Smigħ, rinunzja u missjoni

Il-Ħamis, 5 ta’ Settembru 2013

Meta l-Mulej jgħaddi f’ħajjitna, dejjem jgħidilna kelma u jagħmlilna wegħda. Imma dejjem jitlobna wkoll biex ninżgħu minn xi ħaġa u jafdalna missjoni. Dan fakkru l-Papa Franġisku waqt il-quddiesa ċcelebrata dalgħodu, il-Ħamis 5 ta’ Settembru, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Waqt li kkummenta l-episodju tas-“sajda mirakoluża” rrakkontat minn Luqa (5, 1-11) fis-silta evanġelikas moqrija waqt il-liturġija, il-Papa fakkar lil Santu Wistin, li “jirrepeti sentenza li lili dejjem laqtitni. Huwa jgħid: ‘Nibżà meta jgħaddi l-Mulej.’ Għaliex? ‘Għaliex nibżà li jgħaddi u jien ma nintebaħx.; U l-Mulej jgħaddi f’ħajjitna b ma ġara hawn, fil-ħajja ta’ Pietru, ta’ Ġakbu u ta’Ġwanni .”

F’dan il-każ il-Mulej gfil-ħajja tad-dixxipli tiegħu permezz ta’ miraklu.. Imma, ippuntwalizza l-Papa, “Ġesù mhux de4jjem jgħaddi f’ħajjitna permezz ta’ miraklu.” Ukoll jekk, żied, “dejjem jinstemà. Dejjem. U meta l-Mulej jgħaddi, dejjem iseħħ dak li ġara hawn; jgħidilna xi ħaġa, isemmgħana xi ħaġa, imbagħad jgħidilna kelma, li hija wegħda; jitlobna xi ħaġa fil-mod ta’ ħajja li ngħixu, biex nitilqu xi ħaġa, biex ninżgħu minn xi ħaġa. Imbagħad jagħtina missjoni.”

Dawn it-tliet aspetti tal-passaġġ ta’ Ġesù f’ħajjitna - jgħidilna “kelma li hija wegħdam” jafdalna “missjoni”- huma rappreżentati sewwa fis-silta ta’ San Luqa. Il-Qdusija Tiegħu irrevoka b’mod partikulari r-rejazzjoni ta’ Pietru għal miraklu ta’ Ġesù: “Xmun, li kien hekk jitilgħulu malajr, mar quddiemu: ‘Mulej tbiegħed minni għaliex jiena midneb.’ Dan ħassu tassew, għaliex hu hekk kien magħmul. U Ġesù xi jmur jgħidlu? ‘La tibżax.’”

“Sabiħa din il-kelma tant drabi mtennija: ‘La tinħakimx mill-biżà, la tibżax’.” Ikkummenta l-Papa filwaqt li żied: “U imbagħad, hawn hi l-wegħda, jgħidlu: ‘Nagħmlek sajjied tal-bnedmin.’ Dejjem il-Mulej, meta jiġi f’ħajjitna, meta jgħaddi f’qalbna, jgħidilna kelma u jagħmlilna wegħda: ‘Kompli miexi ‘l quddiem, la tibżax: int tagħmel dan!’” Din hija “stedina biex insegwuh.” U “meta nisimgħu din l-istedina u naraw li f’ħajjitna hemm xi ħaġa li mhix flokha, hemm bżonn li nikkoreġuha” u hemm bżonn li nkunu lesti li nħallu kwalunkwè ħaġa, b’ġenerożità. Ukoll jekk “f’ħajjitna - ippreċiża l-Papa - hemm xi ħaġa tajba, Ġesù jistedinna nitilquha biex insegwuh iktar mill-qrib. Huwa kif ġara lill-Appostli li telqu kollox, kif jgħid il-Vanġelu: ‘U, bid-dgħajjes miġbudin l-art, telqu kollox u marru warajh.’”

Il-ħajja nisranija, mela, “hija dejjem mixi wara l-Mulej.” Imma biex nimxu warajh hemm bżonn li l-ewwel “nisimgħu dak li jgħidilna;” u mbagħad hemm bżonn “li nitilqu dak li f’dak il-waqt ikun hemm bżonn li nitilqu u nsegwuh.”

Fl-aħharnett hemm il-missjoni li Ġesù jafdalna. Infatti, Hu “qatt ma jgħid ‘Imxi warajja!’ mingħajr ma wara jgħid il-missjoni. Dejjem jgħid: ‘Itlaq u imxi warajja għal dan.’” Mela jekk “inmorru fit-triq ta’ Ġesù - ippuntwalizza l-Papa - se nmorru biex inwettqu xi ħaġa. Din hija l-missjoni.”

Din “hija sekwenza li tirrepeti ruħha wkoll meta nmorru nitolbu.” Infatti “t-talb tagħna - sostna l-Qdusija Tiegħu - dejjem irid ikollu dawn it-tliet waqtiet.” L-ewwelnett, is-smigħ tal-kelma ta’ Ġesù, kelma li permezz tagħha huwa jagħtina l-paċi u jassikurana bil-viċinanza tiegħu. Imbagħad il-waqt tar-rinunzja tagħna: hemm bżonn li nkunu lesti li “nħallu xi ħaġa: ‘Mulej, xi tridni nitlaq biex inkun iktar qribek?’ Jistà jkun li ma jgħidlikx dak il-waqt. Imma aħna nagħmlu d-domanda, b’mod ġeneruż.” Fl-aħharnett, il-waqt tal-missjoni: it-talb jgħinna dejjem biex nifhmu dak li “għandna nwettqu.”

Hekk hi alluras-sintesi ta’ talbna: “Nisimgħu lill-Mulej, ikollna l-kuraġġ li ninżgħu minn xi ħaġa li timpedina milli nmorru bil-għaġġla biex insegwuh u fl-aħħar naċċettaw il-missjoni. Dan ma jfissirx li ma jkollniex niffaċċjaw xi tentazzjonijiet. Pietru, fakkar il-Papa Franġisku, dineb bil-kbir fiċ-ċaħda ta’ Ġesù. Imma mbagħad il-Mulej ħafirlu. Ġakbu u Ġwanni dinbu bil-karririżmu. Imma wkoll lilhom il-Mulej tahom il-maħfra. Mela huwa mportanti li nitolbu waqt li nżommu sewwa f’moħħna dawn it-tliet waqtiet. “Nistgħu nitolbu - ikkonkluda l-Papa - lill-Appostli, li għexu hekk mill-qrib dawn l-affarijiet, biex jagħtuna l-grazzja li dejjem nagħmlu talba ħalli nfittxu li nisimgħu il-kelma u l-wegħda ta’ Ġesù; li jkollna r-rieda li nitilqu dak li jżommna milli nsegwu mill-qrib lil Ġesù; biex niftħu qlubna ħalli nirċievu l-missjoni.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.