L-UDJENZI ĠENERALI TAL-PAPA FRANĠISKU

Illum il-Papa ta l-100 Udenzi Ġenerali tiegħu.

L-Erbgħa, 26 ta' Awwissu 2015. Belt tal-Vatikan: 

Illum il-Papa Franġsiku ta l-mitt Udjenza Ġenerali minn meta fit-13 ta' Marzu 2013 huwa kien maħtur bħala suċċessur tal-Appostlu Pietru.  Dalgħodu huwa kompla bil-katekeżi dwar il-familja u tkellem dwar il-familja u t-talb. 

F'dawn il-laqgħat, il-Papa ġeneralment jagħti sensiela ta' katekeżijiet dwar temi partikolari.  Fil-bidu tal-pontifikat huwa kien kompla bil-katekeżi li kien beda qablu l-Papa Benedittu XVI dwar il-Fidi.  Wara tkellem dwar is-Sagramenti, id-Doni tal-Ispirtu s-Santu, Il-Knisja u matul dawn l-aħħar 27 ġimgħa tkellem dwar il-Familja. 

Riċentement tħabbar mis-Santa Sede li matul is-Sena tal-Ġublew, il-Papa ser jibda jagħti Udjenza Ġenerali oħra darba fix-xahar kull nhar ta' Sibt.

Minbarra l-Udjenzi Ġenerali kull nhar t'Erbgħa, il-Papa jagħmel ukoll bosta diskorsi, omeliji u interventi oħra li qegħdin bil-Malti f'dan is-sit. Mat-test tad-diskors bil-Malti tista' ssib ukoll il-filmat. [...]

Tista' ssib l-Udjenzi kollha li ta l-Papa Franġisku minn hawn [...]

Il-katekeżijiet ewlenin li ta f'dawn l-Udjenzi tista' ssibhom miġbura skont is-suġġett minn hawn [...]

Laikos - www.laikos.org