Il-Ferħ tal-Paternità Pastorali

L-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju2013

 

Il-grazzja tal-paternità. Kienet iċċentrata dwar dan ir-riflessjoni tal-Papa Francesco tal-Erbgħa 26 ta’ Ġunju,fil-kappella tad- Domus Sanctae Marthae. Il-Papa sostna b’mnod partikulari li “lkoll kemm aħna, biex inkunu maturi, hemm bżonn li nħossu il-ferħ tal-paternità.”  Diskors, żied minnufih, li jiswa wkoll fil-każ taċ-ċelibat saċerdotali għaliex “paternità hija tagħti l-ħajja lill-oħrajn:” għall-qassissin mela tkun “tagħti l-paternità spiritwali” li hija dejjem u fi kwalunkwè każ “għoti ta’ ħajja, insiru missirijiet.

Flimkien mal-qdusija tiegħu ikkonċelebra, fost l-oħrajn, il-kardinal Salvatore De Giorgi, akkumpanjat minn ħbieb u minn madwar tmenin saċerdot marbutin miegħu li riedu jiffesteġġjaw is-sittin anniversarju tal-ordinazzjoni tiegħu, li seħħet fit-28 ta’ Ġunju 1953.

Waqt l-omelija l-Papa Bergoglio għamel riferiment għall-qari tal-jum, waqt li waqaf speċjalment fuq l-ewwel qari, meħud mill-ktieb tal-Ġenesi (15, 1-12. 17-18), li jitkellem dwar l-allejanza ta’ Abram mal-Mulej. Missierna fil-fidi, spjega “ħass li l-Mulej kien jixtielu tant ġid, li kien wegħdu tant affarijiet, imma kien iħoss il-bżonn ta’ iben;” kien iħoss ġo fih “dik l-għajta propju tan-natura: jien irrid li jkolli iben.” Allura, fakkar il-Papa, jitkellem mal-Mulej dwar “xewqtu li jsir missier.” Għaliex, sostna, “meta raġel ma jkollux din ix-xewqa” hemm xi ħaġa nieqsa ġewwa fih, “xi ħaġa ma tkunx f’postha.”

U l-paternità ta’ Abram terġa tidher, fakkar il-Papa, f’waqt ieħor: dak “hekk sabiħ, li fih iħejji is-sagrifiċċju: jaqbad l-annimali, jaqsamhom, imma jiġu l-għasafar tal-priża. U lili tassew iqanqalni - stqarr - nara lil dan ix-xiħ ta’ disgħin sena bil-bastun f’idu li jiddefendi s-sagrifiċċju, jiddefendi dak li huwa tiegħu.” Hija immaġni li l-Papa Francesco jassoċja ma’ dik ta’ “missier li jiddefendi l-familja tiegħu,” ta “missier li jaf” xi tfisser “tiddefendi lil uliedek.” U din, kompla, “hija grazzja li aħna l-qassissin hemm bżonn li nitolbu: il-grazzja tal-paternità pastorali, tal-paternità spiritwali.” Infatti, għalkemm ilkoll jistà jkollna xi dnubiet, ukoll bosta, li ma jkollniex ulied spiritwali, il-fatt li ma nsirux rgħajja, huwa ekwivalenti għal għixien ta’ ħajja li ma tasalx “sat-tmiem, li tieqaf f’nofs il-mixja.”

Il-Qdusija Tiegħu imbagħad rabat it-tema tal-omelija mal-preżenza tal-kardinal De Giorgi u tal-ħbieb li kienu miegħu. Illum - qal - il-Mulej jagħtina wkoll il-grazzja ta’ dan it-test tal-Bibbja f’din il-quddiesa li fiha qed nagħmlu festa lil missier. Jien ma nafx x’għamel il-għażiż Salvatore; imma jien ċert li kien missier;” u l-parteċipazzjoni ta’ tant saċerdoti fil-ferħ tiegħu żgur “li huma sinjal.” Dwar dan fada li mit-tieqa tar-residenza tiegħu qabel il-quddiesa kien ra l-wasla tal-grupp ta’ saċerdoti “bit-tigali, b’tant affarijiet,” u li kien ħaseb: “dawn ġejjin biex isellmu lill-missier.” Għaliex, spjega, “hemm ġesti li huma ċari.” Huma “ġesti ta’ wlied li jmorru għand missierhom.” U l-kardinal De Giorgi min-naħa tiegħu “jistà jiżżi ħajr lill-Mulej għal din il-grazzja li tah.”  “Ħajja sabiħa” ddefiniha l-Papa, waqt li rrifera għall-ministeru tal-porporat f’diversi dijoċesi tal-Puglia u fl-arċidijoċesi ta’ Palermo; ħajja li fiha “l-isbaħ ħaġa hija li huwa missier; huwa missier, lagħab fuq il-paternità u rebaħ.”

Imbagħad il-Qdusija Tiegħu dar b’mod dirett fuq is-saċerdoti preżenti. “Issa - qal lilhom waqt li rrikorra għal metafora kalċistika - il-ballun jinsab fil-grawnd tagħkom,” għaliex il-Mulej jgħid li “kull siġra tagħti l-frott tagħha u jekk dan ikun tajjeb, il-frott ukoll ikun tajjeb.” U wkoll intom - ħeġġiġhom - mexxu ‘l quddiem il-paternità tas-saċerdoti dik li rajtu f’dan il-bniedem.”

Fl-aħħar,il-Papa ried jissintetizza r-riflessjoni propja tiegħu billi rrikorra għal tliet immaġni. Tnejn joħorġu dritt mill-ewwel qari: “l-ikona ta’ Abram li jitlob iben” u “l-ikona ta’ Abram bil-bastun f’idu, li jiddefendi l-familja.” It-tielet hija dik tax-xwejjaħ Simeone fit-tempju, li - temm il-Papa - “meta jirċievi l-ħajja l-ġdida, jagħmel liturġija spontanja, liturġija tal-ferħ.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.