Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

L-istedina għall-festa m’għandhiex prezz

It-Tlieta, 5 ta’ Novembru 2013

 

«L-eżistenza nisranija hija stedina » bla ħlas għall-festa; stedina li ma tistax tixtriha għaliex tiġi mingħand Alla, u li għaliha trid twieġeb bil-partiċipazjoni u bil-kondiviżjoni. Din hija r-riflessjoni ssuġgerita lill-Papa Franġisku mill-qari liturġiku (Rumani 12, 5-16a; Luqa 14, 15-24) tal-quddiesa ċcelebrata dalgħodu, it-Tlieta 5 ta’ Novembru, ġewwa Santa Marta. Qari — huwa spjega — li «jurina kif inhi l-karta tal-identità tan-nisrani; kif inhu nisrani». U li minnhom wieħed jifhem «qabel xejn» li «-eżistenza nisranija hija stedina; insiru nsara biss kemm-il darba nkunu mistednii».

L-Isqof ta’ Ruma individwa l-modalità ta’ din l-istedina Il vescovo di Roma ha individuato le modalità di questo invito — din hi, huwa qal, «stedina bla ħlas — u dak li jibgħatha: Alla. Imma n-nuqqas ta’ ħlas, wissa, jimplika wkoll xi konsegwenzi, l-ewwel fosthom hija li jekk ma ġejniex mistiedna, ma nistgħux nirrejaġixxu billi sempliċement inwieġbu: “Nixtri d-dħul biex inmur!». Infatti «ma tistax! Biex tidħol — sostna l-Qdusija Tiegħu — ma tistax tħallas: jew int mistieden jew ma tistax tidħol. U fil-kuxjenza tagħna m’għandniex din iċ-ċertezza li nkunu mistiedna, ma fhimniex x’inhuwa nisrani. Misiedna b’xejn, bil-grazzja pura ta’ Alla, imħabba pura tal-Missier. Kien Ġesù, b’demmu, li fetħilna din il-possibiltà».

Il-Papa Franġisku mbagħad iċcara xi tfisser fil-konkret l-istedina tal-Mulej għal kull nisrani: mhijiex stedina «biex nagħmlu passiġġata»,imma «għal festa, għall-ferħ, għall-ferħ li aħna mifdija», il-ferħ li naqsmu l-ħajja ma’ Ġesù. U ssuġgerixxa wkoll x’irridu nifhmu bit-terminu “festa:” «laqgħa ta’ persuni li jitkellmu, jidħku, jiffesteġġjaw, huma kuntenti» qal. Imma l-element ewlieni  huwa appuntu il-“laqgħa” ta’ iktar individwi.  «Jien fost il-persuni mentalment normali qatt  ma rajt wieħed li jagħmel festa waħdu: tkun ftit jew wisq ħaġa li ddejjaq!» spjega b’battuta, waqt li reġà ġibed l-attenzjoni għax-xbiha tal-biki ta’ dak li beħsiebu «jiftaħ il-flixkun tal-inbid » biex jixrob waħdu.

Il-festa mela tesiġi li tkun mal-kumpanija,  «mal-oħrajn, fil-familja, mal-ħbieb». Insomma, il-festa, «trid taqsam». Minħabba f’hekk li tkun nisrani jimplika «appartenenza. Tappartjeni għal dan il-korp», magħmul minn «nies li ġew mistednin għall-festa»; festa li  «tgħaqqadna lkoll, festa ta’ unità».

Is-silta tal-Vanġelu ta’ Luqa toffri fost oħrajn «il-lista ta’ dawk li ġew mistiedna »: il-foqra, il-magħtubin, l-għomja, iz-zopop.  «Dawk li għandhom il-problemi — sostna l-Papa — u li huma ftit jew wisq emarġinati minn nrmalità tal-belt, ikunu l-ewwel f’din il-festa». Imma jkun hemm ukoll post għall-oħrajn kollha; anzi, fil-verżjoni ta’ Mattew il-Vanġelu jiċċara iktar aħjar: «Kollha, tajbin u ħżiena». I min dik il-“kollha” il-Papa Franġisku jislet il-konsegwenza li «il-Knisja mhix biss għall-persuni li huma tajbin», imma li «il-midimbin ukoll, ilkoll kemm aħna midimbin ġejna mistiedna», biex nagħtu ħajja lil «komunità li għandha rigali differenti». Komunità li fiha  «lkoll għandna kwalità, virtù», għaliex il-festa ssir billi jitpoġġew flimkien dak kollu li kull wieħed u waħda minna għandna.

