Omelija tal-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

L-ilma li jiġri fil-Knisja

Is-Sibt, 9 ta’ Novembru 2013

Hemm bżonn li nitolbu sabiex il-Knisja tkun tistà dejjem tħalli jissawwab l-ilma tal-grazzja, tkun dejjem imwaqqfa fuq Kristu u tibqà fidila lejh, u li l-membri tagħha iħallu lilhom infushom jiġu kkonvertiti minn Ġesù kuljum. Dan irrakkomnadah il-Papa Franġisku lill-fidili li ħadu sehem fil-quddiesa ċċelebrata fil-kappella ta’ Santa Marta dalgħodu, is-Sibt 9 ta’ Novembru. Il-Papa ġibed l-attenzjoni fuq is-sinifikat tat-tifkira liturġika tad-dedikazzjoni tal-Bażililka tal-Lateran, il-katidral ta’ Ruma li għandha t-titolu ta’ «omm il-knejjes kollha tal-belt u tad-dinja»: din — huwa qal — hija l-festa tal-belt ta’ Ruma, tal-Knisja ta’ Ruma, tal-nisja universali. Imbagħad mill-qari silet tliet ikoni li jitkellmu dwar il-Knisja. Mill-ewwel qari (Ezechiele, 47, 1-2.8-9.12) u mis-salm 45, d-dehra tax-xmara ta’ ilma li jbaqbaq mit-tempju u li jforni il-belt ta’ Alla, figura tal-grazzja li ssostni u titma l-ħajja tal-Knisja. Mit-tieni qari (Lill-Korintin, 3, 9-11.16-17), l-ikona tal-blata, li hija Ġesù Kristu, il-pedament li fuqu hija mibnija l-Knisja. Mill-Vanġelu tal-purifikazzjoni tat-Tempju (Ġwanni, 2, 13-22), l-ikona tar-riforma tal-Knisja: Ecclesia semper reformanda, il-Knisja dejjem tinħtieg li tiġġedded għaliex il-membri tagħha huma midimbin u għandhom bżonn il-konverżjoni.

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.