Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Is-sindrome ta’ Ġona

It-Tnejn, 14 ta’ Ottubru 2013

Hemm marda gravi li qed thedded illum lill-insara: is- «sindrome ta’ Ġona», dik li ġġegħelna nħossuna perfetti u puliti daqs li kieku għadnsa ħerġin mill-ħasla, għall-kuntrarju ta; dawk li nqisuhom midimbin u allura kkundannati ħalli jirranġaw lilhom infushom weħedħom, mingħajr l-għajnuna tagħna. Ġesù mill-banda l-oħra jfakkar li biex insalvaw hemm bżonn li nsegwu  «is-sinjal ta’ Ġona», jiġifieri l-ħniena tal-Mulej. Dan hu fis-sustanza s-sens tar-riflessjoni proposta mill-Papa Franġisku waqt il-quddiesa ċcelebrata dalgħodu, it-Tnejn 14 ta’ Ottubru, fil-kappella ta’ Santa Marta.

Waqt li kkummenta il-qari tal-liturġija, meħud mill-ittra ta’ San Pawl lir-Rumani  (1, 1-7) u mill-Vanġelu ta’ Luqa (11, 29-32), il-Papa beda propju minn dik il- «kelma qawwija» li biha Ġesù jindika grupp ta’ persuni li jsejħilhom «generazzjoni kattiva».Din hija «kelma — huwa nnota — li kważi donnha tidher insult: din il-ġenerazzjoni hija ġenerazzjoni kattiva. Hija qawwija ħafna! Ġesù hekk twajjeb, hekk umli, hekk manswet, imma jgħid din il-kelma». Madankollu, spjega l-Papa, bla dubju huwa ma kienx qed jirreferi għan-nies li kienu jsegwuh; kien qed pjuttost jirreferi għad-dutturi tal-liġi, għal dawk li kienu jdaħħluh fi prova, li jwaqqgħuh fin-nassa. Kienu nies li kienu jitolbuh xi sinjali, xi provi. U Ġesù kien iwieġeb li l-uniku sinjal li kellu jingħatalhom kellu jkun «is-sinjal ta’ Ġonaa qual è il segno di Giona?»

«Il-ġimgħa l-oħra — fakkar il-Papa — il-liturġija gegħlitna nirriflettu dwar Ġona. U issa Ġesù jwiegħed is-sinjal ta’ Ġona». Qaqbel ma spjega dan is-sinjal, il-Papa Franġisku stieden biex jirriflettu fuq partikular ieħor li joħroġ mir-rakkont evanġeliku: is- «sindrome ta’ Ġona», dik li l-profeta kellu f’qalbu. Huwa, spjega l-Qdusija Tiegħu,  «ma riedx imur Niniveh u ħarab fi Spanja». Ħaseb li kellu l-ideat ċari: «Id-duttrina hija din, hemm bżonn li temmen dan. La darba huma midimbin, jirranġaw huma; jien m’għandix x’naqsam! Din hija s-sindrome ta’ Ġona». U «Ġesù jikkundannaha. Per eżempju, fil-kapitolu tlieta u għoxrin ta’ San Mattew dawk li jemmnu f’din is-sindrome jiġu msejħa ipokriti. Ma jridux is-salvazzjoni ta’ dawk l-imsejkna nies. Alla jgħid lil Ġona: imsejkna nies, ma jiddistingwux il-lemin mix-xellug, huma njoranti, midimbin. Imma Ġona jkompli jinsisti: huma jridu ġustizzja! Jien nosserva l-kmandamenti kollha: jirranġaw huma».

