Omelija tal-Papa Franġisku

L-Ispirtu Santu, il-mhux magħruf

It-Tnejn, 13 ta’ Mejju 2013

 

Jiġina li ngħidu “l-Ispirtu Santu, dan il-mhux magħruf,” waqt li naħsbu dwar il-bosta li għadhom illum “ma jafux jispjegaw sewwa min hu l-Ispirtu Santu” u “jgħidu: ;Ma nafx x’naqbad nagħmel!’ bih, jew jgħidulek: ‘L-Ispirtu Santu huwa l-ħamiema, dak li jtik is-sebà doni.’ Imma hekk l-imsejken Spirtu Santu huwa dejjem l-aħħar u ma jsibx post tajjeb f’ħajjitna.”

Għal darb’oħra dalgħodu, it-Tnejn 13 ta’ Mejju, il-Papa Franġisku - waqt l-omelija tal-quddiesa ċcelebrata fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae - iċcentra r-riflessjoni tiegħu fuq il-figura tal-Ispirtu Santu, waqt li saħaq dwar l-għarfien skars li għad għandhom illum, bosta nsara

Il-Papa ħa spunt mir-rakkont tal-laqgħa ta’ Pawlu ma’ xi appostli f’Efesu, waqt liema - hekk kif huwa deskritt fl-Attital-Appostli (19, 1-8) — għall-mistoqsija jekk kinux irċivew l-Ispirtu Santu, huma wieġbu li qatt ma kienu linqas biss semgħu min jitkellem dwar l-eżistenza tiegħu. Biex jispjega l-episodju l-Qdusija Tiegħu rrikorra bħas-soltu, għal rakkont ta’ mument tal-esperjenza personali tiegħu: “Niftakar darba, meta kont kappillan fil-parroċċa tal Patrijarka San Jos”, ġewwa San Miguel, waqt il-quddiesa għat-tfal, f’jum il-Pentekoste, gHamilt il-mistoqsija: ‘Min jaf min hu l-Ispirtu Santu?’ U t-tfal kollha għollew idhom.” Wieħed minn dawn, kompla jitbissem, kien weġibni: “ ‘Il-paralitiku!’ Hekk qalli, Hu kien samà l-kelma ‘paraklitu,’ u kien fehma il-‘paralitiku!’ Hekk huwa: l-Ispirtu Santu dejjem huwa ftit il-mhux magħruf fil-fidi tagħna. Ġesù jgħid dwaru, jgħid lill-Appostli: ‘Nibgħatilkom l-Ispirtu Santu: hu jgħallimkom il-ħwejjeġ kollha u jfakkarkom dak kollu li għidtilkom.’ Naħsbu dwar dan tal-aħħar: l-Ispirtu Santu huwa Alla, imma huwa Alla attiv fina, li jġegħlna niftakru. Alla li jqajjem il-memorja. L-Ispirtu Santu jgħinna biex nibnu memorja.”

U “huwa tant importanti li nibnu memorja,” tenna l-Papa, għaliex “nisrani bla memorja mhuwiex tassew nisrani: huwa raġel jew mara” priġunieri tal-mument, li m’għandhomx storja. L-Ispirtu Santu jgħallimhielna. Il-memorja li “tiġi mill-qalb - ippuntwalizza l-Papa - hija grazzja tal-Ispirtu Santu.” U hija hekk ukoll il-memorja “tal-miżerji tagħna, ta’ dnubietna,” il-memorja “tal-iskjavitù tagħna: id-dnub jirrendina skjavi. Niftakru l-istorja tagħna, hija kif il-Mulej fdiena, dan huwa sabiħ. U dan imbotta lil Pawlu biex jgħid: ‘Imma l-glorja tiegħi hija dnubieti. Imma ma niftaħarx bihom: hija l-unika glorja li għandi. Imma hu, f’Salibu, fdieni’.”

Il-memorja tagħmel tajjeb ukoll meta wieħed jiġi attakkat mill-vanità “u jemmen li hu ftit jew wisq il-‘premju Nobel’ tal-qdusija” qal il-Papa. Ukoll il-memorja tagħmlilna tajjewb, “imma ftakruy minn fejn ħtaftkom: min-naħa ta’ wara nett tal-merħla. Int kont wara nett, fil-merħla.” Il-memorja hija grazzja kbira  u “l-Knisja wkoll għandha l-memorja tagħha, il-Passjoni tal-Mulej,” dik il-memorja li tneħħi d-dnubiet.”Illum jien irrid - qal il-Qdusija Tiegħu - nitlob il-grazzja ta’ din il-memorja għalina lkoll,” nitlob “lill-Ispirtu Santu li jagħmilna lkoll ‘memorużi’ jiġifieri rġiel u nisa ‘memorużi’.” Intenzjoni afdata lill-Verġni Marija, “mara tal-memorja

Fl-aħħar tal-quddiesa l-Papa Franġisku għamel “komunikazzjoni parrokkjali,” bħal ma qal hu stess, u għamel l-awgurju ta’ għeluq sninu lil Monsinjur Peter Bryan Wells, assessur tas-segreterija tal-istat, preżenti għall-quddiesa flimkien ma’ missieru u ħuh, waqt li iżżih ħajr “għal dak kollu li int tagħmel għall-ġid tal-Knisja.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.