Insomma, «fil-festa nipparteċipaw totalment». Ma nistgħux nillimitaw billi ngħidu: «Jien se nmur għall-festa, imma nieqaf mal-ewwel tislima, għaliex irrid noqgħod ma’ tnejn jew tlieta li nafhom». Għaliex dan ma jistax isir fil-Knisja: jew tidħol ma’ kulħadd, inkella ibqà barra. Ma tistax tagħmel selezzjoni».

Aspett ieħor analizzat mill-Papa jirrigwarda l-ħniena ta’ Alla, li jilħaq saħansitra lil dawk li jiċħdu l-istedina jew li jagħmluha li taparsi jaċċettawha imma ma jeħdux sehem sħiħ fil-festa. L-ispunt għal darb’oħra ħareġ mis-silta ta’ Luqa, li jelenka l-iskużi miġjuba minn uħud mill-mistednin okkupati żżejjed. Dawn «jieħdu sehem fil-festa biss bl-isem: ma jaċċettawx l-istedina», jgħidu li iva imma dan tagħhom mhux għajr le. Għall-Papa Franġisku dawn huma l-prekursuri ta’ dawk «l-insara li jikkuntentaw ruħhom biss li jkunu fil-lista tal-mistednin. Insara “elenkati”». Sfortunatament iżda li tkun «elenkat bħala nisrani» mhux «biżżejjed. Jekk ma tidħolx għall-festa mintix nisrani; tkun fil-lista, iżda dan ma jgħoddx għall-fidwa tiegħek», wissa l-Papa.

Biex jiġbor fil-qosor ir-riflessjoni tiegħu,il-Papa elenka ħames sinifikati marbutin mal-immaġni tad- «dħul fil-knisja» u, per konsegwenza, tad- «dħul fil-Knisja». Qabel kollox din hija «grazzja, stedina, ma tistax tixtri dan id-dritt». It-tieni, imiss it-twaqqif tal-komunità, li tipparteċipa b’dak kollu li għandna — il-virtujiet, il-kwalitajiet li l-Mulej tana — fis-servizz lil xulxin». Barra minn hekk, dan jitlob li «inkunu disponibbli għal dak li l-Mulej jitlob minna». U jfisser ukoll «li ma nitolbux toroq speċjali jew bibien speċjali». Fl-aħħar, ifisser «tidħol fil-poplu ta’ Alla li jimxi lejn l-eternità» u f’liema «ħadd mhu protagonista», għaliex «għandna Wieħed li għamel kollox» u huwa biss jistà jkun “il-protagonista”. Minn hawb l-eżortazzjoni tal-Papa Franġisku biex inpoġġu lilna nfusna «lkoll warajh; u min mhux warajh, huwa wieħed li jiskuża ruħu». Fi kliem il-Vanġelo: bħal dak li jgħid: «Xtrajt l-għalqa, jien iżżewwiġt, xtrajt il-barrin, imma ma nistax inmur warajh».

Bla dubju. Wissa l-Qdusija Tiegħu, , «il-Mulej huwa tassew ġeneruż» u «jiftaħ il-bibien kollha». Huwa «jifhem ukoll lil dak li jgħidlu: Le, Mulej, ma rridx niġi għandek. Jifhmu u jistennih għaliex huwa ħanin». Imma ma jaċcettax il-gideb: «Lill-Mulej — huwa rrimarka — ma jogħġbux dak il-bniedem li jgħid iva u jagħmel le. Minn jagħmel ta’ birruħu li jiżżi ħajr għal tant ħwejjeġ sbieħ, imma li fir-realtà jmur għal trieqtu; li għandu manjieri sbieħ, imma li jagħmel dak li jrid u jfettillu, imma mhux ir-rieda tal-Mulej».

Hekk hi allura l-istedina konklussiva tal-Papa, li ħeġġeġ biex nitolbu lil Alla il-grazzja li nifħmu «kemm hu sabiħ li nkunu mistiedna għall-festa, kemm hu sabiħ li naqsmu ma’ kulħadd il-propji kwalitajiet, kemm hu sabiħ li nkunu miegħu;»  u għall-kuntrarju,  kemm hu  «ikraħ li tilgħab bejn l-iva u l-le; li tgħid iva imma tikkuntenta ruħek biss» li tkun “elenkat” fil-lista tal-insara.

 

Miġjub għall-Malti min Emanuel Zarb.