Hemm hi s-sindrome ta’ Ġona, li «tolqot lil dawk li m’għandhomx żelu għall-konversjoni tan-nies, li jfittxu qdusija — ippermettuli l-kelma — qdusija tal-għajn tal-ħasselin, jiġifieri kollha sabiħa, kollha magħmula sewwa mingħajr ebda żelu li jwassalna biex nippridkaw lill-Mulej». Il-Papa fakkar li l-Mulej «quddiem din il-ġenerazzjoni, marida bis-sindrome ta’ Ġona, iwiegħed is-sinjal ta’ Ġona». U żied: «Fil-verżjoni l-oħra, dik ta’ Mattew, jgħid: imma Ġona dam f’żaqq il-balena tlett iljielu u tlett ijiem... Ir-riferiment huwa għal Ġesù fil-qabar, għall-mewt u l-qawmien tiegħu. Huwa dan is-sinjal li Ġesù jwiegħed: kontra l-ipokresija, kontra dan l-atteġġjament ta’ reliġjożità perfetta, kontra dan l-atteġġjament ta’ grupp ta’ Fariżej».

Biex jirrendi ċar il-kunċett l-Isqof ta’ Ruma irrifera għal parabbola oħra tal-Vanġelu «li tirrapreżenta tajjeb dak li jrid jgħid Ġesù/ Din hija l-Parabbola tal-Fariżew u l-Pubblikan li jitolbu fit-tempju (Luqa 14, 10-14). Il-Fariżew huwa hekk sikur quddiem l-altar li jasal jgħid: Niżżik ħajr Alla li miniex bħal dawk in-nies kollha ta’ Niniveh u lanqas ma jien bħal dak li jinsab hemm! U dak li kien jinsab hemm kien il-Pubblikan, li kien qed jgħid biss: Mulej ikollok ħniena minni li jiena midneb».

Is-sunjal li Ġesù jwiegħed «huwa l-maħfra tiegħu — ippreċiża l-Papa Franġisku — permezz tal-mewt u l-qawmien tiegħu. Is-sinjal li Ġesù jwiegħed huwa l-ħniena tiegħu, dik li diġa kien talab Alla minn żmien qabel: Hniena rrid u mhux sagrifiċċji ». Mela «il-veru sinjal ta’ Ġona huwa dak li jtina fiduċja li nkunu salvati mid-demm ta’ Kristu. Hemm tant insara li jaħsbu li jkunu salvati b’dak biss li jagħmlu, bl-opri tagħhom. L-opri huma meħtieġa imma huma konsegwenza waħda, tweġiba għal dik l-imħabba ħanina li ssalvana». L-opri weħedhom, mingħajr din l-imħabba ħanina, mhumiex biżżejjed.

Mela «is-sindrome ta’ Ġona jolqot lil dawk li għandhom fiduċja biss fil-ġustizzja tagħhom personali, fl-opri tagħhom». U meta Ġesù jgħid «din il-ġenerazzjoni kattiva», ikun qed jirreferi «għal dawk kollha li għandhom fihom is-sindrome ta’ Ġona». Imma hemm iktar: «Is-sindrome ta’ Ġona — sostna il-Papa — iwassalna għall-opokresija, għal dik is-suffiċjenza li naħsbu li rridu nilħqu giex aħna nsara puliti, perfetti, għaliex inwettqu dawn l-opri, nosservaw il-kmandamenti, kollox. Marda qawwija, is-sindrome ta’ Ġona!». Waqt li «is-sinjal ta’ Ġona» huwa «il-ħniena ta’ Alla f’Ġesù Kristu mejjet u mqajjem għalina, għas-salvazzjoni tagħna».

«Hemm żewġ kelmiet fl-ewwel qari — huwa żied —  li jingħaqdu ma’ dan. Pawlu jgħid fuqu nnifsu, mhux għaliex studja, imma huwa appostlu għaliex imsejjaħ. U lill-insara jgħidilhom: intom imsejħin minn Ġesù Kristu. Is-sinjal ta’ Ġona qed isejħilna». Il-liturġija tallum, ikkonkluda l-Papa, tgħinna biex nifhmu u nagħmlu għażla: «Irridu nsegwu s-sindrome ta’ Ġona jew is-sinjal ta’ Ġona?».

Migjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.