Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta L-iskandli fil-Knisja jsiru ghax m’hemmx rapport haj ma’ Alla u mal-Kelma tieghu. Il-Ħamis, 16 ta’ Jannar 2014 L-iskandli fil-Knisja jsiru ghax m’hemmx rapport haj ma’ Alla u mal-Kelma tieghu. Dan affermah il-Papa Frangisku fl-omelija ta’ dalghodu waqt il-quddiesa li ppresjieda fid-Dar Santa Marta. Fil-kumment dwar il-qari tal-gurnata u s-salm responsorjali li jirrakkuntaw it-telfa kbira li l-poplu ta’ Izrael sofra minn idejn il-Filistej, il-Papa osserva li l-Poplu t’Alla, f’dak iz-zmien, kien abbanduna lill-Mulej. Kien jinghad li l-Kelma t’Alla kienet haga rari f’dak iz-zmien. Ix-xwejjah sacerdot Eli kien biered u uliedu korrotti, ibezzghu n-nies u kienu jahqruhom.
Biex
jiggieldu kontra l-Filistej, l-Izraeliti juzaw l-Arka tal-Patt
qiesha xi haga magika, haga barranija. U jipiccaw telliefa filwaqt
li l-ghedewwa jehdulhom l-arka. Mhemmx fidi vera f’Alla,
fil-prezrnza reali tieghu fil-hajja: dan il-pass tal-Iskrittura
jgeghelna nahsbu dwar kif inhu r-rapport taghna ma’ Alla, mal-Kelma
t’Alla. Huwa rapport formali? Hu rapport imbieghed? Il-Kelma
t’Alla tidhol fi qlubna, ghandha dik is-setgha li tibdlilna qalbna,
ghandha dik is-setgha jew le? Hu rapport formali u kollox sew?
Il-Papa ghadda biex jitkellem dwar l-iskandli tal-Knisja u qal:Imma ahna veru nisthu? Tant skandli li ma rridix insemmihom wiehed wiehed imma lkoll nafu xinhuma…… il-misthija tal-Knisja! Imma sthajna minhabba dawk l-iskandli, minhabba dawk it-telfiet imgarrba minhabba sacerdoti, isqfijiet, lajci? Il-Kelma t’Alla f’dawk l-iskandli kienet haga rari: f’dawk l-irgiel u nisa l-Kelma t’Alla kienet rari! Ma kellhomx rabta ma’ Alla! Kellhom pozizzjoni fil-Knisja, anki wahda komda. Imma l-Kelma t’Alla, le! Jiena ghandi medalja, jien ghandi salib….. iva, bhal dawk li kienu jgorru l-arka! Minghajr rapport haj ma’ Alla u mal-Kelma tieghu! Tigini f’mohhi l-Kelma ta’ Gesu’ lil dawk li jaghtu l-iskandli… U hawn l-iskandlu wasal: hija dekadenza tal-poplu t’Alla, sad-djghufija, sal-korruzzjoni tas-sacerdoti.
Il-Papa temm l-omelija bi hsieb dwar il-poplu t’Alla: Imsejknin, imsejknin! Ma ntuhomx jieklu l-hobz tal-hajja. F’dak il-kaz ma ntuhomx jieklu l-verita! U minflok, tant drabi, intuhom jieklu ikel avvelenat! Qum Mulej, ghax ghadek rieqed! Din ghandha tkun it-talba taghna! Qum! Tirrifjutaniex ghal dejjem! Ghaliex qed tahbi wiccek? Ghaliex qed tinsa’ l-mizerji u l-oppressjoni taghna? Nitolbu lill-Mulej biex ma ninsew qatt il-Kelma t’Alla li hi hajja, biex tidhol fi qlubna u ma ninsew qatt lill-poplu fidil t’Alla, li jitlob minna ikel san!
Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta. |