Omelija tal-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Laqgħa ma’ Ġesù mingħajr ebdaq għassa

It-Tnejn, 2 ta’ Diċembru 2013

Ejjew niltaqgħu ma’ Ġesù «mingħajr ebda għassa, miftuħin», sabiex hu jkun jistà jġeddidna mill-profond ta’ ruħna. Din kienet l-istedina tal-Papa Franġisku fil-bidu ta’ zmien l-Avvent. Il-Papa indirizzaha lill-fidili waqt il-quddiesa ċċelebrata dakgħodu, it-Tnejn 2 ta’ Diċembru, fil-kappella ta’ Santa Marta.

Il-mixja li qegħdin nibdew f’dawn il-jiem, beda, hija  «mixja ġdida tal-poplu ta’ Alla, lejn il-Milied. U nimxu għal-laqgħa tal-Mulej». Il-Milied huwa infatti laqgħa: mhux biss «rikorrenza temporali jew — speċifika l-Papa — tifkira ta’ xi ħaġa sabiħa. Il-Milied huwa aktar. Aħna se nmorru għal għonq din it-triq biex niltaqgħu mal-Mulej». Mela fil-perijodu tal-Avvent «se nimxu biex niltaqgħu miegħu. Niltaqgħu miegħu bil-qalb, bil-ħajja, niltaqgħu miegħu ħaj, kif inhu hu; niltaqgħu miegħu bil-fidi».

Fil-fatt, mhux «faċli li tgħix bil-fidi», innota l-Isqof ta’ Ruma. U fakkar l-episodju taċ-ċenturjun li, skont ir-rakkont tal-Vanġelu ta’ Mattew (8, 5-11), jinxteħet quddiem Ġesù biex jitolbu jfajjaqlu lill-qaddej tiegħu. «Il-Mulej, fil-kelma ligħadna kemm smajna  — spjega il-Papa — baqà mistagħġeb b’dan iċ-ċenturjun. Baqà mistagħġeb bil-fidi li huwa kellu. Kien għamel mixja biex jiltaqà mal-Mulej. Imma kien għamilha bil-fidi. Minħabba f’dan mhux biss iltaqà mal-Mulej, imma ħass il-ferħ li kien ġie milqugħ mill-Mulej. U huwa propju din il-laqgħa li aħna rridu, il-laqgħa tal-fidi. Niltaqgħu mal-Mulej, imma nħallu lilna nfusna li nkunu milqugħa minnu. Dan huwa tassew importanti!».

Meta nillimitaw rwieħna biss li niltaqgħu mal-Mulej, ippuntwalizza,  «inkunu aħna — u dan ngħiduh bejn l-invertid komas — is-“sidien” ta’ din il-laqgħa». Meta minflok «inħallu lilna nfusna niġu milqugħa minnu, ikun hu li jidħol ġewwa fina» u jġeddidna kompletament.

«Dan — saħaq il-Qdusija Tiegħu — huwa dak li jfisser meta jiġi Ġesù Kristu: jerġà jagħmel kollox mill-ġdid, jerġà jagħmel il-qalb, ir-ruħ, il-ħajja, it-tama, il-mixja».

F’dan il-perijodu tas-sena liturġika, mela, ninsabu mexjin biex niltaqgħu mal-Mulej, imma wkoll u fuq kollox «biex inħallu lilna nfusna niġu milqugħa minnu». U dan hemm bżonn li nagħmluh b’qalb miftuħa, «sabiex huwa jiltaqà miegħi, jgħidli dak li jrid jgħidli, li mhux dejjem huwa dak li jien irrid li jgħidli!». Ma ninsewx allura li «huwa hu l-Mulej u hu jgħidli dak li ggija», għal kull wieħed u waħda minna, għaliex «il-Mulej — ippreċiża l-Papa — ma jħarisx lejn kollha f’salt, bħala massa: le, le! Huwa jħares lejna wieħed wieħed, f’wiċċna, f’għajnejna, giex l-imħabba mhix imħabba astratta imma hija mħabba konkreta. Persuna, persuna. Il-Mulej, persuna, jħares lejja, persuna». Hekk hu għaliex inħallu lilna nfusna niġu milqugħa mill-Mulej ifisser fl-aħħar minn l-aħhar «inħallu li nkunu maħbuba mill-Mulej».

«Fit-talba fil-bidu tal-quddiesa — fakkar il-Papa — tlabna l-grazzja li nagħmlu din il-mixja b’xi atteġġjamenti li jgħinuna. Il-perseveranza fit-talb: nitolbu iktar. L-operożità fil-karità fraterna: nersqu ftit iktar viċin milli hemm bżonn. U l-ferħ fit-tifħir tal-Mulej». Mela «nibdew din il-mixja bit-talb, bil-karità u bit-tifħir, b’qalb miftuħa, giex il-Mulej se jiltaqà magħna». Imma, talab il-Papa fl-għeluq,  «jekk jogħġobkom, li jiltaqà magħna mingħajr ebda għassa, miftuħin!».

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.