Mejju 2014

Id-dwejjaq tagħkom jinbidel f’ferħ, 30/05/2014.

Il-ferħ hu s-siġill tan-nisrani anki waqt it-tbatija u t-tribulazzjonijiet, 22/05/2014.

Min jilqa’ f’qalbu lill-Ispirtu s-Santu jkollu paċi sħiħa u mingħajr tmiem mhux bħal min jagħżel li jorbot tamietu b’mod superfiċjali fis-serħan tal-moħħ li jagħtu l-poter u l-flus, 20/05/2014.

In-nisrani għandu jkollu qalb fissa fuq l-Ispirtu s-Santu, mhux qalb li tilgħab u titbandal min-naħa għal oħra, 19/05/2014.

Mhux biżżejjed l-istudju, mhumiex biżżejjed l-ideat biex inkunu nafu lil Ġesù.  Biex inkunu nafuh jeħtieġ nitolbuh bil-qalb, niċċelebrawh u nimitawh, 16/05/2014.

Ma jeżistix nisrani mingħajr Knisja, nisrani li jimxi waħdu, għax Ġesù stess daħal fil-mixja tal-poplu tiegħu, 15/05/2014.

Il-ħwejjeġ t’Alla ma nistgħux nifhmuhom b’moħħna biss, jeħtieġ niftħu qlubna għall-Ispirtu s-Santu, 13/05/2014.

Min fil-Knisja hu msejjaħ biex jamministra s-Sagramenti għandu jħalli spazju għall-grazzja t’Alla u mhux joħloq ostakli “burokratiċi”, 08/05/2014.

In-Nisrani li ma jagħtix xhieda jsir sterili, 06/05/2014.

Fil-Knisja hemm min jimxi wara Ġesù minħabba l-vanità, l-għatx għall-poter jew għall-flus, 05/05/2014.

Il-Papa Franġisku beka minħabba l-insara li sfaw imsallbin fis-Sirja, 02/05/2014.