Omelija tal-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Midimbin iva korrotti le

It-Tnejn, 11 ta’ Novembru 2013

 

«Midimbin iva, korrotti le». Il-Papa Franġisku, waqt il-quddiesa ċcelebrata dalgħodu, it-Tnejn 11 ta’ Novembru, fil-kappella ra’ Santa Marta, reġà lura biex jitkellem dwar il-korruzzjoni, aħjar dwar il-korrotti li «l-ħajja doppja» tirrendihom jixbħu «lil miżbla mbajda».

Ir-riflessjoni tal-Papa ħadet spunt mill-qari ta’ silta mill-Vanġelu ta’ Luqa (17, 1-6): «Jekk ħuk jikkommetti ħtija, ċanfru; imma jekk jindem, aħfirlu. U jekk jikkommetti ħtija sebà darbiet kuljum kontra tiegħek u sebà darbiet jiġi fuqek jgħidlek: “Jiddispjaċini,” inti taħfirlu — huwa fada — nara dejjem ritratt ta’ Ġesù. Smajnieh tant drabi: hu ma jgħejja qatt jaħfer. U jaghtina l-parir li nagħmlu l-istess». L-Isqof ta’ Ruma imbagħad waqaf fuq il-figura tal-midneb li jitlob maħfra, imma li għalkemm tassew ikun nidem jerġà jaqà u jerġà jaqà iktar drabi fid-dnub. Hu, spjega l-Papa, «kindem imma ma jistax joħroġ minn dan; huwa dgħsjjef. Din hija d-dgħufija tad-dnub tan-nisel». Hemm ir-rieda tajba, imma hemm ukoll d-dgħufija u «il-Mulej jaħfer». L-unika kondizzjoni hija dik li «nmorru għandu — żied — u ngħidu: “Dnibt, aħfirli. Irrid ma nagħmlux iktar, imma jien dgħajjef”. Dan huwa l-midneb». U l-atteġġjament ta’ Ġesù huwa dejjem dak tal-maħfra.

Fis-silta ta-Vanġelu hemm paragrafu ieħor li fih, innota l-Isqof ta’ Ruma, Ġesù jgħid: «Gwaj għal dak li minħabba fih jiġu l-iskandli». Ġesù, huwa spjega, «ma jitkellimx dwar id-dnub imma dwar l-iskandlu» u jgħid: «Ikun aħjar għalih li jorbtulu ħaġra ta’ mitħna m’għonqu u jitfgħuh il-baħar, milli jiskandalizza wieħed minn dawn iż-żgħar. Attenti minnkom infuskom!». Il-Papa imbagħad staqsa: «Imma x-differenza hemm bejn li tidneb u li tiskandalizza? X’differenza hemm bejn li tagħmel dnub u li tagħmel xi ħaġa li tagħti skandlu u tagħmel tant u tant ħażin?». Id-differenza, huwa qal, hija li «min jidneb u jindem jitlob maħfra, iħossu dgħajjrf, iħossu bin Alla, jumilja ruħu u jitlob il-fidwa ta’ Ġesù. Imma min jagħti skandlu ma jindimx u jkompli jidneb u jilgħabha li huwa nisrani». Donnu jgħaddi «ħajja doppja» u, kompla jżid, «il-ħajja doppja tan-nisrani tant tagħmel ħsara».

Għal dan il-għan il-Papa ġab bħala eżem-ju lil dak li jdaħħal idu fil-but u jagħmel ta’ birruħu li qiegħed jgħin lill-Knisja waqt li b’idu l-oħra jisraq «lill-Istat, lill-foqra». Dan «mhux għajr inġust» għal min kien ikun aħjar — «u mhux qed ngħidu jien imma Ġesù» enfasizza l-Papa — li jorbtulu ħaġra ta’ mitħna m’għonqu u jitfgħuh il-baħar. Hawnhekk ma nitkellmux dwar maħfra, «għaliex din il-persuna tkun tqarraq», qal il-Papa waqt li mbagħad għamel referenza għall-ewwel qari, meħud mill-ktieb tal-Għerf (1, 1-7), fejn naqraw: «Is-santu spirtu, li jħarreġ, jaħrag kull qerq, iżomm ‘il bogħod mid-diskorsi bla sens u jiġi mkeċċi mal-wasla tal-inġustizzja».

«Fejn hemm l-qerq — ikkummenta l-Papa Franġisku — mhemmx l-Ispirtu ta’ Alla. Din hija d-differenza bejn il-midneb u l-korrott. Dak li jidneb minflok ikun irid li ma jidnibx, imma hu dgħajjef jew isib ruħu f’kundizzjoni li ma jkunx jistà jsib soluzzjoni għaliha imma jmur għand l-Mulej u jitlob maħfra. Lil dan il-Mulej iridlu l-ġid, jakkumpanjah, huwa miegħu. U aħna hemm bżonn ngħidu, aħna lkoll li ninsabu hawn: midimbin iva, korrotti le ». Il-korrotti, reġà spjega l-Papa, ma jafux x’inhi l-umiltà. Ġesù kien iqabbilhom ma’ oqbra mbajda: sbieħ minn barra imma minn ġewwa mimlijin għadam mħassar. «U nisrani li jiftaħar li huwa nisrani imma ma jgħixx il-ħajja ta’ nisrani — huwa rrimarka — huwa korrott».

Ilkoll nafu lil xi ħadd li «jinsab f’din is-sitwazzjoni u lkoll nafu — żied — kemm jagħmlu ħażin lill-Knisja l-insara korrotti, il-qassissin korrotti. Kemm deni jagħmlu lill-Knisja! Ma jgħixux fl-ispirtu tal-Vanġelu, imma fl-ispirtu tal-mondanità. U San Pawl jgħidu ċar u tond lir-Rumani: La taddattawx irwieħkom għal din id-dinja (cfr. Rumani 12, 2). Imma fit-test oriġinali hija ferm iktar qawwija: la tidħlux fl-iskemi ta’ din id-dinja, fil-parametri ta’ din id-dinja, għaliex huma propju dawn, din il-mondanità, li jwasslu għall-ħajja doppja ».

Waqt li ġibed għall-konklużjoni il-Qdusija Tiegħu qal: «Miżbla mbajda: din hija l-ħajja tal-korrott. U Ġesù lil dawn ma kienx isejħilhom midimbin. Imma kien jgħidilhom ipokriti». Ġesù, huwa reġà fakkar, jaħfer dejjem, ma jgħejjiex jaħfer. L-unika kondizzjoni li jitlob hija li ma jridx li ngħixu din il-ħajja doppja: «Nitolbu llum lill-Mulej li naħarbu minn kull qerq, li nagħrfu lilna nfusna bħala midimbin. Midimbin iva, korrotti le».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.