Omelija tal-Papa Frangisku tal-Erbgħa, 29 ta’ Mejju 2013

It-Trijunfaliżmu tal-Insara

 

It-trijonfaliżmu li jmiss lill-insara huwa dak li jgħaddi mill-falliment uman, il-falliment tas-salib. Li nħallu lilna nfusna nippruvaw minn trijonfaliżmi oħra, minn trijonfaliżmi tad-dinja, ifisser li nċedu għat-tentazzjoni li nwelldu “kristjaneżmu bla salib”, “nofs kristjaneżmu.” Kienet l-umiltà ċ-ċentru tar-riflessjoni tal-Papa Francesco waqt il-quddiesa ċċelebrata dal-għodu, 29 ta’ Mejju, fil-kappella tad-Domus sanctae Marthae.

Fil-Vanġelu tallum (Marku, 10, 32-45) hemm deskritt il-vjaġġ ta’ Ġesù lejn Ġerusalem, segwit mid-dixxipli. “Kienu fi triqthom li titlà lejn Ġerusalem - spjega il-Papa - U Ġesù kien miexi quddiem. Deċiż. Nistgħu wkoll naħsbu li, bil-għaġġla.” Waqt li waqaf fuq is-sentimenti li kienu jitqanqlu f’dak il-waqtfil-qlub tad-dixxipli “twerwir” u “biżgħat”, il-Qdusija Tiegħu ried iġiegħel jispikka il-komportiment tal-Mulej li jgħidilhom il-verità: “Hekk hu, aħna telgħin Ġerusalem, Bin il-Bniedem ikun mogħti” lill-mexxejja tal-qassisin u lill-iskribi; ikun ikkundannat għall-mewt u joqtluh, imma mat-tielet jum jergà jqum. Ġesù “jgħid  il-verità” u jurihom il-mixja li tintemm “fit-tielet jum.

Minkejja l-kliem ta’ Kristu, id-dixxipli jaħsbu li jkun aħjar li jieqfu. U fl-istess ħin, ġibed l-attenzjoni l-Papa, jibdew jiddiskutu bejniethom “kif jissistemaw il-Knisja.” Anzi Ġakbu u Ġwanni “marru għand Ġesù biex jitolbuh l-uffiċċju ta’ kap tal-gvern.” Imma wkoll l-oħrajn “kienu jiddiskutu u jistaqsu min fosthom kien l-iktar importanti” f’dik il-Knisja li riedu jissistemaw. Kristu, osserva l-Papa. Kien quddiem biex iwettaq il-missjoni tiegħu, waqt li d-dixxipli kienu waqfu biex jiddiskutu dwar “proġett ieħor, punt di vista ieħor tal-Knisja.”

B’dan il-mod kienu milquta mill-istess tentazzjoni ta’ Ġesù fid-deżert, “meta x-xitan kien mar biex jipproponilu mixja differenti” u kien sfudah biex iwettaq “niraklu - mill-ġdid fakkar il-Papa - xi ħaġa li kulħadd kien jitlob.” Bħal li tinxteħet minn fuq it-tempju u ssalva, b’tali mod li lkoll setgħu jaraw il-miraklu u jinfdew. Ġesù, żied il-Papa, għadda mill-istess tentazzjoni ta’ Pietru. Meta tkellem dwar is-salib, fakkar l-isqof ta’ Ruma, l-appostlu, li saħansitra kien għarfu bħala l-Iben ta’ Alla, talbu biex jirrinunzja. “U Ġesù qallu: satana! U irrinunzja għat-tentazzjoni.”

Illum, saħaq il-Papa, il-perikolu huwa dak li ċċedi għat-“tentazzjoni ta’ kristjaneżmu bla salib. Kristjaneżmu f’nofs mixja. Din hija tentazzjoni.” Imma hemm oħra, żied il-Papa, “dik ta’ kristjaneżmu bis-salib mingħajr Ġesù” li dwarha, kif qal hu, forsi nitkellmu f’okkażjoni oħra. U waqt li reġà lura għas-suġget tal-omelija, il-Papa spjega li din titkellem dwar it-tentazzjoni tat-trijonfaliżmu. “Aħna rridu t-trijonf issa - qal - mingħajr ma nmorru fuq is-salib. Trijonf mondan, trijonf raġonevoli.” Biex jagħti eżempju semmà l-episodju evanġeliku tat-tentazzjonijiet ta’ Kristu: “int tadurani u jien intik kollox.” U “dan - ġagħali li jkun innutat il-Papa - sabiex ma naslux li nagħmlu dak li l-Missier ried li Ġesù jagħmel.”

“It-trijonfaliżmu fil-Knisja - kompla l-Papa - jwaqqaf lill-Knisja. It-trijonfaliżmu tagħna l-insara jwaqqaf lill-insara. Knisja trijonfalista hija Knisja f’nofs mixja.” Knisja li tikkuntenta ruħha li tkun “issistemata sewwa, bl-uffiċċji kollha, kollox f’postu, kollox sabiħ, effiċjenti,” imma li tiċħad il-martri tkun “Knisja li taħseb biss fit-trijonfi, li m’għandhiex dik ir-regola ta’ Ġesù: ir-regola tat-trijonf permezz tal-falliment, il-falliment uman, il-falliment tas-salib. U din hija tentazzjoni li ngħaddu minnha lkoll kemm aħna.”

U dwar dan il-Papa fakkar episodju minn ħajtu: “Darba kont ninsab f’waqt mudlam ta’ ħajti spiritwali, u tlabt grazzja lill-Mulej. Mort nippriedka l-eżerċizzi spiritwali lis-sorijiet u fl-aħħar jum ġew iqerru. Ġiet tqerr soru anzjana, iktar minn tmenin sena, imma b’għajnejha ċari, propju jibbru. Kienet mara ta’ Alla. Imbagħad fl-aħħar rajtha tant mara ta’ Alla li għidtilha: “Sor, bħala penitenza itlob għalija, għaliex għandi bżonn grazzja, eh?. Jekk int titlogha lill-Mulej, jagħtihieli żgur.” Hi waqfet ftit, bħallikieku qiegħda titlob, u qaltli dan li ġej “Dażgur li l-Mulej jagħtik il-grazzja imma la tiżbaljax: bil-mod divin tiegħu.” Dan tant għamilli ġid: tħoss li l-Mulej jagħtina dejjem dak li nitolbu imma dan jagħmlu bil-mod divin tiegħu.” Dan il-mod, spiega l-Papa, “idaħħal fis is-salib. Mhux bħala mażokiżmu, le, le: b’imħabba, b’imħabba sal-aħħar.”

 Bħala konklużjoni tal-omelija il-Qdusija Tiegħu stieden lil kulħadd biex jitlob lill-Mulej “il-grazzja biex ma tkunx Knisja f’nofs mixja, Knisja trijonfalista, tas-suċċessi kbar.” “Jekk il-Knisja tkun umli - kompla jgħid - timxi b’deċiżjoni bħal Ġesù, tmur ‘il quddiem, ‘il quddiem, ‘il quddiem!”

 

 

Miġjuba għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb