Omelija tal-Papa franġisku minn Dar Santa Marta

Id-dgħufija ta’ Alla quddiem it-talb tal-poplu tiegħu

Is-Sibt, 16 ta’ Novembru 2013

Alla huwa dgħajjef biss quddiem it-talb tal-poplu tuegħu. Mela huwa t-talb il-vera qawwa tal-bniedem: m’għandna ngħejjew qarr inħabbtu fuq il-bieb tal-qalb ta’ Alla, nitolbu għajnuna għaliex meta jissejjaħ biex jiddefendi l-poplu tiegħu Alla qatt ma jkun sodisfatt.

Dan fakkru l-Papa Franġisku waqt il-quddiesa ċċelebrata dal-għodu, is-Sibt 16 ta’ Novembru, ġo Santa Marta, li għaliha assistew flimkien mal-Kardinal Angelo Comastri u l-Isqof Vittorio Lanzani, rispettivament arċipriet tal-Bażilika ta’ San Pietru u delegat tal-Fabbrika, il-kanonċi tal-Bażilika Vatikana.

Waqt li kkummenta il-qari tal-jum, il-Papa ried qabel xejn jenfasizza il-protezzjoni li l-Mulej joffri lil uliedu meta huma jduru lejh: «Alla jagħmel, se jagħmel, ġustizzja, lill-magħżulin tiegħu, li jgħajjtu jum u lejl lejh. Hekk għamel: meta jsejjaħ lil Mosè u jgħidlu smajt il-biki u l-karba tal-poplu tiegħi. Il-Mulej jismà» (cfr. Luqa, 18, 1-8).

«Fl-ewwel qari — qal il-Papa — smajna dak li għamel il-Mulej: dik il-kelma omnipotenti mis-sema tiġi bħal gwerrier li mhu sodisfatt qatt. Meta l-Mulej jieħu f’idejh id-difiża tal-poplu tiegħu huwa hekk: huwa gwerrier implakabbli u jsalva l-poplu tiegħu. Isalva, iġedded kollox: il-ħolqien kollu ġie mmodellat mill-ġdid, fil-propja natura tiegħu bħal qabel». U huwa hekk li, qal il-Qdusija Tiegħu waqt li kkwota mill-ġdid il-ktieb tal-Għerf (18, 14-16; 19, 6-9), «il-Baħar l-Aħmar isir triq bla tfixkil u bla mewġ vjolenti pjanura mimlija ħaxix; dawk li jdejk ipproteġew għaddew flimkien mal-poplu, waqt li kkuntemplaw għegubijiet meraviljużi». Id-deskrizzjoni tal-ħelsien tagħhom, huwa nnota, tassumi saħansitra tonijiet poetiċi: «Kienu mmexxija lejn il-mergħa bħal żwiemel u qabżu bħal nagħaġ eżultanti, waqt li ċcelebraw lilek, Mulej, li kont ħlisthom». Hekk, enfasizza,, «huwa l-poter tal-Mulej meta jrid isalva l-poplu tiegħu: qawwi. Huwa hu l-Mulej. Għaliex semà t-talbv tal-poplu tiegħu; għaliex ħass f’qalbu li l-magħżulin tiegħu kienu qed ibatu».

Imma jekk din hija l-qawwa ta’ Alla, «liema hi l-qawwa tal-bniedem?» staqsa lilu nnifsu l-Papa. Hija dik stess li xehdet l-armla li jitkellem dwarha l-Vanġelu, huwa spjega, hi li tħabbat bla ma taqtà fuq bieb l-imħallef. «Tħabbat — huwa tenna — titlob, tgerger dwar il-ħafna ptoblemi, l-ħafna niket, u titlob lill-Mulej il-ħelsien minn dan in-niket, minn dawn id-dnubiet, minn dawn il-problemi». Din hija l-qawwa tal-bniedem, it-talb, «ukoll it-talb tal-bniedem umli» huwa ppreċiża, għaliex jekk f’Alla qatt kien hemm dgħufija, huwa spjega mill-ġdid, din turi ruħha propju fil-konfront tat-talb tal-poplu tiegħu, «din hija d-dgħufija ta’ Alla. Il-Mulej huwa dgħajjef f’dan biss».

Il-qari enfasizza l-Isqof ta’ Ruma, iġegħluna opportunament nimmeditaw fuq «dak il-poter ta’ Alla, hekk ċar u hekk qawwi» li dwar il-Knisja titkellem speċjalment fi żmien il-Milied, għaliex «il-quċċata tal-qawwa ta’ Alla, tal-fidwa ta’ Alla, kienet propju l-inkarnazzjoni tal-Verb: “Meta f’silenzju profond kien jiksi l-affarijiet kollha, u l-lejl kien f’nofs il-korsa mgħaġġla tiegħu, il-kelma omnipotenti mis-sema, mit-tron irjali tiegħek, gwerrier implakabbli, inxteħtet f’nofs din id-dinja ta’ qerda, waqt li ġabet, bħal xabla misnuna, id-digriet irrevokabbli tiegħek.” Il-Knisja taqbad dan it-test ta’ liberazzjoni u ta’ qawwa biex tfisser li l-inkarnazzjoni tal-Verb kienet l-iktar punt għoli tal-fidwa tagħna».

Illum «nioeħu gost inħoss dan il-qari — fada il-Papa Franġisku — duddiemkom kanonċi ta’ San Pietru. Xogħlkom huwa propju li tħabbtu fuq qalb Alla», titolbu. «Titolbu lill-Mulej għall-poplu ta’ Alla. U intom, ġo San Pietru propju fil-Bażika l-iktar qrib tal-Papa, fejn jiltaqgħu l-petizzjonijiet kollha tad-dinja, intom tiġbru dawn il-petizzjonijiet u tippreżentawhom lill-Mulej flimkien ma’ talbkom ».

U biex iqawwi l-idea tas-servizz li huma msejħa biex iwettqu, il-Papa reġà ppropona t-tenaċja tal-armla tal-Vanġelu, dik li titlob ġustizzja b’mod ostinat: «Dan tagħkom huwa servizz universali, servizz ta’ Knisja. Intom bħal dik l-armla: titolbu, ittennu, thatu fuq qalb Alla. Kuljum. U ma kienet torqod qatt l-armla meta kienet tagħmel dan. Kienet qalbiena».

«Il-Mulej — kompla l-Qdusija Tiegħu — jismà talb il-poplu tiegħu. Intom rappreżentanti pprivileġġjati tal-poplu ta’ Alla f’dan ir-rwol ta’ talb lill-Mulej għal tant bżonnijiet tal-Knisja, tal-umanità, ta’ kulħadd». U waqt li kkonkluda qal: «Niżżikom ħajr għal dan ix-xogħol. Niftakru dejjem li Alla għandu qawwa — meta jrid hu — li jbiddel kollox “kollox kien immudellat mill-ġdid”, huwa kapaċi jimmudella kollox mill-ġdid; imma għandu wkoll dgħufija, it-talb tagħna, it-talb universali tagħkom, qrib il-Papa ġewwa San Pietru. Grazzi għal dan is-servizz tagħkom u komplu hekk għall-ġid tal-Knisja»

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.