Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santya Marta

Il-ħobż maħmuġ tal-korruzzjoni

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Novembru 2013

 

L-ammistraturi korrotti «devoti tal-alla tixħim» jikkommettu «dnub gravi kontra d-dinjità» u jagħtu jieklu «ħobż maħmuġ» lill-istess uliedhom: għal dan a questa «il-makakkerija dinjija» hemm bżonn li nwieġbu bil-«makakkerija nisranija» li hija «don tal-Ispirtu Santu». Dan qalu l-Papa Franġisku fl-omelija tal-quddiesa il-Ġimgħa filgħodu, 8 ta’ Novembru, fil-Kappella tad-Dar Santa Marta, waqt li ppropona riflessjoni fuq il-figura tal-amministratur diżonest deskritta fis-silta liturġika tal-Vanġelu ta’ Luqa (16, 1-8).

«Il-Mulej — qal il-Papa — jerġ1 għal darb’oħra jkellimna dwar l-ispirtu tad-dinja, dwar il-mondanità: kif taġixxi din il-mondanità u kemm hija perikoluża. U Ġesù, propju hu, fit-talba wara ċ-ċena ta’ Ħamis ix-Xirka kien talab lill-Missier sabiex id-dixxipli tiegħu ma jaqgħux fil-mondanità», fl-ispirtu tad-dinja.

Il-mondanità, tenna l-Papa, «hija l-għadu». U hija propju «l-atmosfera, l-istil ta’ ħajja» tipiku tal-mondanità — jew aħjar l-«għixien skont il-“valuri” tad-dinja» — li «jogħġob tant lid-demonju». Mill-bqija «meta aħna naħsbu dwar l-għadu tagħna naħsbu l-ewwel dwar id-demonju, għaliex huwa propju dak li jagħmlilna ħażin ».

«Eżempju ta’ mondanità» huwa l-amministratur deskritt fil-paġna evanġelika. «Xi ħadd minnkom — osserva l-Papa — jistà jasal li jgħidli: imma dan ir-raġel għamel dak li jagħmel kilħadd». Fir-realtà «ilkoll le!»; dan huwa l-mod kif jagħmlu «ċerti amministraturi, amministraturi tal-ażjendi, amministraturi pubbliċi, ċerti amministraturi tal-gvern. Jistà jkun li mhumiex ħafna». Fis-sustanza «huwa ftit jew wisq dak l-atteġġjament tat-triq l-iktar qasira, l-iktar komda biex taqla l-għixien». Il-Vanġelu jirrakkonta li «s-sid faħħar lil dak l-amministratur diżonest». U dan — ikkummenta l-Papa — «huwa tifħir għat-tixħim. Id-drawwa tat-tixħim hija drawwa dinjija u tassew midimba». Bla ebda dubju ta’ xejn hija drawwa li m’għandha x’taqsam xejn ma’ Alla.

Infatti, huwa kompla, «Alla kkmandana: inġibu d-dar il-ħobż maqlugħ bix-xogħol onest». Minflok «dan l-amministratur kien jagħti lil uliedu ħobż maħmuġ. U wliedu, forsi edukati f’kulleġġi li jqumu ħafna, forsi mrobbija f’ambjenti kolti, kienu rċivew mingħand missierhom bħala ikel il-ħmieġ. Għaliex missierhom billi kien iġib id-dar ħobż maħmuġ kien tilef id-dinjità. U dan huwa dnub gravi». Jistà jkun, speċifika l-Papa,  «li dan jibda b’daqsxejn ta’ tixħima, imma din bħad-droga». U wkoll jekk l-ewwel tixħima tkun «ċkejkna, imbagħad tiġi dik l-oħra u dik l-oħra: u nispiċċaw bil-marda tad-drawwa tat-tixħim».

Ninnsabu quddiem, saħaq, «dnub tant gravi għaliex imur kontra d-dinjità. Dik id-dinjità li biha aħna midlukin bix-xogħol. Mhux bit-tixħim, mhux b’din b’dinid-drawwa tal-makakkerija mondana. Meta aħna naqraw fil-ġurnali jew naraw fuq it-telviżjoni wieħed li jikteb jew jitkellem dwar il-korruzzjoni, forsu naħsbu li l-korruzzjoni hija kelma. Il-korruzzjoni hija din: ma taqlax il-ħobż b’dinjità ».

Hemm iżda triq oħra, dik tal-“makakkerija nisranija” – «bejn l-inverted comas», qal il-Papa  – li tippermetti li «nagħmlu l-affarijiet ftit aħjar imma mhux bl-ispirtu tad-dinja. L-istess Ġesù qalulna: għaqlin bħas-sriep, puri bħall-ħamiem». Li npoġġu «flimkien dawn iż-żewġ» realtajietà hija «grazzja» u «don tal-Ispirtu Santu». Għal dan hemm bżonn nitolbu lill-Mulej li nkun kapaċi nipprattikaw «l-onestà fil-ħajja li tgħinna naħdmu kif imissna naħdmu mingħajr ma nidħlu f’dawn l-affarijiet». Il-Papa Franġisku tenna: «Din il-“makakkerija nisranija” — l-għaqal tas-serp u l-purezza tal-ħamiema — hija don, hija grazzja li jagħtina l-Mulej. Imma hemm bżonn li nitolbuhielu».

Il-ħsieb tal-Papa Franġisku laqat ukoll il-familji ta-amministraturi diżonesti. «Forsi llum — qal — jagħmel tajjeb għalina lkoll li nitolbu għal tant  trabi u tfal li jirċievu ħobż maħmuġ mingħand il-ġenituri tagħhom. Dawn ukoll huma bil-ġuħ. Bil-ġuħ għad-dinjità». Minn hawn l-istedina biex «nitolbu sabiex il-Mulej ibiddel il-qalb ta’ dawn id-devoti tal-alla tixħim», sabiex jifhmu «li d-dinjità tiġi mix-xogħol xieraq, mix-xogħol onest, mix-xogħol ta’ kuljum, u mhux minn dawn it-toroq l-iktar faċli li fl-aħħar jeħdulek kollox». Ukoll għaliex, temma jgħid, hemm ir-riskju li jispiċċaw bħal dik il-persuna li dwarha jitkellem il-Vanġelu «li kellha tant imħażen tal-qamħ, tant torrijiet, ilkoll mimlijin u li bihom ma kinitx taf x’taqbad tagmel. “Dal-lejl trid tmut” qal il-Mulej. Dawn l-imsejkna nies li tilfu d-dinjità fil-prattika tat-tixħim, iġorru magħhom mhux il-flus li qalgħu, imma biss in-nuqqas ta’ dinjità. Nitolbu għalihom».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.