Fil-Vanġelu tal-lum Ġes lid-dixxipli tiegħu jagħmlilhom żewġ mistoqsijiet.  L-ewwel waħda: In-nies min tgħid li hu Bin il-bniedem? (Mt 16:13) hi mistoqsija li turi kemm il-qalb u l-ħarsa ta Ġes huma miftuħa għal kulħadd.  Lil Ġes jinteressah dak li taħseb in-nies mhux biex jikkuntentaha, imma biex jista jikkomunika magħha.  Jekk ma jkunx jaf xqed taħseb in-nies, id-dixxiplu jiżola ruħu u jibda jiġġudika n-nies skond xjaħseb hu u l-konvinzjonijiet tiegħu.  Kuntatt tajjeb mar-realt, ma dak li għaddejja minnu n-nies, bid-dmugħ u l-ferħ tagħha, hu l-uniku mod biex nistgħu ngħinuha, niffurmawha u nikkomunikaw magħha.  Hu l-uniku mod biex inkellmu lill-qlub tan-nies billi mmissu l-esperjenza tagħhom ta kuljum: ix-xogħol, il-familja, il-problemi tas-saħħa, it-traffiku, l-iskola, is-servizzi tas-saħħa u l-bqija  Hu l-uniku mod biex niftħu qalbhom ħalli jisimgħu lil Alla.  Fir-realt, meta Alla ried jitkellem magħna, sar bniedem.  Id-dixxipli ta Ġes mgħandhom qatt jinsew mnejn ġew magħżula, jiġifieri minn qalb in-nies, u mgħandhom qatt jaqgħu għat-tentazzjoni li jkollhom atteġġjamenti mbiegħda, bħallikieku dak li n-nies qed taħseb u tgħix ma jolqothomx jew mhux importanti għalihom.

 

U dan jgħodd għalina wkoll.  U l-fatt li l-lum inġbarna biex niċċelebraw il-Quddiesa fi stadju sportiv ifakkarna fdan.  Il-Knisja, bħal Ġes, tgħix qalb in-nies u għan-nies.  Għalhekk il-Knisja, fl-istorja kollha tagħha, dejjem ġarret fiha l-istess mistoqsija: Min hu Ġes għall-bnedmin tal-lum?

 

Anki l-Papa San Ljun il-Kbir, li kien mit-Toskana, u li l-lum qed niċċelebraw it-tifkira tiegħu, kellu fqalbu din il-mistoqsija, din it-tensjoni appostolika biex jara li kulħadd jasal jagħraf lil Ġes, u jsir jafU għal dak li hu tassew, mhux xi xbieha tiegħu mgħawġa mill-filosofiji u mill-ideoloġiji taż-żmien.

 

U għalhekk jeħtieġ nikbru fil-fidi personali fiH.  U hawn titfaċċa t-tieni mistoqsija li Ġes jagħmel lid-dixxipli: Imma intom, min tgħidu li jien? (Mt 16:15).  Mistoqsija li għadha tidwi anki l-lum fil-kuxjenza tagħna d-dixxipli tiegħu, u hi deċiżiva għall-identit tagħna u l-missjoni tagħna.  Huwa biss jekk nagħrfu lil Ġes fil-verit tiegħu li nkunu kapaċi nħarsu lejn il-verit tal-qagħda umana tagħna, u nkunu nistgħu nagħtu sehemna għall-umanizzazzjoni sħiħa tas-soċjet.

 

Li nħarsu u nxandru l-fidi retta fĠes Kristu hi l-qalba ta l-identit Nisranija tagħna, għax meta nagħrfu l-misteru ta l-Iben ta Alla magħmul bniedem nistgħu ninfdu fil-misteru ta Alla u fil-misteru tal-bniedem.

 

Għall-mistoqsija ta Ġes jwieġeb Xmun: Int il-Messija, l-Iben ta Alla l-ħaj (v. 16).  Din it-tweġiba tiġbor fiha l-missjoni kollha ta Pietru u dak li għad ikun għall-Knisja l-ministeru Petrin, jiġifieri li jħares u jxandar il-verit tal-fidi; jiddefendi u jippromovi l-komunjoni bejn il-Knejjes kollha; iħares id-dixxiplina tal-Knisja.  Il-Papa Ljun kien u jibqa, fdin il-missjoni, mudell eżemplari, kemm fit-tagħlim li bih idawwalna, u kemm fil-ġesti tiegħu kollhom ħlewwa, ħniena u qawwa ta Alla.

 

Anki l-lum, għeżież ħuti, il-ferħ tagħna hu li nistgħu naqsmu flimkien din il-fidi u nwieġbu flimkien lill-Mulej Ġes: Għalina int il-Messija, l-Iben ta Alla l-ħaj.  Il-ferħ tagħna hu wkoll li mmorru kontra l-kurrent u negħlbu l-opinjoni ta żmienna, li, bħal dak iż-żmien, mhux jirnexxilha tilmaħ fĠes iżjed minn profeta jew minn għalliem.  Il-ferħ tagħna hu li nistgħu nagħrfu fiH il-preżenza ta Alla, il-Mibgħut tal-Missier, l-Iben li ġie biex isir strument ta salvazzjoni għall-bnedmin kollha.  Din l-istqarrija ta fidi li għamel Xmun Pietru tibqa tgħodd għalina wkoll.  Hi ma tirrappreżentax biss il-bażi tas-salvazzjoni tagħna, imma wkoll it-triq li fiha titwettaq u l-mira li lejha miexja.

