Kemm hu sabiħ li tkun maħfur

It-Tlieta, 26 ta’ Marzu 2013

 

Il-Papa Francesco iċċelebra wkoll nhar it-Tlieta filgħodu, 26 ta’ Marzu, il-quddiesa fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Illlum huwa ried li jkunu miegħu fuq l-altar is-saċerdoti li normalment ikunu ospitati fir-residenza vatikana. Il-bieraħ regġħu lura fl-abitazzjonijiet tagħhom wara li kienu ħarġu minnhom u ħallewhom għal xi ġimgħat biex ikunu ospitati fihom il-kardinali li kienu Ruma minħabba l-konklavi. Kienu madwar erbgħin bejn uffiċcjali tas-segreterija tal-Istat u ta’ oqsma u dikasteri oħra. Magħhom kien hemm ukoll l-arċisqfijiet Angelo Acerbi, Petre Paul Prabhu u Luigi Travaglino, nunzji apostoliċi. Familja saċerdotali li minna l-Papa qal li jagħmel sehem. U li lilha, qabel ma ta l-barka tal-aħħarm esprima r-ringrazzjament tiegħu.

Waqt li fil-qosor ikkummenta il-pass tal-Vanġelu ta’ Ġwanni (13, 21–33. 36–38) li fih Ġesù jitkellem dwar it-tradiment ta’ Ġuda u jfakkar lil Pietru li kellu jiċħdu tliet darbiet, il-Papa qasam ma’ dawk preżenti ir-riflessjoni tiegħu dwar “żewġ kelmiet:” il-lejl u l-ħlewwa tal-maħfra ta’ Kristu. Kien bil-lejl meta Ġuda ħareġ miċ-cenaklu. U l-Qdusija Tiegħu emfasizza li kien il-lejl barra u ġewwa fih. Imma, fakkar, hemm lejl ieħor, lejl “proviżorju” li lkoll nafuh u li fih minbarra d-dlam hemm dejjem it-tama. Huwa l-lejl tal-midneb li mill-ġdid jiltaqà ma’ Ġesù, il-maħfra tiegħu, iż-“żegħila tal-Mulej.” Il-Papa Francesco stieden biex niftħu l-qalb u biex niggustaw il-“ħlewwa ta’ din il-maħfra. L-istess ħlewwa li kienet imfissra fil-ħarsa ta’ Kristu lil Pietru li kien ċaħdu. “Kemm hu sabiħ li nkunu qaddisin - temm jgħid - imma huwa wkoll sabiħ li niġu maħfura.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.