KELMTEJN TAL-QDUSIJA TIEGĦU LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ TALJANI

FI TMIEM IŻ-ŻJARA TIEGĦU FL-ISPTAR SAN FRANĠISK

 

Rio de Janeiro

L-Erbgħa 24 ta’ Lulju 2013

 

Indur lejkom, żgħażagħ Taljani li qed issegwuna b’mod dirett mill-Maracanàzinho.  Naf li nġbartu flimkien ma’ tant Brażiljani ta’ oriġni Taljana u ma’ l-isqfijiet tagħkom biex tagħmlu festa u tirriflettu fuq il-persuna ta’ Ġesù u fuq it-tweġibiet li Hu biss jaf jagħti għall-mistoqsijiet tagħkom dwar il-fidi u l-ħajja.  Afdaw fi Kristu, isimgħuh, imxu fuq il-passi tiegħu.  Hu ma jitlaqna qatt waħidna, lanqas fil-mumenti l-iżjed mudlama tal-ħajja.  Hu t-tama tagħna.  Għada f’Copacabana sa jkollna l-okkażjoni li ninżlu iżjed fil-fond ta’ din il-verità, li titfa’ dawl fuq ħajjitna.  Għal għada.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard