Omelija tal-Papa Franġisku f’Dar Santa Marta

L-umiltà hija l-qawwa tal-Vanġelu

Il-Papa jistieden biex nitolbu għax-xogħol tal-Kunsill tal-Kardinali

It-Tlieta, 1 ta’ Ottubru 2013

 

«Illum hawn fil-Vatikan, tibda l-laqgħa mal-Kardinali konsulturi li qegħdin jikkonċelebraw fil-quddiesa: nitolbu lill-Mulej li x-xogħol tagħna tallum jagħmilna iktar umli, iktar manaweti, iktar paċenzjużi, iktar fiduċjużi f’Alla. Għaliex hekk il-Knisja tistà tagħti xhieda tajba lill-bnedmin. U waqt li jaraw il-poplu ta’ Alla, waqt li jaraw il-Knisja, jħossu x-xewqa li jiġu magħna». Dan huwa l-kliem tal-Papa Franġisku, fi tmiem l-omelija tal-quddiesa ċċelebrata mal-komponenti tal- Kunsill tal-Kardinali it-Tlieta filgħodu, l-ewwel ta’ Ottubru, fil-kappella ta’ Santa Marta. U fil-jum tal-festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, patruna tal-missjonijiet, il-Papa ried ifakkar ix-xhieda ta’ fidi u ta’ umiltà.

Il-Papa Franġisku beda l-Omelija billi kkummenta is-silta tal-Vanġelu ta’ Luqa (9, 51-56): «Ġesù — huwa qal — iċanfar lil dawn iż-żewġ Appostli, Ġakbu u Ġwanni, għaliex «riedu li jinżel in-nar mis-sema fuq dawk li ma ridux jilqgħuh» f’raħal tas-Sammaritani. U «jistà jkun li f’moħħu kien hemm l-arċitip tan-nar li kien niżel fuq Sodoma u Gomorra u li kien qered kollox». Iż-żewġ Appostli, spjega l-Papa, «ħassew li l-għeluq tal-bieb lil Ġesù kienet offiża kbira: dawn in-nies kien ħaqqhom li jkunu kkastigati». Imma «il-Milej dar fuqhom u ċanfarhom: dan mhux l-ispirtu tagħna». Infatti, żied il-Papa Franġisku, «il-Mulej dejjem imur ‘il quddiem, iġegħelna nagħrfu kif inhi t-triq nisranija. Mhijiex, f’dan il-każ, triq ta’ vendetta. L-Ispirtu nisrani huwa ħaġ’oħra, jgħid il-Mulej. Huwa l-ispirtu li se jurina hu fil-waqt l-iktar qawwi ta’ ħajtu, fil-passjoni: spirtu ta’ imiltà, spirtu ta’ manswetudni».

«U llum fit-tifkira ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù — enfasizza l-Isqof ta’ Ruma — iġġegħlna naħsbu sewwa dwar dan l-ispirtu ta’ umiltà, ta’ ħlewwa, ta’ tjubija. Dan l-ispirtu manswet huwa propju dak li l-Mulej irid minna lkoll. Fejn hi l-qawwa li twassalna għal dan l-ispirtu? Propju fl-imħabba, fil-karità, fil-għarfien li aħna ninsabu f’idejn il-Missier. Bħal ma qrajna fil-bidu tal-quddiesa: Il-Mulej jeħodna, jeħodna ‘l fuq, imexxina ‘l quddiem, huwa magħna, jiddiriġina».

Il-ktieb tad-Dewteronomju, kompla l-Papa, «jgħid li Alla jiddiriġina bħal ma missier jiddiriġi lil ibnu: bil-ħlewwa. Meta jħoss dan, ma tiġihx ix-xewqa li jġiegħel jinżel in-nar mis-sema. Le, ma tiġihx. Jiġih l-ispirtu l-ieħor»: l-ispirtu «ta’ dik il-karità li ssofri kollox, li taħfer kollox, li ma tiftaħarx, li hija umli, li ma tfittixx lilha nfisha».

Il-Papa Franġisku f’dan il-punt reġ1 ppropona  l-qawwa u l-attwalità tal-figura  ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù: «Il-Knisja għarfa ħatret lil din il-qaddisa — umli, ċkejkna, fiduċjuża ta’ Alla, mansweta — patruna tal-missjonijiet. Dan ma jiftihemx. Il-qawwa tal-Vanġelu hija propju hemm, għaliex il-Vanġelu jasal propju fil-punt l-iktar umli ta’ Ġesù. Umiltà li ssir umiljazzjoni. U l-qawwa tal-Vanġelu tinsab propju fl-umiltà. Umiltà ta’ tifel żgħir li jħalli lilu nnifsu jitmexxa mill-imħabba u l-ħlewwa tal-Missier».

Il-Papa allura reġà dar fuq l-ewwel qari taċ-ċelebrazzjoni, meħud mill-ktieb ta’ Żakkarija (8, 20-23). «F’dawk il-jiem, għaxra minn nies tal-lingwi kollha tan-nazzjonijiet qabdu Lhudi minn tarf il-mantell u qalulu: “Irridu niġu miegħek għaliex smajna li Alla huwa magħkom” ». U kompla hekk: «Il-nisja, qalilna Benedittu XVI, tikber bl-attrazzjoni, bix-xhieda. U meta l-popli, il-popli jaraw din ix-xhieda ta’ umiltà, ta’ manswetudni, ta’ ħlewwa, iħossu l-bżonn» li dwaru jitkellem «il-profeta Żakkarija: “Irridu niġu magħkom!”. Il-popli jħossu dak il-bżonn quddiem ix-xhieda tal-karità. Hija din il-karità pubblika mingħajr prepotenza, mhix suffiċjenti, umli, li tadura u taqdi. Hija sempliċi l-karità: Tadura lil Alla u taqdi lill-oħrajn. Din ix-xhieda tkabbar il-Knisja». Huwa propju għalhekk, ikkonkluda l-Papa Franġisku, li Santa Tereża tal-Bambin Ġesù «tant umli. Imma tant fiduċjuża f’Alla, kienet nominata patruna tal-missjonijiet, għaliex l-eżempju tagħha iġiegħel lin-nies jgħidu: irridu niġu magħkom».

 

Miġjub għall-Malti Minn Emanuel Zarb.