Insara ta’ Azzjoni u ta’ Verità

Il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013

 

Hemm bżonn ta’ “insara ta’ azzjoni u ta’ verità,”, li ħajjithom hija “msejsa fuq il-blata ta’  Ġesù,” u mhux “insara tal-paroli, superfiċjali bħall-anjostiċi jew riġidi bl-pelaġjani. Dan qalu l-Papa Francesco, meta reġà tkellem dwar tema tant għażiża għalih, fil-quddiesa ċcelebrata dalgħodu l-Ħamis 27 ta’ Ġunju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.Ikkoċelebra fost oħrajn, il-kardinal Raymundo Damasceno assis, arċisqof ta’ Aparecida u president tal-Konferenza episkopali Brażiljana. Fost dawk preżenti, il-personnell tad-Direzzjoni tas-Sanità u Iġjene tal-Governatorat tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, immexxi mid-direttur Patrizio Polisca.

Ir-riflessjoni tal-Papa, ispirata bħas-soltu mill-qari tal-jum, bdiet b’mod partikulari mis-silta tal-vanġelu ta’ Mattew (7, 21-29), li fih - spjega l-Papa - “il-Mulej ikellimna dwaril-pedament tagħna, il-pedament ta’ ħajjitna nisranija,” u jgħidilna li dan il-“pedament huwa l-blata.” Dan ifisser li “hemm bżonn li nibnu d-dar,” jew aħjar ħajjitna, fuq il-blata li hija Kristu. Meta San Pawl jitkellem dwar il-blata fid-deżert jirreferi għal Kristu, sostna l-Papa. Hu huwa l-unika blata “li jistà jagħtina sikurezza,” tant li “aħna mistiedna biex nibnu ħajjitna fuq din il-blata ta’ Kristu. Mhux fuq oħra.”

Fis-silta evanġelika, fakkar il-Qdusija Tiegħu, Ġesù jagħmel aċċenn ukoll għal tant li jemmnu li jistgħu jibnu ħajjithom biss fuq il-kliem: “Mhux kull min jgħid ‘Sinjur, Sinjur’ jidħol fir-Renju tas-smewwiet.” Imma, wissa l-Papa, Ġesù jipproponi minnufih li nibnu “id-dar tagħna fuq il-blat.” Biex jitlaq minn dan it-tagħlim, il-Papa Francesco identifika “fl-istorja tal-Knisja, żewġ klassijiet ta’ nsara:”  tal-ewwel, li minnhom irridu noqogħdu attenti, huma l-“insara tal-kliem,” jiġifieri dawk li jillimitaw ruħhom li jirrepetu: ‘Sinjur, Sinjur, Sinjur!’; tat-tieni dawk awtentiċi, huma “nsara ta’ azzjoni, ta’ verità.” Għal din ir-raġuni huwa saħaq li minn dejjem kien hemm “it-tentazzjoni li ngħixu l-kristjaneżmu tagħna ‘l barra mill-blata li hija Kristu; l-uniku li jagħtina l-libertà li ngħidu ‘Missier’ lil Alla; l-uniku li jsostnina fil-mumenti diffiċli.” Dan jgħidu Ġesù stess b’eżempji konkreti: “Tinżel ix-xita, jfuru x-xmajjar, jonfħu l-irjieħ,” imma meta “hemm il-blata, hemm is-sikurezza.” Għall-kuntrarju, meta hemm biss “kliem, il-kliem itiru, ma jiswew għal xejn. Prattikament nispiċċaw fit-“tentazzjoni ta’ dawn ‘l-insara tal-kliem’: kristjaneżmu bla Ġesù, kristjaneżmu bla Kristu.” U sfortunatament “dan seħħ u qed iseħħ illum fil-Knisja.”

