Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta L-imħabba Nisranija hija konkreta u ġeneruża, mhux dik li naraw fit-telenovelli Il-Ħamis,09 ta Jannar 2014 L-imħabba Nisranija dejjem għandha l-karatteristika li tkun konkreta. Għalhekk hija mħabba li tesprimi ruħha aktar bl-atti milli bil-kliem, hija aktar għotja milli hi ħaġa li tirċeviha. Dan affermah il-Papa Franġisku fl-omelija tal-Quddiesa li ppresjieda fid-Dar Santa Marta dalgħodu Ebda romantiċiżmu: jew hija mħabba lesta tgħin u altruwista, li xxammar il-kmiem u tħares lejn il-foqra, li tippreferti tagħti aktar milli tirċievi inkella hi mħabba li m'għandha x'taqsam xejn mal-imħabba Kristjana. Il-Papa Franġisku huwa ċar ħafna fuq dan u fir-riflessjoni li għamel dalgħodu kien imnebbaħ mill-ewwel ittra ta' San Ġwann li fiha l-Appostlu jirrepeti: Jekk inħobbu lil xulxin, Alla jibqa' fina u mħabbtu fina tibqa' perfetta. L-esperjenza tal-fidi, osserva l-Papa tinsab propju f'din l-affermazzjoni ta' San Ġwann. Aħna f'Alla u Alla fina: din hi l-ħajja Nisranija. Il-ħajja Nisranija hi li ma nibqgħux fl-ispirtu tad-dinja, ma nibqgħux fis-superfiċjalitą, fl-idolatrija, fil-vanitą. Le u le, għandna nibqgħu fil-Mulej. U Hu jħallasna billi jibqa' fina, imma l-ewwel u qabel kollox għandu jibqa' Hu fina. Tant drabi nkeċċuh u b'hekk ma nibqgħux fiH. Dak li jibqa' huwa l-Ispirtu s-Santu. Wara li ċċara din id-dinamika tal-Ispirtu li jmexxi l-imħabba Nisranija, l-Papa tkellem dwar il-laħam u qal li, li nibqgħu fl-imħabba t'Alla mhux tant estasi tal-qalb daqskemm hi xi ħaġa sabiħa li aħna nħossu fina. Osservaw, żied Franġisku, li l-imħabba li jitkellem dwarha Ġwanni mhix l-imħabba tat-telenovelli! Le, hija xi ħaġa differenti. L-imħabba Nisranija għandha dejjem kwalitą waħda: il-konkretezza. L-imħabba Nisranija hija konkreta. Gesł stess, meta jitkellem dwar l-imħabba, jitkellem dwar affarijiet konkreti: nagħtu l-ikel lill-imġewħin, inżuru lill-morda u tant ħwejjeġ oħra konkreti. Meta m'hemmx din il-konkretezza, nistgħu nkunu qed ngħixu Kristjaneżmu tal-illużjonijiet għax ma nkunux qed nifhmu sewwa liema hu l-messaġġ ewlieni ta' Ġesł. Din l-imħabba ma tasalx li tkun konkreta: hija mħabba tal-illużjonijiet bħall-illużjoni li kellhom id-dixxipli meta raw lil Ġesł u ħasbuh fantażma. Il-fantażma hu appuntu, kif naraw fl-Evanġelju tallum, dak li jaraw id-dixxipli u jibqgħu mibluhin u mbeżżgħin xħin jarawh riesaq lejhom miexi fuq il-baħar. Imma l-istgħaġib tagħhom jitnissel mill-qalb iebsa għax, kif jgħid l-istess Vanġelu, ma fehmux it-tkattir tal-ħobż li kien sar ftit qabel. Jekk qalbek tkun iebsa, ikkummenta l-Papa Franġisku, int ma tistax tħobb u tibda taħseb li l-imħabba hija biss stħajjil. Le, l-imħabba hija konkreta. U din il-konkretezza, żied jgħid, hi mwaqqfa fuq żewġ kriterji. L-ewwel kriterju hu li tħobb bl-azzjonijiet tiegħek mhux bil-kliem. Il-kliem itir mar-riħ, illum hawn u għada josfru. It-tieni kriterju tal-konkretezza hu li fl-imħabba hu aktar importanti li tagħti milli tirċievi. Min iħobb jagħti, jagħti... jagħti affarijiet, ħajtu, jagħti lilu nnifsu lil Alla u lill-oħrajn. Minflok, min ma jħobbx, min hu egoista, jfittex dejjem dak li se jirċievi, ifittex dejjem li jkollu aktar, li jikseb il-vantaġġi. Jeħtieġ nibqgħu bi qlubna miftuħa mhux bħad-dixxipli, li kellhom qalbhom magħluqa, li ma fehmu xejn. Nibqgħu f'Alla u Alla jibqa' fina: nibqħu fl-imħabba, temm il-Papa.
Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' radju Marija, Rabat, Malta. |