Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Ħarba minn Alla

It-Tnejn, 7ta’ Ottubru 2013

Biex tħoss leħen Alla f’ħajtek trid ikollok qalb miftuħa għas-sorpriżi. Inkella r-riskju huwa li terħila «f’ħarba minn Alla», waqt li jistà jkun ukoll li tivvinta skuża tajba. U hekk jistà jiġri li propju l-insara tiġihom it-tentazzjoni li jaħarbu minn Alla u dawk il-persuni “imbegħda” minflok jirnexxilhom jisimgħuh. Dan qalu l-Papa Franġisku li ċcelebra l-quddiesa t-Tnejn filgħodu, 7 ta’ Ottubru, f’Santa Marta, waqt li ssuġerixxa triq sikura: inħallu lil Alla jikteb l-istorja tagħna.

L-Isqof ta’ Ruma, fl-omelija, ħa bħala eżempju l-istorja ta’ Ġona, għall-kumment dwar l-ewwel qari (1, 1 - 2, 1.11): hu «kellu ħajtu kollha issistemata sewwa: kien jaqdi lill-Mulej, forsi kien jitlob ħafna. Kien profeta tajjeb, kien jagħmel il-ġid». Billi «ma riedx ikun iddisturbat, bil-metodo ta’ ħajja li kien għażel, fil-waqt li semà il-kelma ta’ Alla beda jaħrab. U kien jaħrab minn Alla». Hekk meta «il-Mulej jibagħtu Niniveh, huwa jaqbad il-vapur lejn Spanja. Kien jaħrab mill-Mulej».

Fl-aħħar minn l-aħħar, spjega l-Papa, Ġona kien diġa kiteb l-istorja tiegħu: «Jien irrid inkun hekk, hekk, hekk, skont il-kmandamenti». Ma riedx ikun iddisturbat. Hekk hi r-raġuni tal-«ħarba tiegħu minn Alla». Ħarba, wissa l-Papa, li tistà tara bħala protagonisti lilna wkoll illum. «Nistà naħrab minn Alla — sostna — avolja jien nisrani, avolja jien kattoliku», saħansitra «avolja jien qassis, isqof, Papa. Ilkoll nistgħu naħarbu minn Alla. Din hija tentazzjoni ta’ kuljum: ma nisimgħux lil Alla, ma nisimgħux leħnu, ma nħossux f’qalbna l-proposta tiegħu, l-istedina tiegħu».

U jekk «jekk tistà taħrab direttament», huwa kompla, «hemm modi oħra kif taħrab minn Alla ftit iktar edukati, ftit iktar sofistikati». Ir-riferiment huwa għas-silta evanġelika ta’ Luqa (10, 25-37) li tirrakkonta dwar «dan ir-raġel nofsu mejjet, mirfugħ fuq art it-triq. Kumbinazzjoni qassis inzeta nieżel f’dik l-istess triq. Qassis propju dehen, tajjeb, bravissimu.  Rah u ħares: Nasal tard gl-quddiesa, u baqà sejjer. Ma kienx semà leħen Alla, hemm». Din, spjega l-Papa, «hija manjiera diversa ta’ ħarba: mhux bħal Ġona li kien jaħrab b’mod ċar. Imbagħad għadda levita, ra u jistà jkun li ħaseb: imma jekk jiena nieħdu jew jekk nersaq lejh, jistà jkun li hu mejjet, u għada jkolli nidher quddiem l-imħallef u nagħti x-xhieda tiegħi. U baqà ghaddej. Kien qed jaħrab minn dan il-leħen ta’ Alla f’dak il-bniedem ».

Għall-kuntrarju hija biċċa «kurjuża» li biex ikollu «l-ħila jifhem leħen Alla Dio» kellu jkun «biss» raġel «li normalment kien jaħrab minn Alla, midneb». Infatti, ippreċiża l-Papa, «biex iħoss leħen Alla u jersaq» lejn ir-raġel fil-bżonn «insibu Sammaritan, midneb» ‘il bogħod minn Alla. Raġel, huwa rrimarka, li  «ma kienx imdorri bil-prattiċi reliġjużi, bil-ħajja morali». Tejoloġikament kien fl-iżball «għaliex is-Sammaritani kienu jemmnu li lil Alla stajt tadurah f’post ieħor» u mhux f’Ġerusalem.

Imma propju din il-persuna «fehmet li Alla kien qed isejħilha; u ma ħarbitx». «Resqet qrib» ir-raġel abbandunat, infaxxatlu «l-ġrieħi u ferrgħatlu żejt u nbid. Imbagħad għabbietu fuq is-sarġ tal-bhima. Imma emm ħin mitluf: ħaditu l-lukanda u ħadet ħsiebu. Tilfet dik il-għaxija kollha!». Sadattant, innota l-Isqof ta’ Ruma,  «il-qassis wasal fil-ħin għall-quddiesa, u l-fidili kienu kuntenti lkoll. Il-levita kellu l-jum kollu wara ġurnata trankwilla, skont dak li huwa kien ħaseb li jagħmel», għaliex ma kellux għalfejn imur quddiem l-imħallef.

«U għaliex — staqsa lilu nnifsu l-Papa — Ġona ħarab minn Alla? Għaliex il-qassis ħarab minn Alla? Għaliex il-levita ħarab minn Alla?». Għaliex — huwa wieġeb — «kellhom qalbhom magħluqa. Meta jkollok qalbek magħluqa ma tkunx tistà tħoss leħen Alla. Għall-kuntrarju Sammaritan, li kien fuq vjaġġ», ra lil dak ir-raġel ferut u  «ġietu ħniena minnu. Kellu qalbu miftuħa, kien uman». U l-umanità tiegħu ppermettitlu li jersaq lejh.

«Ġona — huwa spjega — kellu pjan ta’ ħajtu; huwa ried jikteb l-istorja tiegħu, tajjeb, skont Alla. Imma hu kien kitibha, il-qassis l-istess, il-levita l-istess. Pjan ta’ xogħol. Dan l-ieħor midneb» għall-kuntrarju «ħalla li tinkitiblu l-istorja minn Alla. Dik il-lejla bidel kollox», għaliex il-Mulej qiegħdlu quddiemu «lil dan il-povru raġel, ferut, mitfugħ hemm mal-art».

Jiena nistaqsi lili nnifsi — kompla l-Papa — «u nistaqsi wkoll lilkom: inħallu li tinkitbilna l-istorja minn Alla jew irridu niktbuha aħna? U dan ikellimna dwar it-tjubija: aħna twajbin għall-Kelma ta’ Alla? Iva, jien irrid inkun twajjeb. Imma int għandek ħila li tismagħha, li tħossha? Għandek ħila li ssib il-Kelma ta’ Alla fl-istorja ta’ kuljum jew l-ideat tiegħek huma dawk li jiggwidawk u ma tħallix li s-sorpriża tal-Mulej tkellmek?».

«Jiena żgur — temma jgħid il-Papa Franġisku — li aħna lkoll illum, f’dan il-waqt, ngħidu: imma dan Ġona fittixha propju u dawn it-tnejn, il-qassis u l-levita, huma egoisti. Huwa veru: is-Sammaritan, il-midneb, ma ħarabx minn Alla!». Minn hawn l-awgurju li  «il-Mulej jippermettilna nħossu leħnu li jgħidilna: Mur u int ukoll agħmel bħalu».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.