Din hija tentazzjoni li fl-istorja tal-Knisja hija preżenti b’mod ferm diversifikat u wasslet għal kategoriji varji ta’ “insara bla Kristu” li fosthom il-Papa Francesco approfondixxa tnejn b’mod partikulari. Dik tan-‘nisrani ħafif,’ li “flok li jħobb il-blata, jħobb il-kliem ħelu, l-affarijiet ħelwin” u jdur “lejn ‘Alla spray’, ‘Alla personali’,”  b’atteġġjamenti “ta’ superfiċjalità u ta’ leġġerezza.” Din it-tentazzjoni tinsab hemm illum ukoll: “insara superfiċjali li jemmnu iva f’Alla,” imma mhux f’Ġesù Kristu, “dak li jagħtik pedament. Il-Papa ddefenihom bħala “l-anjostiċi moderni,” dawk li jċedu gHat-tentazzjoni ta’ kristjaneżmu fluwidu.

Fit-tieni kategorija jidħlu mill-banda l-oħra “dawk lijemmnu li l-ħajja nisranija” hemmbżonn li “neħduha tant bis-serjetà” li nispiċċaw “biex nikkonfondu solidità u fermezza ma’ riġidità.” Il-Qdusija tiegħu ddefenihom bħala “insara riġidi,” “li jaħsbu li biex ikunu nsara hemm bżonn li jagħmlu l-viżtu,” waqt li jieħdu “ dejjem kollox bis-serjetà,” attenti għall-formaliżmi, kif kienu jagħmlu l-iskribi u l-fariżej ta’ żmien Ġesù. Dawn għall-Papa huma nsara li għalihom kollox huwa serju. Dawn huma l-peleġjani tallum, dawk li jemmnu fil-fermezza tal-fidi.” U huma konvinti li “s-salvazzjoni hija fil-mod kif jien nagħmel l-affarijiet:” “hemm bżonn li nagħmilhom bis-serjetà,” mingħajr ferħ. Il-Papa kkummenta : “Hemm tant. Mhumiex insara, jimmaskraw lilhom infushom ta’ nsara.”

Finalment dawn iż-żewġ kategoriji ta’ kredenti - anjostiċi u peleġjani - “ma jafux lil Ġesù, ma jafux min hu l-Mulej, ma jafux xinhi l-blata, m’għandhomx il-libertà tal-insara.” U bħala konsegwenza, “m’għandhomx il-ferħ.” Tal-ewwel “għandhom ċerta ‘allegrija,’ superfiċjali;” tat-tieni “jgħixu f’għassa funebri, imma ma jafux xinhu l-ferħ nisrani, ma jafux igawdu l-ħajja li Ġesù jagħtina, għaliex ma jafux jitkellmu miegħu.” Għalhekk ma jsibux f’Ġesù “dik il-fermezza li tagħti l-preżenza tiegħu.” U barra li m’għandhomx ferħ, lanq1as ma “għandhom libert!.”

Tal-ewwel, kompla, “huma skjavi tas-superfiċjalità,” tat-tieni “huma skjavi tar-riġidità” u “mhumiex liberi, għaliex “f’ħajjithom l-Ispirtu Santu ma jsibx post.” Mill-bqija, “huwa l-Ispirtu Santu li jtina l-libertà.”

Hekk hu mela t-tagħlim tal-lum tal-Mulej skont il-Papa Francesco: stedina “biex nibnu jitna nisranija fuq il-blata li ttina l-libertà” u li “ġġegħlna nmorru ‘l quddiem bil-ferħ fil-mixja tiegħu, fil-proposti tiegħu.” Hawn l-eżortazzjoni doppja biex nitolbu “lill-Mulej il-grazzja li ma nsirux ‘insara tal-paroli,’ kemm bis-“superfiċjalità anjostika,” kemm bir-“riġidità pelaġjana,”” biex inkunu nistgħu għall-kuntrarju “nmorru ‘l quddiem fil-ħajja bħala nsara sodi fuq il-blata li huwa Ġesù Kristu u bil-libertà li jtina l-Ispirtu Santu.” Grazzja li għandna nitolbu “b’mod speċjali lill=Madonna. Hija - temm jgħid il-Papa - taf xi tfisser inkunu mibnija fuq il-blata.”

  

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.