Omelija tal-IPapa Franġisku fl-okkażjoni tas-sinifikazzjoni tal-
ecclesiastica communio konċessa lill-Patrijarka Kopt Kattoliku

It-Tnejn, 9 ta’ Diċembru 2013

 

Beatitudini, Eminenza,
Venerati fratelli fl-episkopat u fis-saċerdozju,
Għeżież ħuti,

Għall-ewwel darba għandi l-ferħ li nilqà bħala Isqof ta’ Ruma Patrijarka ġdid li ġie biex iwettaq ġest sinifikattiv ta’ komunjoni mas-Suċċessur ta’ San Pietru. Waqt li aċċettajt l-elezzjoni kanonika, il-Beatitudni tiegħek minnufih tlabt l-«ecclesiastica communio» mal-“Knisja li tippresiedi l-karità universali.” Il-Predeċessur venerat tiegħi ikkonċedija bi grad tajjeb, għax ftakar fir-rabta mas-Suċċessur ta’ Pietru li l-Knisja ta’ Alessandrija tal-Kopti Kattoliċi dejjem żammet tul l-istorja tagħha. Intom espressjoni tal-predikazzjoni ta’ San Mark Evanġelista: u huwa propju dan il-wirt li huwa ħallielna bħala interpretu tajjeb tal-Appostlu Pietru.

Fl-ewwel qari, il-Profeta Iżaija (cfr 35,1-10) qajjem fi qlubna l-mistennija tar-ritorn glorjuż tal-Mulej. L-inkoraġġiment «lill-mitlufin tal-qalb» inħossuh immirat għal dawk fl-art maħbuba tagħkom Eġizzjana li jisperimentaw insikurezza u vjolenza, kultant minħabba il-fidi nisranija. «Kuraġġ: la tibżgħux!»: hekku hu l-kliem konsolatriċi li jsibu konferma fis-solidarjetà fraterna. Jien grat lil Alla għal din il-laqgħa li tagħtini ċans li nsaħħaħ it-tama tagħkom u tagħna, għaliex hija l-istess: «...l-art maħruqa ...u l-wiċċ niexef - infatti - jinbidlu n-nixxigħat tal-ilma» u tiftaħ finalment it-«triq qaddisa», it-triq tal-ferħ u tal-feliċità,  «u jaħarbu n-niket u l-biki». Din hija t-tama tagħna, t-tama komuni taż-żewġ Knejjes tagħna.

Il-Vanġelu (cfr Lk 5,17-26) jippreżentalna lil Kristu li jirbaħ il-paraliżi tal-umanità. Jiddeskrivi l-qawwa tal-ħniena divina li taħfer u tħoll kull dnub meta tiltaqà ma fidi awtentika. Il-paraliżi tal-kuxjenza jittieħdu. Bil-kompliċità tal-faqar tal-istorja, u tad-dnub tagħna, jistgħu jespandu u jidħlu fl-istrutturi soċjali u fil-komunità sakemm jimblukkaw popli sħaħ. Imma l-kmand ta’ Kristu jistà jaqleb is-sitwazzjoni: «Qum u imxi!». Nitolbu b’fiduċja għaliex fl-Art Imqaddsa u fil-Lvant Nofsani kollu il-paċi tistà terġà tqum mill-waqfiet wisq rikorrenti u kultant drammariċi. Mill-banda l-oħra, jieqfu għal kollox il-mibegħda u l-firdiet. Jerġgħu jibdew minnufih il-ftehim tal-paċi spiss ipparalizzati minn interessi kontrapposti u oskuri. Jingħataw finalment garanziji veri ta’ libertà reliġjuża lil kulħadd, flimkien mad-dritt lill-insara biex jgħixu b’mod seren hemm fejn twieldu, fil-patrija li jħobbu bħala ċittadini sa minn elfejn sena, biex jikkontribwixxu bħal dejjem għall-ġid ta’ kulħadd. Il-Mulej Ġesù, li sperimenta flimkien mal-Familja Mqaddsa il-ħarba u ġie milqugħ fl-art ġeneruża tagħkom, jgħasses fuq l-Eġizzjani li mat-toroq tad-dinja jfittxu dinjità u sikurezza. U navanzaw dejjem ‘il quddiem, infittxu l-Mulej, infittxu toroq ġodda, toroq ġodda biex navviċinaw lejn il-Mulej. U jekk ikun hemm bżonn niftħu fetħa fuq il-bejt biex ilkoll noqorbu lejn il-Mulej, u jalla l-immaġinazzjoni krejattiva tal-karità twassalna għal dan: biex insibu u biex nibnu toroq fejn nistgħu niltaqgħu, toroq ta’ fratellanza, toroq ta’ paċi.

Min-naħa tagħna nixtiequ «nigglorifikaw lil Alla», billi nibdlu l-biżà mal-istagħġib: ukoll illum nistgħu naraw «affarijiet tal-għaġeb». Il-miraklu tal-Inkarnazzjoni tal-Verbu, għalhekk, tal-viċinanza assoluta ta’ Alla lejn l-umanità, li fiha dejjem isib postu l-misteru tal-Avvent. Il-kbir missierkom Atanasju, imqiegħed hekk qrib tal-Katedra ta’ Pietru fil-Bażilika Vatikana, jinterċedi għalina, flimkien ma’ San Mark u San Pietru, u fuq kollox mal-Immakulata u Kollha Qaddisa Omm Alla. Huma jiksbu għalina mingħand il-Mulej il-ferħ tal-Vanġelu, mogħti b’abbundanza lid-dixxipli u lix-xhieda. Hekk ikun.

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.