Is-sabar ta’ Alla

It-Tnejn, 25 ta’ Marzu 2013

 

Is-sabar ta’ Alla kien iċ-ċentru tal-omelija tal-Papa Francesco waqt il-quddiesa li kkonċelebra fl-ewwel sigħat tal-għodwa tallum, 25 ta’Marzu, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Waqt li fil-qosor ikkummenta il-qari liturġiku, il-Papa qal li fid-deskrizzjoni tal-qaddej batut fil-ktieb tal-profeta Iżaija hemm “l-ikona ta’ Ġesù,” tal-manswetudni tiegħu, u tas-sabar tiegħu. Dan is-sabar ta’ Alla hija misteru u dan jidher mill-atteġġjament ta’ Ġesù stess fil-konfront ta’ Ġuda, żied waqt li rrifera għar-rakkont tal-Ġriżma tal-morda ġo Betanja skont il-vanġelu ta’ Ġwanni (12, 1-11). Alla huwa paċenzjuż daqs missier l-iben il-ħali li ta’ kuljum kien jistenna r-ritorn tiegħu. U jekk naħsbu dwar dan waqt li napplikawh għal kull wieħed minna - spiċċa jgħid il-Papa Francesco - mill-qalb tagħna toħrog biss kelma waħda.

Grazzi.

Miġjub għall-Malti mt-Taljan minn Emanuel Zarb.