Omelija tal-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Fl-idejn sikuri ta’ Alla

It-Tlieta, 12 ta’ Novembru 2013

 

F’idejn Alla. Hemm tinsab is-sikurezza tagħna: Huma jdejn maħsusa mill-imħabba, li jiggwidawna fit-triq tal-ħajja u mhux f’dik tal-mewt, fejn għall-kuntrarju tmexxina l-għira. Dan kien is-sens tar-riflessjoni proposta mill-Papa Franġisku dalgħodu, it-Tlieta 12 ta’ Novembru, waqt il-quddiesa ċċelebrata fil-kappella ta’ Santa Marta.

L-ewwel qari, osserva l-Qdusija Tiegħu waqt li ntoduċa l-omelija, ifakkarna li Alla «ħalaq il-bniedem għall-inkorruttibiltà» (Għerf 2, 23-3, 9). Huwa «għamilna u huwa Missierna. Għamilna sbieħ bħalu, isbaħ mill-anġli; ikbar mill-anġli. Imma minħabba l-għira tad-demonju, daħlet il-mewt fid-dinja».

L-għira: kelma — ġiegħel li jkun innotat il-Papa — ċara ħafna, li ġġegħlna nifhmu il-ġlieda bejn «dan l-anġlu», id-demonju, u l-bniedem. Tal-ewwel «infatti ma setax jissaporti li l-bniedem kien superjuri għalih; li propju fir-raġel u fil-mara kien hemm ix-xbiha u l-immaġni ta’ Alla. Minħabba f’dan qanqal il-gwerra» u qabad triq «li twassal għall-mewt. Hekk daħlet  il-mewtad-dinja».

Fir-realtà, kompla l-Isqof ta’ Ruma, «ilkoll kemm aħna nagħmlu l-esperjenza tal-mewt». Kif tispjega dan? «Il-Mulej — huwa wieġeb — ma jabbanduna qatt l-opra tiegħu», kif jispjega it-test tal-ktieb tal-Għerf: «L-erwieħ tal-ġusti, għall-kuntrarju, jinsabu f’idejn Alla». Ilkoll «irridu ngħaddu mill-mewt. Imma hija ħaġa li tgħaddi din l-esperjenza permezz tal-appartenenza ta’ jdejn id-demonju u ħaġa oħra li tgħaddiha permezz tal-idejn ta’ Alla».

«Lili — fada l-Papa — jogħġobni nisma dawn il-kliem: ninsabu f’idejn Alla. Imma mill-bidu. Il-Bibbja tispjega l-ħolqien billi tuża xbiha ħelwa: Alla li b’idejh jagħmel it-tajn, mit-tafal, skont l-immaġni u xbiha tiegħu. Kienu l-idejn ta’ Alla li ħalquna: Alla l-artiġjan».

Alla mela ma abbandunaniex. U propju fil-Bibbja naqraw dak li huwa jgħid lill-poplu tiegħu: «Jien imxejt miegħek». Alla jġib ruħu — enfasizza il-Papa — «bħal  papà ma’ ibnu li jżommlu idu. Huma propju idejn Alla li jakkumpanjawna f’mixjietna». Il-Missier jgħallimna nimxu, biex inkunu nistgħu nmorru «għal għonq it-triq tal-ħajja u tal-fidwa». U iktar: «Huma idejn Alla li jżegħlu bina fil-waqt tan-niket, li jsabbruna. Huwa Missierna li jżiegħel bina, li jridina tant u tant ġid. U wkoll f’dan iż-żigħil tant drabi jkun hemm il-maħfra».

Ħaġa «li lili tagħmilli tajjeb — reġà qal il-Papa — hija li naħseb: Ġesù, Alla ġab miegħu l-pjagi tiegħu.  Jurihom lill-Missier. Dan huwa l-prezz: l-idejn ta’ Alla huma jdejn maħsusa gl-imħabba. U dan tant jikkunslana. Bosta drabi smajna min jgħid: ma nafx f,min għandi nafda lili nnifsi, il-bibien kollha huma magħluqa, nafda f’idejn Alla! U dan huwa sabiħ għaliex hemm inkunu fis-sikur», mgħassa mill-idejn ta; Missier li tant iridilna ġid.

Idejn Alla, kompla l-Qdusija Tiegħu, «ifejquna wkoll mill-mard tagħna spiritwali. Naħsbu f’idejn Ġesù meta kien imiss lill-morda u jfejjaqhom. Dawn huma idejn Alla. Ifejquna. Jien ma jirnexxilix nimmagina lil Alla li jtini daqqa ta’ ħarta. Ma nimmaġinahx: iċanfarna iva, għaliex dan jagħmlu; imma qatt ma jferina, qatt! Iżiegħel bina. Ukoll meta jmissu jċanfarna dan jagħmlu b’żegħila, għaliex huwa Missier».

«L-erwieħ tal-ġusti jinsabu f’idejn Alla» tenna l-Papa, waqt li kkomkluda: «Naħsbu f’idejn Alla li ħalaqna bħal bniedem tas-sengħa. Tana s-saħħa eterna. Huma jdejn maħsusa. Jakkumpanjawna fit-triq tal-ħajja. Nafdaw ruħna fl-idejn ta’ Alla bħal tifel żgħir li jafda lilu nnifsu f’idejn missieru». Dawk huma jdejn sikuri.

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.