Omelija tal-Papa Frangisku minn Dar Santa Marta

Meta s-skiet ikun mużika

Il-Ħamis, 12 ta’ Diċembru 2013

Il-Milied huwa festa li fiha jsir tant ħoss. Waqt li ngħixu dan il-perijodu ta’ stennija jkun importanti li minflok nerġgħu niskopru s-skiet, bħala waqt ideali biex niġbru l-mużikalità tal-lingwaġġ li bih il-Mulej ikellimna. Lingwaġg — qal il-Papa Franġisku waqt il-quddiesa ċċelebrata l-Ħamis filgħodu, 12 ta’ Diċembru, fil-kappella ta’ Santa Marta — tant jixbaħ lil dak ta’ missier u ta’ omm: rassikuranti, mimli mħabba u ħlewwa.

Bħas-soltu il-Papa ħa spunt mis-silta tal-liturġija, meħuda mill-ktieb tal-Profeta Iżaija (41, 13-20), dak li ftit jiem ilu kien iddefinixxa bħala «il-ktieb tal-konsolazzjoni ta’ Iżrael», bħal ma hu stess fakkar. Il-Papa Franġisku fada li kien irrifletta «mhux wisq fuq dak li l-Mulej jgħid» daqs kemm pjuttost «fuq il-kif il-Mulej jgħidu»: jiġifier huwa spjega permezz ta’ similitudni «mhux tant fl-ittra imma fil-mużika».

Kif ikellimna l-Mulej? Forsi, enfasizza l-Qdusija Tiegħu, jistà jidher stramb li tismà Alla kbir jgħid: «Jien hu l-Mulej Alla tiegħek, li nżommok fuq il-lemin, bħalma missier lil ibnu. U ngħidlek: la tibżax! Jien niġi ngħinek». Huwa propju bħal missier li jiġri hejn ibnu meta, billejl, ikollu ħolma kerha u jgħidlu: «La tibżax! Hawn jien ħdejk».

Bl-istess mod ikellimna Ġesù. Huwa «joqrob» lejna. «Meta nħarsu lejn missier jew omm li joqorbu lejn binhom — spjega l-Isqof ta’ Ruma — aħna naraw li huma jsiru żgħar, jitkellmu b’leħen ta’ tifel u jagħmlu ġesti tat-tfal». Min jarahom minn barra jistà jasal li jaħseb li huma ridikoli. Imma «l-imħabba tal-omm u tal-missier hemm bżonn li toqrob», li «titbaxxa għad-dinja tal-iben». U wkoll jekk il-missier u l-omm ikellmuh b’mod normali, l-iben jifhimhom; «imma huma jkunu jridu jieħdu l-mod tad-diskors tal-iben. Joqorbu. Isiru tfal. Hekk ukoll il-Mulej».

Il-Papa Franġisku reġà fakkar «it-tejoloġi Griegi», li «meta kienu jitkellmu dwar dan, kienu jgħidu kelma tassew diffiċli: “sincatabasi”, il-“konformità” ta’ Alla li jaċċetta li jsir wieħed minna». B’dan il-mod jitkellem il-Mulej. U saħansitra jagħmel kif jagħmlu l-ġenituri, li lil uliedhom «jgħidulhom ħwejjeġ ftit jew xejn ridikoli — ġugarell tiegħi! — u dawn il-ħwejjeġ kollha». Fil-fatt «ukoll Ġesù jgħid: dudu ċkejken dwar Ġakobb, int bħal dudu ċkejken għalija, int ħaġa tassew ċkejkna... imma jien tant inħobbok». Dan «huwa l-lingwaġġ tal-Mulej: lingwaġġ ta’ mħabba, ta’ missier, ta’ omm».

Bla dubju, kompla l-Papa, hemm bżonn li nisimgħu kelmet il-Mulej, dak li jgħidilna hu; imma hemm bżonn ukoll li nisimgħu «kif jgħidulna». U hemm bżonn li nagħmlu bħalu, jiġifieri «nagħmlu dak li jgħid, imma nagħmluh kif jgħidu: b’imħabba, bi ħlewwa, b’dik il-“konformità” lejn ħutna».

«Dejjem laqtitni — fada l-Papa — il-laqgħa tal-Mulej ma’ Elija, meta l-Mulej tkellem ma’ Elija». Kien fuq il-muntanja u meta rah għaddej «il-Mulej ma kienx fis-silġ, fix-xita, fit-tempesta, fir-riħ... Il-Mulej kien fiż-żiffa ħelwa» (cfr 1 Slaten 19,11-13).

«Fl-oriġinal — speċifika l-Isqof ta’ Ruma — hemm użata kelma l-iktar sabiħa, li ma tistax tiġi tradotta bi preċiżjoni: kien f’ħajta risonanti ta’ skiet. Ħajta risonanti ta’ skiet: hekk joqrob lejna l-Mulej, b’dak il-ħoss tas-skiet li huwa propju tal-imħabba». U lil kull bniedem jgħidlu: «Inti ċkejken, midneb dgħajjef, imma jiena ngħidlek li nagħmlek bħal qiegħa penetranti ġdida, armata b’ħafna ponot. Inti tidres il-muntanji u tisħaqhom, tirriduċi l-għoljiet fi trab.Int tgħarbilhom u r-riħ iġorrhom, ir-riefnu jferrixhom». Hekk hu «isir ċkejken biex jagħmilni qawwi. Hu jmur għall-mewt, bis-sinjal ta’ dik il-“konformità,” sabiex jien inkun nistà ngħix».

«Din — reġà tenna l-Papa Franġisku — hija l-mużika tal-limgwaġġ tal-Mulej. Aħna, waqt li nippreparaw għall-Milied, hemm bżonn li nisimgħuha. Tagħmlilna tajjeb, tant tajjeb» . Is-soltu l-Milied guwa  «festa ta’ ħafna ħoss. Jagħmlilna tajjeb li nżommu ftit skiet», biex «nisimgħu dan il-kliem ta’ mħabba, ta’ tant viċinanza, dan il-kliem ta’ ħlewwa». U ikkonkluda: «Hemm bżonn inżommu s-skiet f’dan iż-żmien għaliex, kif jgħid il-prefazju, aħna ninsabu viġilanti fl-istennija».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.