipokresija jew il-verità, dik li dejjem fittixt li nsegwi tul ħajtu kollha?». Hemm hi «l-koerenza ta’ dan ir-raġel, il-koerenza tal-fidi tiegħu — ikkummenta l-Isqof ta’ Ruma — imma wkoll ir-tesponsabiltà li tħalli wirt nobbli, veru».

«Aħna qegħdin ngħixu fi żmien li fih l-anzjani ma jgħoddux. Huwa ikrah li tgħid dan — tenna l-Qdusija Tiegħu — imma jiskartawhom għax jagħtu fastidju». Bdana kollu «l-anzjani huma dawk li jġorrulna l-istorja, id-duttrina, il-fidi u jħalluhomna bħala wirt. Huma bħall-inbid tajjeb maħżun għal snin, jiġifieri għandhom fihom il-qawwa biex jagħtuna dak il-wirt nobbli».

Għal dan il-għan il-Papa rrifera għax-xhieda ta’ anzjan kbir ieħor, Polikarpu. Ikkundannat għall-ħruq, «meta n-nar beda jaħarqu» — huwa fakkar — intebaħ bir-riħa ta’ ħobż ghad kemm inħabeż madwaru. Dawb huma l-anzjani: «Wirt, inbid tajjeb u hobż tajjeb». Għall-kuntrarju «fuq kollox f’din id-dinja naħsbu li jagħtu fastidju».

Hawn il-Papa reġà lura bit-tifkira lejn tfulitu: «Niftakar — huwa qal — li meta konna tfal kienu jgħidulna din l-istorja. Kien hemm familja, missier, omm u tant ulied. U kien hemm ukoll nannu li kien jgħix magħhom. Imma kien xiħ akka u fuq il-mejda, meta kien jiekol is-soppa, kien jagħmel mandra sħiħa: ħalqu, is-sarvetta... ma tantx kien jaqtà figura tajba! Jum fost l-oħrajn il-missier qal li, minħabba dak li kien qed jiġri lin-nannu, mill-għada kien se jkollu jiekol waħdu. U xtara mejda ċkejna, poġġiha fil-kċina; hekk in-nannu beda jiekol waħdu fil-kċina u l-familja fil-kamra tal-pranzu. Wara xi jiem il-missier reġà lura d-dar u sab wieħed minn uliedu  jilgħab bl-injam. Staqsih: “X’int tagħmel?”. “Qed nilgħab ta’ mastrudaxxa,” wieġbu t-tifel. “U x’se tagħmel?”. “Daqsxejn ta’ mejda għalik papà, għal meta tixjieħ bħan-nannu”. Din l-istorja tant għamlitli ġid g ħajti kollha. In-nanniet huma teżor».

Waqt li reġà lura għat-tagħlim tal-Iskrittura rigward l-anzjani, il-Papa Franġisku għamel riferiment għall-ittra lil-Lhud (13, 7), li fiha «naqraw: “Ftakru fil-mexxejja tagħkom, li ħabbrulkom il-kelma ta’ Alla. Waqt li tikkunsidraw attentament l-eżitu tal-mod ta’ ħajja tagħhom, imitaw il-fidi”. La memoria dei nostri antenati ci porta all’imitazione della fede.” Huwa minnu, kultant ix-xjuħija hija aktarx kerha minħabba l-mard li ġġib magħha. Imma l-għerf li għandhom in-nanniet tagħna hija l-wirt li aħna jmissna nirċievu. Poplu li ma jiħux ħsieb in-nanniet, li ma jirrispettax lin-nanniet m’għandux futur għaliex tilef it-tifkira. Eleazaro, quddiem il-martirju, jagħraf sewwa ir-responsabiltà li għandu fil-konfront taż-żgħażagħ. Jaħseb f’Alla imma jaħseb ukoll fiż-żgħażagħ: “Jien liż-żgħażagħ irrid intihom l-eżempju ta’ koerenza sal-aħħar”».

«Iġegħlna naħsbu sewwa għal tant anzjani rġiel u nisa, għal tant li jinsabu fid-djar tal-mistrieħ u wkoll għal tant li — il-kelma hija kerha imma ngħiduha — jinsabu abbandunati mill-għeżież tagħhom», imbagħad il-Qdusija Tiegħu żied, waqt li ftakar li «huma huma it-teżor tas-soċjetà tagħna. Nitolbu għalihom sabiex ikunu koerenti sal-aħħar. Dan huwa r-rwol tal-anzjani, dan huwa t-teżor. Nitolbu għan-nanniet irġiel tagħna u għan-nanniet nisa tagħna li tant drabi kellhom rwol erojku fit-trasmissjoni tal-fidi fi żminijiet ta’ persekuzzjoni». Speċjalment fiż-żminijiet mgħoddija, meta il-missirijiet u l-ommijiet spiss ma kinux d-dar jew kellhom ideat strambi, imħawda  mill-idejoloġiji in voga f’daqwk iż-żminijiet,  «kienu propju n-nanniet nisa dawk li ttrasmettew il-fidi».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.