Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Bħal omm li tiddefendi lil uliedha

It-Tlieta, 17 ta’ Settembru 2013

 

Bħal omm li tħubbna, tiddefendina, tagħtina l-qawwa biex nimxu ‘l quddiem fil-ġlieda kontra l-ħażen. Din hija l-immaġni tal-Knisja mpinġiha mill-Papa Franġisku illum, it-Tlieta 17 ta’ Settembru, waqt il-quddiesa ċcelebrata gilgħodu kmieni f’Santa Marta.

Waqt li kkumenta is-silta tal-Vanġelu ta’ Luqa li tirrakkonta il-qawmien ta’ bin l-armla ta’ Nain (7, 11-17), il-Papa ddesktiva lil Ġesù li, meta ra lill-mara quddiem il-katavru tal-uniku iben mejjet, “qabditu kommozzjoni kbira.” U ddefinixxa is-sentiment ta’ Kristu bħala “l-ħila li jħoss magħna, li jkun qrib it-tbatijiet tagħna u jagħmilhom tiegħu.” Mill-bqija huwa kien jaf sewwa “x’kienet tfisser armla f’dak iż-żmien,”  meta l-ommijiet kienu jibqgħu weħidhom biex irabbu lil uliedhom u għalhekk kellhom jafdaw fuq il-karità ta’ oħrajn. Imħabba f’hekk il-preċetti ta’ dak iż-żmien kienu jinsistu tant: “li jgħinu lill-iltiema u lir-rokol, giex f’dak iż-żmien kienu l-iktar weħedħom, l-iktar abbandunati.”

 Il-ħsieb tal-Isqof ta’ Ruma imbagħad mar fuq figuri oħrajn ta’ romol li dwarhom titkellem il-Bibbja. Lejhom il-Mulej juri kura partikolari, “imħabba speċjali,”  sal-punt li huma jispiċċaw bil-bini ta’ “ikona tal-Knisja, għaliex - huwa spjega - ukoll il-Knisja hija sa ċertu punt armla: l-għarus tagħha telaq u hi timxi fl-istorja waqt li tittama li terġà ssibu, li tiltaqà miegħu. Hemm hija tkun l-għarusa definittiva.” Imma, huwa wissa, “sadanittant il-Knisja hija weħedha,” u il-Mulej mhuwiex viżibbli għaliha: għalhekk, “għandha ċerta dimensjoni ta’ romolità.”

L-ewwel konsegwenza ta’ din ir-romolità hija li l-Knisja ssir “kuraġġuża,” bix-xebħ ta’ omm “li tiddefendi lil uliedha.” Propju bħall-armla tal-Vanġelu “li marret għand l-imħallef korrott biex tiddefendi lil uliedha u fl-aħhar rebħet.” Għaliex, enfasizza l-Papa, “ommna l-knisja għandha dak il-kuraġġ ta’ mara li taf li uliedha huma tagħha u jenħtieġ li hi tiddefendihom u twassalhom g-laqgħa mal-għarus tagħha.”

Mill-kuraġġ joħroġ imbagħad it-tieni element, il-qawwa, kif jixhdu r-romol l-oħrajn deskritti fl-Iskrittura, fost dawn Noemi, il-bużnanna ta’ David, “li beżgħetx tibqà weħedha,” jew l-armla maabej b’sebat ulied, li “sabiex ma jirrinegawx lil Alla, li biex ma jirrenegawx il-liġi ta’ Alla ġew immartirizzati mit-tirann.” Dwar din il-mara punt partikolari laqgħat lill-Papa Franġisku: Il-fatt li l-Bibbja tenfasizza “li kienet titkellem bid-djalett. Bl-ewwel lingwa,” propju bħal ma tagħmel “il-Knisja tagħna,” li tkellimna “b’dik il-lingwa tal-veru ortodossija li lkoll kemm aħna nifhmu, dik il-lingwa tal-katekiżmu, dik il-lingwa qawwija u tagħtina wkoll il-qawwa biex inkunu nistgħu nibqgħu mexjin ‘il quddiem fil-glieda kontra l-ħażen.”

 Waqt li ġabar fil-qosor ir-riflessjonijiet tiegħu, il-Papa allura tenna “id-dimensjoni tar-romolità tal-Knisja, li timxi fl-istorja bit-tama li tiltaqà, li ssib l-għarus tagħha. Mill-bqija, saħaq, “Ommna l-Knisja  hija hekk: hija Knisja li meta tkun fidila taf tibki, tibki għal uliedha u titlob.” Anzi “meta l-Knisja ma tibkix, xi ħaġa ma tkunx f’postha;” waqt li l-Knisja tiffunzjona meta “tpompli miexja ‘l quddiem u tkabbar lil uliedha, tagħtihom il-qawwa tagħhom, takkumpanjahom sal-aħħar tislima, biex hemm terħihom f’idejn l-għarus tagli fl-aħħar ukoll hi tiltaqà miegħu.”

U billi il-Papa jara lil “ommna l-Knisja f’din l-armla li tibki,” hemm bżonn li jistaqsi x’jgħid il-Mulej lil dan l-omm biex jikkunslaha/ It-tweġiba tinsab fl-istess kliem ta’ Ġesù irrapportati minn Luqa: “La tibkix!” Kliem li donnhom jgħidu: la tibkix għaliex “jiena miegħek, jien nikkumpanjak, jien nistenniek hemm, fit-tieġ tagħna, l-aħhar tieġ, dak tal-haruf;” ieqaf mill-biki, “dan ibnek li kien mejjet issa huwa ħaj.” U lil dan tal-aħħar, it-tielet figura preżenti fix-xena evanġelika, il-Mulej idur waqt li jordnalu : “Tfajjel, ngħid lilek: qum!” Għall-papa dawn huma l-istess kliem li l-Mulej jindirizza lill-bnedmin fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, “meta aħna li nkunu mitna minħabba d-dnub u nmorru biex nitolbuh maħfra.”

Ir-rakkont ta’ Luqa jikkonkludi bid-deskrizjoni taż-żagħżugħ mejjet li jqum bilqiegħda u jibda jitkellem, u ta’ Ġesù li jtih lura lil ommu. Eżatt kif jagħmel magħna - ġiegħel jinnotaw il-Papa “meta jaħfrilna, meta jerġà jagħtina l-ħajja,” għaliex “ir-rikonċiljazzjoni tagħna ma tintemmx fid-djalogu,” mal-qassis li jtina l-maħfra, imma rkun kompluta “meta hu jagħtina lura lil ommna.” Infatti, ikkonkluda, “mhemmx mixja tal-ħajja, mhemmx maħfra, mhemmx rikonċoljazzjoni barra minn ommna l-Knisja,” tant li dejjem ikun meħtieġ “nitolbu lill-Mulej il-grazzja li nkunu fiduċjużi f’din l-omm li tiddefendina, tgħallimna, u tgħinna nikbru.

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.