Il-pilastri tas-salvazzjoni nisranija

Is-Sibt, 22 ta’ Ġunju 2013

 

Rikkezzi u preokkupazzjonijiet tad-dinja jġibuna li ninsew l-imgħoddi, imħawdin fil-preżent, inċerti dwar il-futur. Jiġifieri jġegħluna ma nibqgħux naraw it-tliet pilastri li fuqhom tinbena l-istorja tal-fidwa nisranija: Missier li, fl-imgħoddi, għażilna; li għamlilna wegħda għall-futur tagħna, u li għaliha tajna tweġiba billi għamilna miegħu, fil-preżent, allejanza. Dan huwa s-sens tar-riflessjoni proposta mill-Papa Francesco waqt il-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, is-Sibt 22 ta’ Ġunju, fid-Domus Sanctae Marthae, li għaliha attendew grupp ta’ dipendenti tal-Mużewijiet Vatikani.

L-omelij tal-Papa żviluppat fuq ir-rakkont tal-vanġelu ta’ Mattew (6, 24-34), hemm fejn jitkellem dwar ir-rakkomandazzjonijiet ta’ Ġesù lid-dixxipli: “meta jgħid: ‘Ħadd ma jistà jservi żewġ sidien għaliex jobgħod lill-wieħed u jħobb lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u r-rikkezza’. U mbagħad ikompli: ‘Għalhekk jiena ngħidilkom la tħabblux raskom għal ħajjitkom, għal dak li tridu tieklu, għal dak li tridu tixorbu’.”. “Biex nifhmu dan jgħinna - qal il-Papa - il-kapitolu 13 ta’ San Mattew, li jirrakkonta meta Ġesù spjega lid-dixxipli l-parabbola taż-żerriegħ. Jgħid li ż-żerriegħa li waqgħet fuq art bix-xewk, sfat fgata. Imma min jifgaha? Ġesù jgħid: ‘ir-rikkezzi u l-preokkupazzjonijiet tad-dinja’. Jidher li Ġesù kellu idea ċara dwar dan.”

Mela “ir-rikkezzi u l-preokkupazzjonijiet tad-dinja - sostna l-Qdusija Tiegħu - jifgaw il-Kelma ta’ Alla. U ma jħalluhiex tikber. U l-Kelma tmut għaliex ma tkunx mgħassa, tisfa fgata. F’dak il-każ ikollna bżonn ir-rikkezza u l-preokkupazzjonijiet tad-dinja, imma mhux il-Kelma ta’ Alla.”

Wara li ġegħlhom jinnutaw li Ġesù, fl-ispjegi tiegħu lid-dixxipli, introduċa l-element temporali, il-Papa staqsa: “X’jagħmlu fina r-rikkezzi u x’jagħmlu l-preokkupazzjonijiet?” “Sempliċement jeħdulna l-ħin,” wieġeb waqt li mbagħad spjega: “Ħajjitna kollha hija mibnija fuq tliet pilastri: wieħed fil-passat, wieħed fil-preżent u l-ieħor fil-futur. U dan huwa ċar fil-Bibbja: il-pilastru tal-passat huwa l-elezzjoni. Il-Mulej għażilna. Kull wieħed minna jistà jgħid: ‘Il-Mulej għażilni, ħabbni, qalli ejja u fil-Magħmudija għażilni biex insegwi triq, it-triq nisranija’.” Il-futur huwa l-wegħda li Ġesù għamel lill-bnedmin: “Għażilni - kompla jispjega l-isqof ta’ Ruma - biex nimxi lejn wegħda, għamlilna wegħda.” Fl-aħħar, il-preżent “huwa t-tweġiba tagħna lil dan l-Alla hekk twajjeb li għażilni, li għamilli wegħda u li pproponieli allejanza; u jien nagħmel allejanza miegħu.”

Elezzjoni, wegħda, allejanza huma mela t-tliet pilastri tal-istorja kollha tal-fidwa. Imma kultant jistà jiġri li “meta qalbna tidħol f’dan li Ġesù jispjegalna - żied il-Qdusija Tiegħu - taqtà l-ħin. Taqtà l-passat, taqtà l-futur u titħawwad fil-preżent.” Dan jiġri għaliex lil dak “li huwa marbut mar-rikkezzi ma jinteressahx il-passat, lanqas il-futur, għandu kollox. Ir-rikkezza hija idolu. Hu m’għandux bżonn ta’ passat, ta’ wegħda, ta’ għażla, ta’ futur, ta’ xejn. Dan li jinkwetah huwa dak li jistà jiġri;” għalhekk jaqtà r-rapport tiegħu mal-futur,” li għalih isir “futuribbli.” Imma bla ebda dubju ta’ xejn dan ma jorjentahx lejn wegħda u għalhekk jibqà mħawwad, waħdu. “Għal dan Ġesù jgħidilna: ‘Jew Alla jew ir-rikkezza, jew ir-renju ta’ Alla jew il-ġustizzja tiegħu jew il-preokkupazzjonijiet.’ Sempliċement jistedinna biex inmorr fuq it-triq ta’ dak ir-rigal hekk kbir li huwa tana:  li nkunu l-magħżulin tiegħu. Bil-Magħmudija aħna magħżulin fl-imħabba,” sostna l-Papa.

“Ma ninqatgħux minn mal-passat; għandna Missier li qabbadna t-triq. U wkoll il-futur huwa ferrieħi għaliex qegħdin nimxu lejn wegħda u l-preokkupazzjonijiet ma joħorġux. Il-Mulej huwa fidil, ma jidħakx bina. U għalhekk inmottu” kienet l-eżortazzjoni tal-Papa. Fir-rigward tal-preżent, “nagħmlu dak li nistgħu imma fil-konkret, mingħajr illużjonijiet u mingħajr ma ninsew li għandna Missier fil-passat li għażilna.”

Mela, żied il-Papa Francesco, “niftakru sewwa: iż-zerriegħa li waqgħet qalb ix-xewk sfat fgata, ġiet fgata mir-rikkezzi u mill-preokkupazzjonijiet tad-dinja:” żewġ elementi li jġegħluna ninsew il-p-assat u l-futur. Hekk “għandna Missier, imma ngħixu daqs li kieku ma għandniex” u għandna futur inċert. B’dan il-mod ukoll il-preżent “huwa xi ħaġa mgix flokha.” Imma huwa propju għalhekk, assikura mbagħad il-Papa, li “hemm bżonn nafdaw fil-Mulej li jgħidilna: ‘Trankwilli, fittxu ir-Renju ta’ Alla, il-ġustizzja tiegħu. L-ieħor kollu jiġi waħdu’.” Fl-għeluq tal-omelija il-Papa ħeġġeġ biex nitolbu lill-Mulejil-grazzja li ma niżbaljawx billi nagħtu każ tal-preokkupazzjonijiet u tal-idolatrija tar-rikkezzi, imma niftakru dejjem li “għandna Missier li għażilna u li jwegħdna li ħaġa tajba;” mela hemm bżonn “li nimxu lejn dik il-wegħda billi nieħdu l-preżent hekk kif jiġi.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb