Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Dixxipli ta’ Kristu mhux tal-idejoloġija

Il-Ħamis, 17 ta’ Ottubru 2013

«Meta nisrani jsir dixxiplu tal-idejoloġija, ikun tilef il-fidi u ma jkunx iktar dixxiplu ta’ Ġesù».  U l-uniku antitodu kontra tali perikolu huwa t-talb. Dan huwa l-messaġġ li l-Papa Franġisku silet mill-liturġija tal-Kelma tal-quddiesa ċcelebrata dalgħodu, il-Ħamis 17 ta’ Ottubru, f’Santa Marta.

Il-Papa ffoka l-omelija tiegħu fuq is-silta evanġelika ta’ Luqa (11, 47-54) li tirrapporta t-twissija ta’ Ġeslid-dutturi tal-liġi — «Gwaj għalikom li ħadtu ċ-ċwievet tal-għarfien; intom ma dħaltux, u lil dawk li riedu jidħlu ma ħallejtuhomx» — waqt li assoċja x-xbiha ta’ «knisja magħluqa» li fiha «n-nies li tgħaddi quddiemha ma tistax tidħol» u minn fejn «il-Mulej li hemm ġewwa ma jistax joħroġ». Minn hawn is-sejħa lil dawk «l-insara li għandhom f’idejhom iċ-ċwievet u jeħduhom, ma jiftħux il-bieb»; jew agħar, «jieqfu fil-bieb» u «ma jħallux lil min jidħol».

Imma xinhi l-kawża ta’ dan kollu? Il-Qdusija Tiegħu sabha fin-«nuqqas ta’ xhieda nisranija», li tidher b’mod iktar gravi kemm-il darba n-nisrani in kwestjoni «jkun qassis, isqof, Papa». Mill-bqija, Ġesù huwa tassew ċar meta jgħid: «Morru, oħorġu sat-truf tad-dinja. Għallmu dak li għallimt jien. Għammdu, morru fi slaleb it-toroq u ġibu ġewwa lil kulħadd, tajbin u ħżiena. Hekk jgħid Ġesù. Kulħadd ġewwa!».

Fin-nisrani li jassumi «dan l-atteġġjament ta’ “ċavetta fil-but u biex magħluq”» hemm, skont il-Papa, «proċess sħiħ spiriwali u mentali» li jwassal għal mogħdija tal-fidi «bħala distillatur», li jbiddilha f’ «idejoloġija». Imma «l-idejoloġija — huwa wissa — ma ssejjaħx. Fl-idejoloġiji mhemmx Ġesù. Ġesù huwa tenerezza, mħabba, manswetudni, u l-idejoloġiji, ta’ kull sinjal, huma dejjem riġidi». Tant li jissugraw li jirrendu lin-nisrani «dixxiplu ta’ dan l-atteġġjament ta’ ħsieb» pjuttost milli «dixxiplu ta’ Ġesù».

Għalhekk hija mill-ġdid attwali ċ-ċanfira ta’ Kristu: «Intom sraqtu ċ-ċavetta tal-għarfien », sabiex «minn għarfien ta’ Ġesù ikun mibdul f’għarfien idejoloġiku kif ukoll moralista», skont l-istess imġieba tad-dutturi tal-liġi li «kienu jagħlqu l-bieb b’tant preskrizzjoni». Il- Papa minħabba f’hekk fakkar twissija oħra ta’ Kristu — dik kontenuta fil-kapitolu 23 tal-vanġelu ta’ Mattew— kontra l-iskribi u l-fariżej li «jwaħħlu tagħbijiet tqal u jgħabbuhom fuq spallet in-nies». Huwa propju minħabba dawn l-atteġġjamenti, infatti, li jieħu proċess li minħabba fih «il-fidi ssir idejoloġija u l-idejoloġija twerwer! L-idejoloġija tkeċċi n-nies u tbiegħed il-Knisja min-nies».

Il-Papa Franġisku iddefenixxa bħala «marda gravi din tal-insara idejoloġiċi»; imma qal ukoll li jagħraf li din hi «marda mhix ġdida». Diġa kien tkellem dwarha l-Appostlu Ġwanni fl-ewwel ittra tiegħu, meta ddreskriva l-«insara li jitilfu l-fidi u jippreferu l-idejoloġiji»: «l-atteġġjamenti tagħhom  isiru riġidi, moralisti, etiċisti, imma mingħajr tjubija».

Allura hemm bżonn li nistaqsu x’inhu li jipprovoka  «fil-qalb ta’ dak in-nisrani, ta’ dak il-qassis, ta’ dak l-isqof, jew ta’ dak il-Papa», atteġġjament ta’ dik ix-xorta. Għall-Papa Franġisku t-tweġiba hija sempliċi: «Dak in-nisrani ma jitlobx. U jekk mhemmx it-talb », jingħalaq il-bieb.

Mela «iċ-ċavetta li tiftaħ il-bieb lill-fidi hija t-talb». Għaliex «meta nisrani mas jitlobx, ix-xhieda tiegħu hija supperva». Huwa stess huwa «supperv, imkabbar, huwa sikur minnu nnifsu, mhux umli. Ifittex il-promozzjoni tiegħu nnifsu. Għall-kuntrarju, meta nisrani jitlob ma jitbiegħedx mill-fidi: jitkellem ma’ Ġesù».

Il-Qdusija Tiegħu ppuntwalizza dwar dan li l-verb «talab» ma jfissirx «tgħid it-talb», għaliex id-dutturi tal-liġi wkoll «kienu jgħidu bosta talb», imma biss «biex jarawhom». Infatti «hija li titlob u ħaġ’oħra tgħid it-talb». F’dan il-każ tal-aħħar tabbanduna l-fidi, billi tittrasformaha appuntu «f’idejoloġija moralista» u «mingħajr Ġesù».

Dawk li jitolbu bħad-dutturi tal-liġi, skont il-Papa, jirrejaġixxu bl-istess mod «meta profeta jew nisrani tajjeb iċanfarhom», billi juża l-istess metodu li kien utilizzat kontra Ġesù: «Meta kien ħareġ minn hemm l-iskribi u l-fariżej bdew jittrattawh b’mod ostili — qal waqt li rripeta l-kliem tas-silta evanġelika — u biex iġagħluh jitkellem dwar bosta argumenti, waqt li jkomplu jonsbuh». Biex jissorprenduh b’xi kelma «maħruġa mill-istess fomm». Għaliex, huwa kkummenta, «dawn l-idejoloġiċi huma ostili u nsidjużi! Mhumiex trasparenti! U msejknin, huma nies mħammġa bis-suppervja!».

Hekk hi allura l-istedina konklussiva biex nitolbu lill-Mulej il-Grazzja li ma nieqfu qatt  «nitolbu biex ma nitilfux il-fidi» u biex «nibqgħu umli» hekk li ma nsirux persuni magħluqa «li jagħlqu t-triq lill-Mulej».

 

 

Migjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.