Omelija tal-Papa Franġisku

Nisfidaw lil Ġesù

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju 2013

Il-kuluri tar-Rinaxximent ikkaratterizzaw l-assemblea tal-fidili li ħadu sehem fil-quddiesa ċċelebrata mill-Papa Franġisku dalgħodu, il-Ġimgħa 3 ta Mejju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Infatti kienu jispikkaw il-kuluri tal-uniformijiet ta’ madwar sebgħin membru tal-Gwardji Svizzeri, akkumpanjati għall-quddiesa mill-kmandant Daniel Rudolf Anrig u mill-kappillan Monsinjur Alain de Raemy, li kkonċelebra mal-Qdusija Tiegħu flimkien ma diversi saċerdoti oħra: fosthom, l-Arċisqof Claudio Maria Celli, president tal-Kunsill Pontifiċju tal-Komunikazzjonijiet Soċjali.

Il-Papa Franġisku, fi tmiem il-quddiesa, ħataf l-okkażjoni biex jiżżu ħajr lill-Gwardji Svizzeri “għall-imħabba u l-viċinanza lejn il-Knisja, ukoll għall-viċinanza lejn il-Papa u għall-imħabba lejn il-Papa. Din hija xhieda sabiħa ta’ fedeltà lejn il-Knisja. Il-Mulej iberikkom ħafna għal dan is-servizz Il-Knisja tixteqilkom tant ġid. Jien ukoll.”

Minflok waqt l-omelija il-Papa stieden biex nirriflettu fuq il-ħtieġa li nitolbu b’kuraġġ biex niksbu l-grazzja tad-diffużjoni tal-fidi fid-dinja. Bħal dejjem il-Papa uża espressjoni li kapaċi tidħol fil-qalb u fil-memorja ta’ min jisimgħu u tħalli sinjal: tkellem dwar talba kuraġġuża, kważi bħal sfida għal Ġesù, li qal: “Kull ma titolbuni f’ismi, jien nagħmlu sabiex il-Missier ikun igglorifikar fl-Iben.” Li titlob mela jfisser “ikollok il-kuraġġ li tmur għand Ġesù u titolbu hekk: ‘Imma int dan għidtu, agħmlu! Agħmel li l-fidi tmur ‘il quddiem’.”

Il-Papa rrifera għall-qari tal-jum, meħudin mill-ewwel ittra lill-Korintin (15, 1-8) u mill-vanġelu ta’ Ġwanni (14, 6-14). “Meta l-appostli ddeċidew li jaħtru d-djakni - beda - dan kien għaliex kellhom tant xogħol fl-għajnuna lir-romol, u lill-orfni” u kienu jħossuhom bħal maqlugħin minn dak li kien id-dmir tagħhom “li jxandru l-Kelma u li jitolbu.” Xogħol, spjega, li propjament huwa tal-“ministeru veskovili,” imma li jirrigwarda wkoll “lill-insara kollha li irċivejna l-fidi: hemm bżonn li nittrasmettuha, hemm bżonn li ntuha; hemm bżonn inxandruha b’ħajjitna, b’kelmitna. Din hija t-trasmissjoni tal-fidi li tgħaddi minn dar għal dar, minn familja għal familja, minn persuna għal persuna.”

L-Isqof ta’ Ruma mbagħad irrifera “għat-test sabiħ” tal-ittra li fiha Pawlu jkellem lil Timoteju dwar il-fidi” ‘ li int irċivejt minn għand ommok u mingħand nanntek u li hemm bżonn li tittrasmettiha lil oħrajn.’ Hekk irċivejna l-fidi aħna, fil-familja; il-fidi f’Ġesù.” Liema fidi hija din? Dik li dwarha jitkellem Pawlu, spjega: “ ‘Lilkom infatti, ittrasmettejt qabel kollox dak li jiena rċivejt.” Huwa kien irċieva l-fidi u jagħti l-fidi” fi Kristu, li “miet għal dnubietna skont l-Iskrittura, li kien midfun, li qam fit-tieletr jum skont l-Iskrittura, li deher lit-tnax.” Is-sies u l-qawwa tal-fidi jinsabu “f’Ġesùi Rxoxt, f’Ġesù li ħafrilna dnubietna b’mewtu u rrikonċiljana mal-Missier. Biex nittrasmettu dan jitlob lilna biex inkunu kuraġġużi: Il-kuraġġ li nittrasmettu l-fidi. Kuraġġ, xi minn daqqiet, sempliċi.”

