Omelija tal-Papa Franġisku

Id-dwejjaq mhumiex insara

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju 2013

 

Dal-għodu, il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju, waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, il-Papa franġisku tkellem dwar il-ferħ għaliex b’xi mod ried jiddeskrivi dak li kien qiegħed iħoss minħabba l-preżenza, fl-istess residenza, tal-Qdusija Tiegħu Tawadros II, il-Papa ta’ Lixandra, u xtaq jaqsam dan il-ferħ tiegħu mal-fidili preżenti għaċ-ċelebrazzjoni.

“Illum — qal infatti — għandna mottiv sabiħ ta’ ferħ, f’din id-Dar” fejn hu akkomodat “il-Papa ta’ Lixandra, il-Patrijarka tal-Knisja ta’ Marku.”U spjega wkoll għaliex il-ferħ tiegħu: “Dan huwa ħuna Isqof,” huwa “bħali, Isqof, u jmexxi ‘l quddiem il-Knisja. Nitolbu lill-Mulej li jbierku u jgħinu fil-ministeru tiegħu li jmexxi ‘l quddiem il-Knisja kopta tiegħu; u għalina wkoll, sabiex nagħrfu flimkien interrqu din il-parti tat-triq. Dan huwa tassew ferħ. Ferħ żgħir tallum. Niżżu ħajr lill-Mulej għal dan il-ferħ.” Il-Papa kien laqà lill-Patrijarka lbieraħ filgħodu, il-Ħamis 9 ta’ Mejju, meta l-kap tal-Knisja kopta tal-Eġittu wasal propju Santa Marta - fejn feħsiebu jibqà sa tmiem il-waqfa tiegħu f’Ruma, it-13 ta’ Mejju - flimkien mas-segwitu kollu tiegħu. Dalgħodu saret l-udjenza uffiċjali, kif qegħdin nirriferu f’din l-istess paġna.

Ir-riflessjoni dwar il-ferħ kienet ispirata minn silta tal-Vanġelu ta’ Luqa (24, 50-53) li fiha jitkellem dwar l-Axxensjoni tal-Mulej u jirrakkonta dwar id-dissipli li “reġgħu lura Ġerusalem mimlija ferħ. Ir-rigal li Ġesù kien tahom - spjega il-Papa - ma kinitx ċerta nostalġija” imma “kien ferħ.” Dak il-ferħ, jgħid ftit iktar ‘il quddiem, li kellhom jikkultivaw u jixhdu wkoll illum l-insara biex ma jkunux imdejqin. L-insara mdejqin - żied - għandhom “wiċċ ta’ bżar aħdar fil-ħall.”

Il-ferħ li dwaru tkellem huwa dak li Ġesù kien wiegħed lid-dixxipli: il-ferħ nisrani. U kien assikurahom li “ħadd ma jistà jeħodulhom.” Imma “xinhu dan il-ferħ?” staqsa il-Papa. “Huwa l-allegrija? Le: mhix l-istess. L-allegrija hija tajba, li tallegra ruħek huwa tajjeb. Imma l-ferħ huwa xi ħaġa iktar, huwa xi ħaġa oħra.” Ma jiġix mill-mottivi tal-mument, “huwa xi ħaġa iktar profonda. Huwa rigal. L-allegrija, jekk irridu ngħixuha l-ħin kollu, fl-aħħar tinbidel f’leġġerezza, superfiċjalità, u wkoll twassalna għal dak l-istat ta’ nuqqas ta’ għerf nisrani, tagħmilna xi ftit boloh, inġenwi, le? Kollox huwa allegrija? Le. Il-ferħ huwa ħaġ;oħra. Il-ferħ huwa rigal tal-Mulej. Jimliena minn ġewwa. Huwa bħal dlik tal-Ispirtu.”

 

U dan il-ferħ “huwa fis-sikurezza li Ġesù huwa magħna u mal-Missier. Il-jum l-ieħor - fakkar il-Papa - jiena għidt li Pawlu kien imur jippriedka, kien joħloq pontijiet għaliex kien sikur minn Ġesù.” Hija dik l-istess sikurezza li timliena bil-ferħ. “Il-ferħan, il-ferħana, huwa raġel, hija mara, sikur,sikura” li Ġesù huwa magħna. Imma hija din sikurezza li jistà jkollna dejjem? Sikurezza li “nistgħu nibbottiljawha - qal il-Papa b’espressjoni kkulurita - biex tkun dejjem magħna? Le, għaliex jekk irridu li jkollna dan il-ferħ għalina biss, fl-aħħar jimrad u qalbna ssir xi ftit imkemmxa u wiċċna ma jittrasmettix dak il-ferħ kbir imma dik in-nostalġija, dik il-melankonija li mhix b’saħħitha. Xi drabi dawn l-insara mdejqa għandhom wiċċ ta’ bżar aħdar fil-ħall” u mhux dik ta; min ikun ferħan u għajja sabiħa.

Imma l-ferħ, żied il-Qdusija Tiegħu, ma jistax jieqaf: hemm bZonn li jkompli javanza għaliex “huwa virtù pellegrina. Huwa rigal li jimxi, li jimxi fuq itr-triq tal-ħajja, jimxi ma’ Ġesù: jippriedka, ixandar lil Ġesù, il-ferħ, itawwal it-triq u jwessà t-triq.” U huwa virtù tal-kbar, “ta’ dawk il-kbar - ippreċiża - li huma ‘l fuq mill-ftit, li huma ‘l fuq minn dawn il-pikkolezzi umani, li ma jħallux lilhom infushom jiddaħħlu f’dawk l-affarijiet żgħar interni tal-komunità, tal-KInisja; iħarsu dejjem lejn l-orizzont.” Il-ferħ, kompla l-Isqof ta’ Ruma, huwa virtù tal-mixi. “Santu Wistin kien jgħid: ‘Kanta u imxi!’ dan huwa l-ferħ tan-nisrani: in-nisrani jkanta bil-ferħ, u jimxi, u jġorr dan il-ferħ. Ukoll dan il-ferħ kultant huwa ftit moħbi mis-salib, imma jkanta u jimxi. Jaf ifaħħar lil Alla bħall-Appostli meta reġgħu lura mill-muntanja, wara l-Axxensjoni ta’ Ġesù.” Il-ferħ, ikkonkluda l-Papa, “huwa r-rigal li jġibna għall-virtù tal-manswetudni. In-nisrani huwa manswet, ma jistax ikun beżżiegħ: huwa manswet. U propju l-manswetudni hija l-virtù tan-nifs, hija l-virtù li tavanza dejjem, imma b’dak l-ispirtu mimli bl-Ispirtu Santu.”

 

Miġjuba gl-Malati minn Emanuel Zarb.