Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

Il-grazzja tal-ferħ - Il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2013

 

Li tkun nisrani tfisser li jkollok il-ferħ li tappartjieni totalment lil Kristu, “għarus uniku tal-Knisja”, u li tmur tiltaqà miegħu bħal ma tmur għal festa ta’ tieġ. Mela l-ferħ u l-għarfien taċ-ċentralità ta’ Kristu huma ż-żewġ atteġġjamenti li l-insara għandhom jikkultivaw ta’ kuljum. Dan fakkru l-Papa Franġisku fl-omelija waqt il-quddiesa ċcelebrata dalgħodu, il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Ir-riflessjoni tal-Papa Franġisku ħadet spunt mill-episodju Evanġeliku propost mil-liturġija, fliema l-evanġelista San Luqa jirrakkonta l-konfront bejn Ġesù, il-Fariżej u l-iskribi dwar il-fatt li d-dixxipli li kienu miegħu jieklu u jixorbu waqt li l-oħrajn isumu (Luqa 5, 33-39). Il-Papa spjega dak li Ġesù, fit-tweġiba tiegħu, irid ifihem. Huwa jippreżenta ruħu bħala għarus: “Hu huwa l-għarus. Il-Knisja hija l-għarusa. U fil-Vanġelu - ippreċiża l-Papa - bosta drabi terġà tfiġġ din x-xbiha: il-verġni prudenti li jistennew l-għarus bil-lampi mixgħula; il-festa li jagħmel il-missier għat-tieġ t’ibnu.” Bit-tweġiba tiegħu lill-iskribi, ippreċiża l-Papa, “il-Mulej jgħid li meta jkun għarus ma jistax isum, ma jistax ikun imdejjaq. Il-Mulej hawn jurina ir-rapport bejnu u bejn il-Knisja bħala tieġ.” Minn hawn, spjega “il-mottiv l-iktar profond għaliex il-Knisja tgħasses tant is-Sagrament taż-żwieġ. U ssejjahlu Sagrament kbir għaliex huwa propju x-xbiha tal-għaqda ta’ Kristu mal-Knisja.” Għalhekk meta nitkellmu dwar tieġ “nitkellmu dwar festa, nitkellmu dwar ferħ; u dab hindika lilna l-insara atteġġjament:” meta jsib lil Ġesù Kristu u jibda jgħix skont il-Vanġelu, in-nisrani dan għandu jagħmlu bil-ferħ. Ferħ “għaliex hija festa kbira.”

In-nisrani huwa fondamentalment ferrieħi. Biex jirrendi iktar effikaċi l-immaġni, il-Papa fakkar l-episodju tal-miraklu ta’ Ġesù fit-tieġ ta’ Kana. “Jekk mhemmx imbid mhemmx festa. Nimmaġinaw - qal - : nispiċċaw dak it-tieġ nixorbu t-te jew il-meraq tal-frott... Mhux tajjeb. U l-Madonna titlob il-miraklu.” U hekk hijal-ħajja nisranija, ikkaratterizzata propju minn dan l-“atteġġjament, ferrieħi, ferrieħi mill-qalb.”

Naturalment, żied il-Papa, “hemm il-mumenti tas-salib, mumenti ta’ dulur, imma dejjem hemm dak is-sens ta’ paċi profonda. Għaliex? Il-ħajja nisranija tingħex qisha festa, bħat-tieġ ta’ Ġesù mal-Knisja.” U hawn il-Qdusija Tiegħu fakkar kif l-ewlenin martri nsara kienu jiffaċċjaw il-martirju bħallikieku kienu sejrin għat-tieġ; ukoll f’dak il-waqt kellhom qalbhom ferrieħa. Mela l-ewwel atteġġjament tan-nisrani li jiltaqà ma’ Ġesù, tenna l-Papa, jixbaħ lil dak tal-Knisja li tingħaqad bħala għarusa ta’ Ġesù. “U fl-aħħar tad-dinja - zied - tkun il-festa definittiva, meta Ġerusalem il-ġdida tkun liebsa bħal għarusa.”