 

Fl-għeruq tal-misteru tas-salvazzjoni fil-fatt hemm ir-rieda ta Alla ħanin, li ma jċedix quddiem min ma jifhmux, quddiem il-ħtija u l-miżerja tal-bniedem, imma jingħata lilu sa ma jsir Huwa nnifsu bniedem biex jiltaqa ma kull persuna fil-qagħda konkreta tagħha.  Din l-imħabba ħanina ta Alla hi dak li Xmun Pietru jagħraf fuq wiċċ Ġes.  L-istess wiċċ li aħna msejħin nagħrfu fix-xejriet li bihom il-Mulej żgurana mill-preżenza tiegħu fostna: fil-Kelma tiegħu, li ddawwal id-dlamijiet ta moħħna u ta qalbna; fis-Sagramenti, li jqajmuna minn kull mewt tagħna għal ħajja ġdida; fil-komunjoni fraterna, li l-Ispirtu s-Santu jnissel qalb id-dixxipli tiegħu; fl-imħabba bla tarf, li ssir qadi ġeneruż u premuruż lejn kulħadd; fil-fqir, li jfakkarna kif Ġes ried li l-ogħla rivelazzjoni tiegħu nnifsu u tal-Missier ikollha x-xbieha tal-mislub umiljat.

 

Din il-verit tal-fidi hi verit li tiskandalizza, għax titlob minna li nemmnu fĠes, li, għalkemm kien Alla, tbattal, tbaxxa għall-qagħda ta qaddej, sal-mewt tas-salib, u għalhekk Alla għamlu Sid ta l-univers (ara Fil 2:6-11).  Hi l-verit li sal-lum għadha tagħti skandlu lil min ma jittollerax il-misteru ta Alla stampat fuq wiċċ Kristu.  Hu l-verit li ma nistgħux intiegħmu u nħaddnu jekk, kif jgħid San Pawl, ma nidħlux fil-misteru ta Ġes Kristu, u mingħajr ma nagħmlu tagħna l-istess sentimenti tiegħu (ara Fil 2:5).  Mill-Qalb ta Kristu biss nistgħu nifhmu, nistqarru u ngħixu l-verit tiegħU.

 

Fir-relat, il-komunjoni bejn divin u uman, imwettqa bmod sħiħ fĠes, hi d-destinazzjoni tagħna, fejn trid tasal l-istorja tal-bniedem skond il-pjan tal-Missier.  Hi l-beatitudni tal-laqgħa bejn id-dgħufija tagħna u l-kobor tiegħU, bejn iċ-ċokon tagħna u l-ħniena tiegħU li timla kull limitu tagħna.  Imma din id-destinazzjoni mhix biss ix-xefaq li jdawwal il-mixja tagħna, imma hi dik li tiġbidna bil-qawwa ħelwa tagħha; hi dik li nibdew induqu minn issa u ngħixu minn hawn u nibnuha jum wara l-ieħor bkull ġid li niżirgħu madwarna.  Din hi ż-żerriegħa li tgħinna noħolqu umanit ġdida, imġedda, fejn ħadd ma jitħalla mal-ġenb jew jintrema; fejn min jaqdi hu l-ikbar; fejn iċ-ċkejknin u l-foqra huma milqugħa u megħjuna.

 

Alla u l-bniedem mhumiex żewġt itruf kontra xulxin: huma minn dejjem fittxew lil xulxin, għax Alla jagħraf fil-bniedem ix-xbieha tiegħu u l-bniedem jista jagħraf lilu nnifsu biss jekk iħares lejn Alla.  Dan hu l-veru għerf, li l-Ktieb ta Bin Sirak isemmi bħala karatteristika ta min jagħżel li jimxi wara l-Mulej.  Hu l-għerf ta San Ljun il-Kbir, frott ta ħafna elementi li fih jiltaqgħu flimkien: kelma, intelliġenza, talb, tagħlim, memorja.  Imma San Ljun ifakkarna wkoll li ma jistax ikun hemm għerf veru jekk mhux fir-rabta ma Kristu u fil-qadi lill-Knisja.  Din hi t-triq li fiha niltaqgħu mal-bniedem u nistgħu nagħmlu dan bl-ispirtu tas-Samaritan it-tajjeb.  Mhux ta bxejn li l-umaniżmu, li tiegħu Firenze kienet xhud fl-aktar żminijiet kreattivi tagħha, dejjem kellu l-wiċċ ta l-imħabba karitattiva.  Jalla dan il-wirt ikun għammiel bumaniżmu ġdid għal din il-belt u għall-Italja kollha.

 

* * *

 

Nixtieq nirringrazzjakom ta din il-merħba sabiħa, matul il-jum kollu.  Nirringrazzja lis-Sinjur Kardinal Arċisqof; nirringrazzja lill-Kardinali u Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Taljana, bil-President tagħha.  Dak kollu li l-lum għamiltu għalija, hu xhieda.  Grazzi lil kull wieħed minnkom.

 

Imma nixtieq nirringrazzja bmod speċjali lill-ħabsin, li bnew dan l-altar, fejn il-lum ġie Ġes.  Grazzi li għamiltu dan għal Ġes.

 

U lilkom ilkoll, grazzi ħafna.  U jekk jogħġobkom, nitlobkom titolbu għalija.

 

[Barka]

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard