Insara bla biżà, mistħija jew trijunfaliżmu

It-Tlieta, 10 ta’ Settembru 2013

 

Illum fid-dinja hawn “bosta nsara mingħajr qawmien.” Lilhom il-Papa Franġisku, waqt il-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, it-Tlieta 10 ta’ Serrembru, f’Santa Marta, indirizza l-istedina biex jerġgħu jsibu t-triq biex imorru lejn Ġesù rxuxtat waqt li jħallu lilhom infushom “jintmessu minnu, minn qawwietu,”  għaliex Kristu “mhux idea spiritwali,” imma huwa ħaj. U bil-qawmien tiegħu “rebaħ id-dinja.”

Waqt li kkummenta il-qari tal-liturġija tal-jum, il-Papa fakkar xi passi tal-ittra lill-Kolossin li fijom San Pawl jitkellem dwar il-figura ta’ Ġesù, desktritt minn darba għal oħra bħala “it-totalità, iċ-ċentru, it-tama, għaliex huwa l-għarus.” Fis-silta tallum (2, 6-15) l-Appostlu jżid libsa oħra, billi jiddefenixxi lil Kristu “ir-rebbieħ,” dak li “rebaħ fuq il-mewt, fuq id-dnub, fuq ix-xitan.” Il-messaġġ Pawlin fih għalhekk stedina biex nimxu fil-Mulej irxoxt, msejsin sewwa u mibnijin fuqu, fuq ir-rebħa tiegħu, sodi fil-fidi.

Gesù huwea “dak li jirbaħ, huwa l-irxoxt.” U madankollu - wissa l-Isqof ta’ Ruma - spiss “aħna ma nħossux, ma nisimgħux sewwa,” waqt li l-qawmien ta’ Ġesù “huwa propju l-punt muftieħ” tal-fidi tagħna. Il-Papa irrifera b’mod partikulari għal dawk “l-insara mingħajr Kristu rxoxt,” dawk li “jakkumpanjaw lil Ġesù sal-qabar, jibku, iridulu l-ġid,” imma li mhumiex kapaċi jmorru iktar minn hemm. U g dan individwa tlirt kategoriji: il-beżżiegħa, il-mistħija u t-trijonfalistiċi.

Tal-ewwel, spjega, “huma dawk tal-qawmien filgħodu, dawk ta’ Għemmaws li jitilqu, għaliex inħakmu mill-biżà; huma “l-Appostli li jingħalqu fiċ-ċenaklu minħabba l-biżà mil-Lhud, bħall-Madalena mbikkija “għaliex serqu l-ġisem tal-Mulej.” Mill-bqija “il-beżżiegħa huma magħmulin hekk: jibżgħu jaħsbu dwar il-qawmien.” U l-Appostli wkoll quddiem Ġesù li deher fiċ-Ċenaklu “jitwerwru, jibżgħu li qegħdin jaraw fantażma.”

It-tieni kategorija hija dik tal-“mistħija, li għalihom li jistqarru li Kristu qam iqanqal fihom daqsxejn tal-mistħija f’din id-dinja tant avanzata fix-xjenzi.” Għall-Papa Franġisku huwa dwar dawn li jaħseb Pawlu meta jammonixxi: “Oqogħdu attenti li ħadd ma jqarraq bikom bil-filosofija u bit-tlellix vojt ispirat gadizzjoni umana, skont l-elementi tad-dinja u mhux skont Kristu. Fil-prattika dawn huma dawk l-insara li jgħawġu r-realtà tal-qawmien: għalihom “hemm qawmien spiritwali, li jagħmel tajjeb għad-dinja kollha, barka tal-ħajja;” imma fil-fond ta’ qalbhom “jistħu jgħidu li Kristu, b’ġismu, bil-pjagi tiegħu, qam mill-mewt.”

Fl-aħħar it-tielet grupp huwa dak tal-insara li fil-qalb ta’ qalbhom “ma jemmnux li qam u jridu jagħmlu lilhom infushom qawmien iktar majjestuż minn dak” ta’ Ġesù. Il-Papa iddefinihom bħala “trijonfalistiċi,” minħabba “li għandhom kumpless ta’ inferjorità” u jassumu “atteġjamenti trijonfalistiċi f’ħajjithom, fi kliemhom, fil-pastorali u l-liturġija tagħhom.”

Għall-Papa Franġisku hemm bżonn allura li nirkupraw l-għarfien ta’ Ġesù li qam. U għal dan l-insara huma msejħin “bla biżà, bla mistħija, bla trijonfaliżmu biex jaraw “is-sbuħija tiegħu,” biex ipoġġu subgħajhom fil-pjagi u idhom fil-ġenb tal-irxuxtat, ta’ dak “Kristu li huwa l-kollox, it-totalità; Kristu li huwa ċ-ċentru, Kristu li huwa t-tama,” għaliex huwa l-għarus huwa r-rebbieħ. Huwa “rebbieħ - żied - jerġà jwettaq il-ħolqien.”

Waqt li rrifera għas-silta tal-Vanġelu ta’ Luqa (6, 12-19), il-Qdusija Tiegħu irrijevoka l-immaġni ta’ Ġesù fost il-folla ta’ rġiel u ta’ nisa li nġabru “biex jisimgħuh u jkunu mfejqa mill-mard tagħhom. Dawk ukoll li kienu mħabbta minn spirti mpuri ġew imfejqa,” fakkar. Għalhekk “il-folla kollha fittxet li tmissu, għaliex minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq.” F’dan il-Papa Franġisku jara l-premessa tar-rebħa finali ta’ Kristu, li “jfejjaq l-univers kollu,” Huwa “l-qawmien tiegħu.” Hekk hu għaliex, kienet il-konklużjoni tiegħu, hemm bżonn li nerġgħu niskopru s-sbuħija li nersqu lejn l-irxoxt, inħallu lilna nfusna nitmissu minnu, mill-qawwa tiegħu.

 Fil-bidu taċ-ċelebrazzjoni l-Papa fakkar lill-Arċisqof Peter Paul Prabhu, nunzju apostoliku, li miet fil-lejl bejn it-Tnejn 9 u it-Tlieta 10 ta’ Settembru fid-dar tal-kura Piju XI. In-nunzju kellu r-residenza tiegħu propju fid-Domus Sanctae Marthae fil-Vatikan.

 

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.