Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta It-talb hu taqbida ma' Alla u għandu jsir bil-libertą u bl-insistenza bħala djalogu sinċier ma' ħabib. Il-Ħamis, 3 ta' April 2014
It-talb hu taqbida ma' Alla u għandu jsir bil-libertą u bl-insistenza bħala djalogu sinċier ma' ħabib. Din il-kwalitą ta' talb jibdlilna qlubna għax jgħinna nagħrfu aħjar kif inhu relament Alla. Dan hu fi ftit kliem dak li qal il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta.
Id-djalogu ta' Mosč ma' Alla fuq il-muntanja Sinaji kien il-qofol tal-omelija tal-Papa Franġisku. Alla jrid jikkastiga lill-poplu tiegħu għax dan għamel idolu, l-għoġol tad-deheb. Mosč jitlob bil-forza lill-Mulej biex jerġa' lura minn dal-ħsieb: din it-talba hija verament taqbida ma' Alla. Taqbida tal-mexxej tal-poplu biex isalva lill-poplu tiegħu li hu l-poplu t'Alla.
Mosč jitkellem liberament quddiem il-Mulej u jgħallimna kif nitolbu, mingħajr biża', liberament u anki b'insistenza. Mosč jinsisti, hu kuraġġuż. It-talb għandu jkun ukoll negozjar ma' Alla fejn wieħed iġib ukoll l-argumenti tiegħu. Fl-aħħar Mosč jikkonvinċi lil Alla u l-qari jgħidilna li l-Mulej sogħob bih għal dak li kien se jagħmel. Imma, staqsa l-Papa, min inbidel hawn? Il-Mulej inbidel?Jien naħseb li le, żied Franġisku.
Kien
inbidel Mosč għax Mosč kien jemmen li l-Mulej kien se jagħmel dak li
ħaseb, li l-Mulej kien se jeqred lill-poplu tiegħu, bħalma kien
ħarġu mill-iskjavitł tal-Eġittu u mexxih bil-wegħda. B'dawn l-argumenti,
jipprova jikkonvinċi lil Alla imma waqt li kien qed jagħmel hekk hu
jsib mill-ġdid il-memorja tal-poplu tiegħu, u jsib ukoll il-ħniena
t'Alla. Dan Mosč li kien qed jibża' li Alla kien se jagħmel dan,
jinżel minn fuq il-muntanja b'xi ħaġa kbira ħafna f'qalbu: Alla
tagħna hu Alla tal-ħniena. Jaf jaħfer. Jibdielu mid-deċiżjonijiet
tiegħu. Hu Missier.
It-talb
jibdlilna qlubna u jurina aktar ċar kif inhu Alla tagħna. Għalhekk
hu importanti li nitkellmu mal-Mulej, mhux bi kliem fieragħ kif
jgħid Ġesł: bħall-pagani. Le u le, nitkellmu bir-realtą: Ara Mulej,
għandi dil-problema fil-familja, ma' ibni, ma' dak, mal-ieħor....
x'nista' nagħmel? Ara Int, Mulej, ma tistax tħallini hekk. Dan hu
t-talb. U kemm jieħu żmien talb bħal dan? Iva, jieħu ż-żmien.
B'qalb
miftuħa għal talb bħal dan. Mosč niżel minn fuq il-muntaja aktar
imħeġġeġ: Sirt naf lill-Mulej aħjar. U bil-qawwa li tah dak it-talb
jerġa' jibda mill-ġdid imexxi lill-poplu lejn l-Art imwiegħda. Għax
it-talb jagħti l-enerġija. Jalla l-Mulej itina lkoll din il-grazzja,
għax it-talb huwa grazzja.
F'kull ma nitolbu, fakkar il-Papa, hemm l-Ispirtu s-Santu.
Ma nistgħux nitolbu mingħajr l-Ispirtu s-Santu. Huwa Hu li jitlob
fina, huwa Hu li jibdel il-qlub, huwa Hu lil jsejjaħ lil Alla Missier.
Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu temm il-Papa biex jgħallimna
nitolbu, iva, kif talab Mosč, ninnegozjaw ma' Alla bi spirtu ħieles,
bil-kuraġġ. U l-Ispirtu s-Santu, li hu dejjem preżenti fit-talb
tagħna, jmexxina f'din it-triq. Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta. |