Biex jispjega t-tieni atteġġjament il-Qdusija Tiegħu reġà dar fuq il-parabbola tat-tieġ ta’ bin is-sultan (Mattew 22, 1-14; Luqa 14, 16-24). «Biċċa minnhom — fakkar — Tant kienu mitlufa fuq l-impenji tal-ħajja li ma setgħux imorru dik il-festa. U is-Sinjur, is-sultan, qal: morru fi slaleb it-toroq u ġibu lil kulħadd, vjaġġaturi, foqra, morda, lebbrużi u wkoll il-midimbin, ġibu lil kulħadd. Tajbin u krudili. Kulħadd huwa mistieden għall-festa. U l-festa bdiet. Imma mbagħad is-sultan lemaħ wieħed li ma kienx liebers il-libsa nuzzjali. Bla dubju, lilna jiġina li nistawsu ‘Missier, imma kif: dawn inġabru minn slaleb it-toroq u mbagħad titlob il-libsa nuzjali? Dan x’ifisser?’ sempliċissimu: Alla jitlobna ħaġa waħda biss biex nidħlu gl-festa, it-totalità.” Il-Papa Franġisku spjega: “L-għarus huwa l-iktar importanti; l-għarus jimla kollox. U dan iwassalna għall-ewwel qari (Kolossin 1, 15-20) li tkellimna b’qawwa dwar it-totalità ta’ Ġesù. L-ewwel wild tal-ħolqien kollu, fih ġew maħluqa l-affarijiet kollha u ġew maħluqa permezz tiegħu; għaliex huwa ċ-ċentru ta’ kollox. Huwa wkoll ir-ras tal-ġisem tal-Knisja. Huwa il-bidu. Alla tah il-pjenezza, it-totalità għaliex fih huma rikonċiljati l-affarijiet kollha.”

Din l-immaġni ġgiegħelna nifhmu, kompla l-Qdusija Tiegħu, li huwa “kollox”, huwa “uniku”: huwa “l-uniku għarus.” U allura jekk l-ewwel atteġġjament tan-nisrani “huwa l-festa, it-tieni atteġġjament - ippreċiża - huwa li nagħrfuh bħala uniku. U dak li ma jagħrfux m’għandux il-libsa biex imur għall-festa, biex imur għat-tieġ.” Kemm-il darba Ġesù jitlobna dan l-għarfien huwa għaliex hu bħala għarus “huwa fidil, dejjem fidil. U jitlobna il-fedeltà.” Ma nistgħux naqdu żewġ sidien: “jew naqdu lill-Mulej - fakkar il-Papa - jew naqdu lid-dinja.”

Mela dan huwa t-tieni atteġgjament nisrani: nagħrfu lil Ġesù bħala il-kollox, bħala ċ-ċentru, it-totalità,” ukoll jekk dejjem se jkun hemm it-tentazzjoni li nirrifjutaw din “in-novità tal Vanġelu, dan l-imbid ġdid.” Hemm bżonn għalhekk li nilqgħu in-novità tal-Vanġelu. Ukoll għaliex “id-damiġgjani l-qodma ma jistgħux iżommu fihom l-imbid il-ġdid.” Ġesù huwa l-għarus tal-Knisja, li jħobb lill-Knisja u li jagħti ħajtu għall-Knisja. Huwa jorganizza èfesta kbira tat-tieġ. Ġesù lilna - ikkonkluda l-isqof ta’ Ruma - jitlobna l-ferħ tal-festa. Il-ferħ liaħna nsara.” Imma jitlobna wkoll li nkunu kollna tiegħu: madankollu jekk inżommu atteġġjamenti jew nagħmlu ħwejjeġ li ma jaqblux ma dan li nkunu kollna tiegħu “ma jkun ġara xejn: nindmu, nitolbu maħfra u nkomplu mexjin ‘il quddiem,” mingħajr ma ngħejjew “nitolbuh il-grazzja li nkunu ferħana.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.