B’elokwenza il-Papa Franġisku irrevoka tifkiriet personali biex jirrendi b’mod iktar ċar il-messaġġ tiegħu u jankrah mar-realtà ta’ ħajja migħuxa: “Niftakar - skużawni, din hija storja personali - li minn ċkuniti n-nanna kull Ġimgħa l-Kbira kienet teħodna għall-proċessjoni tax-xemgħa u fl-aħħar tal-proċessjoni kien jasal il-Kristu mwaqqà u n-nanna kienet tniżżilna għarkupptejna u tgħid lilna t-tfal : ‘Ħarsu miet, imma għada jerġà jqum!’ Il-fidi hekk daħlet: il-fidi fi Kristu mejjet u rxuxtat.” Il-Papa fakkar ukoll li tant u tant nies fittxew li jitfu “din iċ-ċertezza qawwija” u tkellmu dwar “riżurrezzjoni spiritwali.” Imma mhux hekk: “Kristu huwa ħaj!” miet imma rxoxta; deher lill-appostli u lil Tumas ġiegħlu jpoġġi subgħajh fil-pjagi; kiel magħhom. “Kristu - sostna - huwa ħaj u ħaj ukoll fostna;” u propju jmiss lilna x-xogħol li nxandruh, li nxandru l-fidi b’kuraġġ.

Hemm, iżda, kuraġġ ieħor, wissa l-Qdusija Tiegħu, waqt li spjega: “Ġesù - biex ngħiduha b’mod aktarx sfurzat - jisfidana għat-talb u jgħidilna hekk: ‘Dak kollu li titolbuni f’ismi, nagħmlu sabiex il-Missier ikun gglorifikat fl-Iben.’ Jekk titolbuni xi ħaġa f’ismi, jiena nagħmilha. Imma din tassew qawwija! Ikollna l-kuraġġ li nmorru għand Ġesù u nitolbuh hekk: ‘imma dan int għidtu, agħmlu! Agħmel li l-fidi tkompli miexja ‘l quddiem, agħmel li l-evanġelizzazzjoni tkompli għaddejja, agħmel li din il-problema li għandi ssolvi ruħha.... Għandna dan il-kuraġġ fit-talb? Jew nitolbu ftit hekk, kif nistgħu, biex inqattgħu ftit ħin fit-talb?”

L-Isqof ta’ Ruma mbagħad kkwota t-Testment il-Qadim, b’mod partikulari hemm fejn jirrakkonta dwar il-kuraġġ ta’ Abram fid-djalogu fejn jitlob lil Alla biex isalva lil Sodoma: “ ‘Imma li kieku hemm 45 ġust, int issalvaha? U jekk hemm 40, 35....’ kien jinnegozja ma’ Alla” fakkar il-Papa. Imma biex tagħmel dan “hemm bżonn li jkollna l-kuraġġ.” Il-kuraġġ huwa wkoll li tmur għand il-Mulej biex titlob għall-oħrajn, bħal ma għamel Mosè fid-deżert. U meta l-Knisja titlef dan il-kuraġġ, tidħol “f’atmosfera ta’ bruda.” L-insara “bierda, bla kuraġġ - saħaq il-Papa - jagħmlu tant ħażin lill-Knisja,” għaliex il-bruda ġġegħlna ningħalqu fina nfusna. U hekk jinħolqu problemi bejn il-persuni, nitilfu minn quddiem għajnejna l-orizzonti. Imma fuq kollox il-bruda ġgegħlna propju nitilfu “l-kuraġġ li nitolbu” u “l-kuraġġ li nxandru l-vanġelu.”

Bdanakollu aħna lkoll “għandna l-kuraġġ li nitħalltu - reġà mill-ġdid innota l-Papa - fl-affarijiet żgħar tagħna, fl-għira tagħna, fl-invidji tagħna, fil-karririżmu, fli nimxu ‘l quddiem b’mod egoistiku.... f’dawn il-ħwejjeġ kollha. Imma dan ma jagħmilx tajjeb għall-Knisja ... Il-Knisja hemm bżonn li tkun qalbiena! Aħna lkoll hemm bżonn li nkunu qalbiena fit-talb, waqt li nisfidaw lil Ġesù: ‘Dan int għidtu, agħmilli l-favur....’ Imma b’perseveranza”.

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.