Ħadd m’għandu joqtol f’isem Alla

L-Erbgħa, 22 ta’ Mejju 2013

 

Ħadd m’għandu joqtol f’isem Alla. U anke li dan tgħidu biss huwa dagħwa. Għall-kuntrarju kull bniedem mhux biss jistà, imma għandu jagħmel il-ġids, jipprofessa liema reliġjon jipprofessa, għaliex “għandu fih il-kmandament li jagħmel il-ġid” ġaladarba “maħluq skont il-xbiha ta’ Alla.” Fil-qosor din hija r-riflessjoni proposta dalgħodu, l-Erbgħa 22 ta’ Mejju, mill-Papa Francesco lil dawk li ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjoni matutina fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Is-silta tal-Vanġelu ta’ Marku (9, 38-40) moqrija waqt ilquddiesa tirreferixxi għat-tgergir tad-dixxipli għal persuna li kienet qed tagħmel xi ġid imma li ma kinitx parti mill-grupp tagħhom. Id-dixxipli bla ma ħasbu, riedu jingħalqu madwar idea: aħna biss nistgħu nagħmlu l-ġid, giex aħna għandna l-verità. U dawk kollha li m’għandhomx il-verità ma jistgħux jagħmlu l-ġid” ippuntwalizza l-Papa.

Dan iżda kien atteġġjament żbaljat. U Ġesù kkoreġihom. Hawn huwa leċitu li aħna nistaqsu: min jistà jagħmel il-ġid u għaliex? X’ifisser dan il- “la żzommuhx” ta’ Ġesù? X’hemm warajh?” F’dan il-każ “id-dixxipli kien ftit jew wisq intolleranti,” imma “Ġesù ikabbar l-orizzont u aħna nistgħu naħsbu li jgħid: Jekk dan jistà jagħmel il-ġid, ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu l-ġid. Anke dawk li mhumiex magħna.”

Imma liema huwa l-għerq ta’ din il-possibiltà li tappartjeni lill-bnedmin kollha? “Jiena naħseb li tinsab propju fil-ħolqien” wieġeb il-Papa: “Il-Mulej ħalaqna xbiha tiegħu,” u jekk “hu jagħmel il-ġid, ilkoll kemm aħna għandna dan il-kmandament f’qalbna: Agħmel il-ġid u tagħmilx id-deni. Ilkoll.” U quddiem “min jgħid: imma missier dan mhux kattoliku, ma jistax jagħmel il-ġid, inwieġbu: iva jistà, hemm bżonn li jagħmlu; mhux jistà imma hemm bżonn, għax ġo fih għandu dan il-kmandament,” f’qalbu.

Li taħseb li mhux ilkoll nistgħu nagħmlu l-ġid huwa għeluq, “ħajt - saħaq il-Qdusija Tiegħu - li jwassalna għall-gwerra” u “għal dak li xi wħud ħasbu tul l-istorja: qtil f’isem Alla. Ma nistgħux noqtlu f’isem Alla.” Fil-fatt, “li tgħid li tistà toqtol f’isem Alla hija dagħwa.” Il-Mulej fdiena lkoll kemm aħna bid-demm ta’ Kristu, “ilkoll, mhux biss il-kattoliċi. Ilkoll” fakkar l-isqof ta’Ruma. U dawk ateji? “Anke lil dawk, ilkoll. U dan id-demm jagħmilna ulied Alla.”  Hekk hu għaliex “ilkoll kemm aħna għandna d-dmir li nagħmlu l-ġid.”

Din hija wkoll “triq sabiħa lejn il-paċi.” Fil-fatt jekk kulħadd jagħmel il-pari tiegħu sewwa, u jagħmilha versu l-oħrajn, “niltaqgħu nagħmlu l-ġid.” U hekk nibnu il-“kultura tal-laqgħa: għandna bżonnha tassew.” Mela ebda preklużjoni fil-konfront tal-ateji u ta’ dawk li jaħsbuha differenti minna: “Agħmlu l-ġid, niltaqgħu hemm” għaliex “fuq din it-triq tal-ħajja” il-Mulej “ se jkellem lil kull wieħed u waħda minna fi qlubna.” Li tagħmel il-ġid “huwa dmir, hija karta ta’ identità li ta lil kollha kemm aħna Missierna, għaliex għamilna xbiha u xebħ tiegħu. U hu dejjem jagħmel il-ġid” qal il-Papa.

“Illum jien irrid nitlob lill-Mulej - ikkonkluda - din il-grazzja għal kulħadd. Li niskopru l-kmandament li kull wieħed u waħda minna għandna: agħmlu l-ġid, la tagġħmlux id-deni, u aħdmu fuq din il-laqgħa billi tagħmlu l-ġid.” Triq li jistà jimxi fiha kulħadd, tenna l-Papa Francesco waqt li fakkar li “illum hija Santa Rita, patruna tal-kawżi mpossibbli;” u allura jekk dan jhidher impossibbli, “nitolbuha lilha din il-grazzja” li tagħmel ġid lil kulħadd bħallikieku lkoll konna familja waħda. “Xogħol tal-ħolqien” iddefinieh, opra li tressaqna lejn “il-ħolqien tal-Missier.”

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb